EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0478

2008/478/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti ta’ l-ikel (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2336) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 163, 24.6.2008, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2013; Imħassar b' 32012R0872

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/478/oj

24.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir użati fi jew fuq oġġetti ta’ l-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2336)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/478/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu ġewwa jew fuq l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistabbilixxi l-proċedura għall-istabbiliment tar-regoli fir-rigward tas-sustanzi tat-taħwir użati jew intiżi għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel. Dak ir-Regolament jipprovdi għall-adozzjoni ta’ reġistru ta’ sustanzi ta’ taħwir (“ir-reġistru”) wara notifika mill-Istati Membri ta’ lista tas-sustanzi li jagħtu t-togħma li jistgħu jintużaw fi jew fuq ikel kummerċjalizzat fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta’ studju mill-Kummissjoni ta’ dik in-notifika. Dak ir-reġistru kien adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (2).

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jipprovdi għal programm għall-valutazzjoni tas-sustanzi ta’ taħwir sabiex jiġi ċċekkjat jekk jikkonformax mal-kriterji ġenerali għall-użu tas-sustanzi ta’ taħwir stipulati fl-Anness għal dak ir-Regolament.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar l-idrokarboni alifatiċi u aromatiċi, li t-2-Methylbuta-1,3-diene (irreġistrata b’FL-Nru 01 049) uriet potenzjal ġenotossiku in vivo u effett kanċeroġeniku f’annimali sperimentali. Għalhekk l-użu tagħha bħala sustanza li tagħti t-togħma mhuwiex aċċettabbli, minħabba li ma tissodisfax il-kriterji ġenerali għall-użu ta’ sustanzi li jagħtu t-togħma kif stipulat fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2232/96. Għaldaqstant, is-sustanza għandha titneħħa minn fuq ir-reġistru.

(4)

Id-Deċiżjoni 1999/217/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 1999/217/KE, fil-Parti A, ir-ringiela fit-tabella għas-sustanza bin-numru FL 01 049 (2-Methylbuta-1,3-diene) titneħħa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 84, 27.3.1999, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/252/KE (ĠU L 91, 29.3.2006, p. 48).


Top