This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0017
2008/893/EC: Decision of the European Central Bank of 17 November 2008 laying down the framework for joint Eurosystem procurement (ECB/2008/17)
2008/893/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Novembru 2008 li twaqqaf il-qafas għall-akkwist konġunt tal-Ewrosistema (BĊE/2008/17)
2008/893/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Novembru 2008 li twaqqaf il-qafas għall-akkwist konġunt tal-Ewrosistema (BĊE/2008/17)
ĠU L 319, 29.11.2008, p. 76–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/05/2020
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32015D0051 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 7 | 12/01/2016 | |
Modified by | 32015D0051 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 3 | 12/01/2016 | |
Modified by | 32015D0051 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 12/01/2016 | |
Modified by | 32015D0051 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 3 | 12/01/2016 | |
Modified by | 32015D0051 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 2 | 12/01/2016 | |
Modified by | 32015D0051 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 4 | 12/01/2016 | |
Modified by | 32015D0051 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 | 12/01/2016 | |
Modified by | 32020D0628 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 1a | 28/05/2020 | |
Modified by | 32020D0628 | Sostituzzjoni | artikolu 1 punt (f) | 28/05/2020 | |
Modified by | 32020D0628 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 3 | 28/05/2020 | |
Modified by | 32020D0628 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 1 punt (f) | 28/05/2020 | |
Modified by | 32020D0628 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 7 | 28/05/2020 | |
Modified by | 32020D0628 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 28/05/2020 |
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 319/76 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Novembru 2008
li twaqqaf il-qafas għall-akkwist konġunt tal-Ewrosistema
(BĊE/2008/17)
(2008/893/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 105 u 106,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5, 16 u 24,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv jaddotta l-linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiżgura t-twettiq tal-kompiti fdati f’idejn l-Ewrosistema. Il-Kunsill Governattiv dlonk għandu s-saħħa li jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet awżiljarji bħall-akkwist ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Ewrosistema. |
(2) |
Il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-akkwist tippermetti l-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi minn awtoritajiet kontraenti diversi. Dan il-prinċipju huwa rifless fil-Premessa 15 sa u fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar il-koordinament ta’ proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta’ provvisti pubbliċi u kuntratti ta’ servizzi pubbliċi (1), li jipprovdu għall-użu ta’ ċerta teknika ta’ xiri ċentralizzat. |
(3) |
L-għan tal-Ewrosistema hu li timxi mal-prinċipji ta’ effiċjenza fl-ispejjeż u effettività, u tfittex l-aħjar valur għall-flus fl-akkwist ta’ oġġetti u servizzi. Il-Kunsill Governattiv iqis l-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi bħala strument biex jinkisbu dawn l-għanijiet billi jiġu sfruttati s-sinerġiji u l-ekonomiji ta’ skala. |
(4) |
Billi jistabbilixxi qafas għall-akkwist konġunt fl-Ewrosistema, il-BĊE għandu l-għan li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li addottaw l-ewro f’dan l-akkwist konġunt. |
(5) |
Il-Kunsill Governattiv ħoloq Uffiċċju għall-Koordinament tal-Akkwisti fl-Ewrosistema (EPCO) biex jikkoordina dan l-akkwist konġunt. Il-Kunsill Governattiv ħatar lill-Banque centrale du Luxembourg biex jilqa’ l-EPCO għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni hi bla ħsara għal possibbiltà għall-banek ċentrali li jitolbu l-EPCO biex jgħinhom fl-akkwist ta’ oġġetti u servizzi li ma jaqgħux taħt l-iskop ta’ din id-Direttiva. |
(7) |
Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom ma addottawx l-ewro jista’ jkollhom interess li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-EPCO kif ukoll fil-proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti, li ser isiru taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-banek ċentrali, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Deċizjoni:
(a) |
“Ewrosistema” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li addottaw l-ewro; |
(b) |
“kompiti tal-Ewrosistema” tfisser il-kompiti mogħtija lill-Ewrosistema skond it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ; |
(ċ) |
“bank ċentrali” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li addotta l-ewro; |
(d) |
“bank ċentrali li jmexxi” tfisser il-bank ċentrali responsabbli biex imexxi l-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti; |
(e) |
“bank ċentrali li jilqa’” tfisser il-bank ċentrali maħtur mill-Kunsill Governattiv biex jilqa’ l-EPCO; |
(f) |
“Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO” tfisser il-kumitat tat-tmexxija mwaqqaf mill-Kunsill Governattiv biex imexxi l-attivitajiet tal-EPCO. Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO huwa magħmul minn membru wieħed minn kull bank ċentrali, li jiġi magħżul minn fost il-ħaddiema f’livell superjuri bl-għerf u l-esperjenza fi kwistjonijiet organizzattivi u strateġiċi fl-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom u esperti fl-akkwist. Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jirrapporta permezz tal-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv. Il-post ta’ President u s-Segretarjat tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jkun provvdut mill-BĊE; |
(g) |
“proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti” tfisser proċedura għall-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi magħmul mill-bank ċentrali li jmexxi għal benefiċċju tal-banek ċentrali li jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa għal offerti. |
Artikolu 2
Skop ta’ applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-akkwist konġunt minn banek ċentrali ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Ewrosistema.
2. Il-parteċipazzjoni tal-banek ċentrali fl-attivitajiet tal-EPCO u fi proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti hija volontarja.
3. Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għall-Linja ta’ Gwida BĊE/2004/18 tas-16 ta’ Settembru 2004 dwar l-akkwist ta’ karti tal-flus ewro (2).
Artikolu 3
Uffiċċju għall-Koordinament tal-Akkwisti fl-Ewrosistema
1. L-EPCO għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:
(a) |
jiffaċilita' l-adozzjoni tal-aħjar prattiċi għall-akkwist fl-Ewrosistema; |
(b) |
jiżviluppa l-infrastruttura (eż. kapaċitajiet, għodda funzjonali, sistemi ta’ tagħrif, proċessi) meħtieġa għall-akkwist konġunt; |
(ċ) |
jidentifika każijiet potenzjali għal akkwist konġunt li jaqgħu fi jew ‘il barra mill-iskop ta’ din id-Deċiżjoni skond il-ħtiġijiet tal-akkwisti li l-banek ċentrali jibagħtu lill-EPCO; |
(d) |
jipprepara u jaġġorna kif meħtieġ pjan annwali ta’ akkwisti għal proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti bbażati fuq il-valutazzjoni deskritta fil-punt (ċ); |
(e) |
jipprepara rekwiżiti komuni f’kooperazzjoni mal-banek ċentrali li jipparteċipaw f’proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti; |
(f) |
jgħin lill-banek ċentrali fil-proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti; |
(g) |
jgħin lill-banek ċentrali fl-akkwist relatat mal-proġetti komuni tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, jekk ikun mitlub mill-bank ċentrali li jmexxi l-proġett. |
2. Il-bank ċentrali li jilqa’ għandu jipprovdi l-materjal u r-riżorsi umani meħtieġa għall-EPCO biex iwettaq il-kompiti skond il-baġit approvat mill-Kunsill Governattiv kif stabbilit fil-paragrafu 4.
3. Il-bank ċentrali li jilqa’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO, jista’ jaddotta regoli dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni interna tal-EPCO, inkluż kodiċi ta’ kondotta għall-ħaddiema ta’ l-EPCO, li l-għan tiegħu hu li jiżgura l-ogħla integrità fil-qadi ta’ dmirijiethom.
4. Il-banek ċentrali għandhom jiffinanzjaw il-baġit tal-EPCO skond ir-regoli addottati mill-Kunsill Governattiv. Qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, l-EPCO għandu jgħaddi proposta għal baġit annwali għall-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, permezz tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO u tal-Bord Eżekuttiv.
5. L-EPCO għandu jissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kunsill Governattiv, permezz tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO u l-Bord Eżekuttiv.
6. L-attivitajiet tal-EPCO għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll tal-Kumitat ta’ Awdituri Interni skond ir-regoli addottati mill-Kunsill Governattiv. Dan għandu jkun bla ħsara għall-kontroll u r-regoli tal-verifka li japplikaw jew li jiġu addottati mill-bank ċentrali li jilqa’.
7. Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jagħmel valutazzjoni effettiva u effiċjenti tal-attivitajiet tal-EPCO ħames snin wara li jiġi stabbilit l-EPCO. Ibbażat fuq din il-valutazzjoni, il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi jekk hux meħtieġ li jagħmel proċedura ta’ selezzjoni biex jagħżel bank ċentrali li jilqa’ ġdid.
Artikolu 4
Proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti
1. Proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti għandha titqies meħtieġa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni jekk: (i) huwa raġonevolment mistenni li l-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi jwassal għal kundizzjonijiet ta’ xiri aktar vantaġġużi skond il-prinċipji tal-effiċjenza u l-effettività tal-ispejjeż; jew (ii) il-banek ċentrali għandhom bżonn jaddottaw rekwiżiti armonizzati u standards dwar dawn l-oġġetti u/jew s-servizzi.
2. Wara li jiġi identifikat każ potenzjali għal akkwist konġunt, l-EPCO għandu jistieden il-banek ċentrali biex jieħdu sehem fi proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti. Il-banek ċentrali għandhom jinfurmaw lill-EPCO f’ħin tajjeb jekk għandhomx f’moħħhom li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti, jekk iva, għandhom jikkomunikaw il-bżonnijiet tan-negozju tagħhom lill-EPCO. Bank ċentrali jista’ jirtira milli jieħu sehem f’akkwist konġunt qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt.
3. Skond pjan annwali tal-akkwisti għal proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti ppreparat mill-EPCO, u wara li jikkonsulta mal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO, il-Kunsill Governattiv jista’ jibda proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti u jagħżel il-bank(ek) ċentrali li jmexxi(u) minn fost il-banek ċentrali li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti. Il-Kunsill Governattiv għandu jiġi pprovdut b’kull aġġornament tal-pjan annwali tal-akkwisti.
4. Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jwettaq il-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti għall-benefiċċju tal-banek ċentrali li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti, skond ir-regoli tal-akkwisti li għalihom hu suġġett il-bank ċentrali li jmexxi. Il-bank ċentrali li jmexxi għandu, fl-avviż tal-kuntratt, jispeċifika liema banek ċentrali qegħdin jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti kif ukoll l-istruttura tar-relazzjonijiet kuntrattwali.
5. Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jipprepara d-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti u jagħmel valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-offerti b’kooperazzjoni mal-EPCO u l-banek ċentrali l-oħra li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti.
6. Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jwettaq il-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti fil-lingwa(i) stabbilita(i) fil-pjan annwali ta’ l-akkwisti.
Artikolu 5
Parteċipazzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom m’addottawx l-ewro
Il-Kunsill Governattiv jista’ jistieden lil banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom ma addottawx l-ewro biex jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-EPCO u fil-proċeduri konġunta ta’ sejħa għal offerti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-banek ċentrali.
Artikolu 6
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2008.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 17 ta’ Novembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p.114.
(2) ĠU L 320, 21.10.2004, p. 21.