EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32008E0900

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/900/PESK tat- 2 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

ĠU L 323, 3.12.2008, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 28/02/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/900/oj

3.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 323/65


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/900/PESK

tat-2 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK (1).

(2)

Il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat biex jittieħed kont tar-rwol tiegħu fis-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal sħubija ġdida mal-Asja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2007,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(1)(i) tal-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“(i)

jagħti kontribut għall-formulazzjoni ta’ aspetti tal-PESK li jikkonċernaw is-sigurtà tal-enerġija, il-ġlieda kontra d-droga u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma fir-rigward tal-Asja Ċentrali.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 19.


Fuq