Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1175

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1175/2008 tas- 27 ta’ Novembru 2008 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

    ĠU L 318, 28.11.2008, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32014R0807

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1175/oj

    28.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 318/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1175/2008

    tas-27 ta’ Novembru 2008

    li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [traduzzjoni mhux uffiċjal] (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 stabbilixxa qafas legali wieħed għal appoġġ mill-FAEŻR għall-izvilupp rurali madwar il-Komunità.. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (2) kkumplementa dak il-qafas billi introduċa regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni.

    (2)

    L-Artikolu 57(2) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jagħti dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tal-għajnuniet mill-Istat f’każijiet ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti mill-Istati Membri bħala kumpliment finanzjarju tal-appoġġ Komunitarju u l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar finanzjament nazzjonali addizzjonali 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat. Huwa xieraq li xi miżuri relatati mal-forestrija jiġu inklużi f'dan l-artikolu. Għaldaqstant, il-punt 9 B tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

    (3)

    L-Artikolu 63(8) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jipprovdi dettalji dwar l-iskambju ta’ dejta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f’każijiet eċċezzjonali jew ta’ force majeure, u b’mod partikolari meta s-Sistema ma taħdimx tajjeb jew f’nuqqas ta’ konnessjoni dejjiema. Sabiex l-għodod tekniċi disponibbli jintużaw bis-sħiħ, huwa prattiku li jkun hemm possibbiltà li d-dokumenti jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi adattati oħrajn flimkien mal-preżentazzjoni ta’ kopji fuq karta.

    (4)

    L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jiffissa r-rati ta’ konverżjoni ta’ annimali għal unitajiet ta’ bhejjem kif imsemmi fl-Artikolu 27(13) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006. Kien hemm żball tipografiku fir-rata ta’ konverżjoni għal “tjur oħrajn”. Biex jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċerti tjur irid ikun hemm il-possibbiltà li r-rata tal-konverżjoni tiżdied. L-Anness V għandu għalhekk jiġi adattat.

    (5)

    L-Artikolu 44a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali] jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm pubblikazzjoni annwali ex-post tal-benefiċjarji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-ammonti li kull benefiċjarju rċieva taħt kull wieħed minn dawn il-Fondi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 tat-18 ta' Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (4), jipprovdi regoli dwar il-kontenut, il-forma u d-data tal-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji. It-tieni subparagrafu tal-punt 2.1 fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jistabbilixxi ċerti responsabbiltajiet tal-Awtorità tat-Tmexxija biex tippubblika tagħrif dwar il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ minn programmi tal-iżvilupp rurali. Sabiex ma jkunx hemm dispożizzjonijiet imrikkba fuq l-istess suġġett huwa xieraq li t-tieni subparagrafu tal-punt 2.1 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jitħassar.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

    (7)

    Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Rurali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 57(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   Programmi tal-iżvilupp rurali jistgħu jinkludu għajnuna mill-Istat maħsuba biex tipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti mill-Istati Membri li jikkumplimentaw l-appoġġ Komunitarju skond l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 favur miżuri skond l-Artikoli 25, 43 sa 49 u 52 ta’ dak ir-Regolament u operazzjonijiet għal miżuri skond l-Artikoli 21, 24, 28, 29 u 30 ta’ dak ir-Regolament jew finanzjament nazzjonali addizzjonali skond l-Artikolu 89 ta' dak ir-Regolament favur miżuri skond l-Artikoli 25, 27, 43 sa 49 u 52 ta' dak ir-Regolament u ta' operazzjonijiet għal miżuri skond l-Artikoli 21, 24, 28, 29 u 30 ta’ dak ir-Regolament, li jaqgħu 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, meta l-għajnuna mill-Istat hija identifikata skond il-punt 9.B tal-Anness II għal dan ir-Regolament biss.”

    (2)

    Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “8.   F’każijiet ta’ force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, u b’mod partikolari meta s-Sistema ma taħdimx tajjeb jew f’nuqqas ta’ kuntatt dejjiemi, l-Istat Membru jista’ jippreżenta d-dokumenti lill-Kummissjoni b’kopja fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi adattati. Din il-preżentazzjoni teħtieġ il-qbil formali u minn qabel tal-Kummissjoni.

    Hekk kif tieqaf il-kawża tal-force majeure jew iċ-ċirkustanza eċċezzjonali li tipprevjeni l-użu tas-Sistema, l-Istat Membru għandu jdaħħal id-dokumenti konċernati fis-Sistema. F’dan il-każ, id-data li fih tintbagħat titqies li hija d-data tal-preżentazzjoni tad-dokumenti b’kopja fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi adattati.”

    (3)

    L-Annessi II, V u VI għandhom jiġu emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.

    (3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (4)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 28.


    ANNESS

    L-Annessi I, II, V u VI għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness II l-ewwel subparagrafu tal-punt 9B għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “Għall-miżuri skond l-Artikoli 25, 27 (għal tal-aħħar għal finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005), 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u operazzjonijiet għall-miżuri skond l-Artikoli 21, 24, 28, 29 u 30 ta’ dak ir-Regolament li jaqgħu 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, jew:

    indika jekk hux se jingħata appoġġ rigward ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (*); jew

    elenka n-numru tar-reġistrazzjoni u r-referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni dwar l-eżenzjoni addottata abbażi tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li skontu kienet introdotta l-miżura; jew

    agħti n-numru tal-każ u tar-referenza li skontu l-miżura kienet iddikjarata kompatibbli mat-Trattat mill-Kummissjoni; jew

    indika għal liema raġunijiet oħra l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata se tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 inklużi miżuri ta’ għajnuna eżistenti fi ħdan it-tifsira tat-Trattati tal-Adeżjoni.

    (*)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.”"

    (2)

    Fl-Anness V r-ringiela li tirreferi għal “tjur oħrajn” għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “TJUR OĦRAJN (**)

    0,03  LU

    (3)

    Fl-Anness VI, it-tieni subparagrafu tal-punt 2.1 għandu jitħassar.


    (**)  Din ir-rata ta’ konverżjoni tista’ tiżdied meta titqies evidenza xjentifika li tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali.”


    Top