Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0906

2008/906/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2008 li taħtar żewġ membri Daniżi u żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 327, 5.12.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/906/oj

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2008

li taħtar żewġ membri Daniżi u żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/906/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Il-postijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Mona HEIBERG u s-Sinjura Helene LUND. Il-postijiet ta’ żewġ membri supplenti tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Jens Christian GJESING u s-Sinjura Tove LARSEN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

 

is-Sinjura Helene LUND, Byrådsmedlem, Furesø Kommune (bidla fil-mandat),

 

is-Sinjura Mona HEIBERG, 1. Næstformand for Borgerrepræsentationen, Københavns Kommune (bidla fil-mandat),

(b)

bħala membri supplenti:

 

is-Sur Jens Christian GJESING, 1. Viceborgmester, Haderslev Kommune (bidla fil-mandat),

 

is-Sinjura Tove LARSEN, Borgmester, Aabenraa Kommune (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

L. CHATEL


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top