EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1498

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1498/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 rigward it-termini speċifiċi għall-għotja ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u kakaw bil-kumulazzjoni ta’ l-oriġini AKP/OCT jew KE/OCT

ĠU L 333, 19.12.2007, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1498/oj

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 333/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1498/2007

tat-18 ta’ Diċembru 2007

rigward it-termini speċifiċi għall-għotja ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u kakaw bil-kumulazzjoni ta’ l-oriġini AKP/OCT jew KE/OCT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 rigward l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji lil hinn mill-ibħra tal-Komunità Ewropea (“id-deċiżjoni dwar assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (1), u partikolarment il-ħames sentenza ta’ l-Artikolu 6(4) ta’ l-Anness III tiegħu,

billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-kumulazzjoni ta’ l-oriġini AKP/OCT jew KE/OCT hija aċċettata għall-kwantitajiet determinati f’din id-deċiżjoni msemmija fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kapitolu NM 17 u l-kodiċijiet NM 1806 10 30 u 1806 10 90.

(2)

Għal dawn il-prodotti, it-termini speċifiċi ta’ l-għotja ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni sabiex jippermettu l-kontrolli neċessarji għall-importazzjoni tal-kwantitajiet stipulati fid-Deċiżjoni 2001/822/KE ġew stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 192/2002 tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2002 relattiv għat-termini ta’ l-għoti ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u l-kakaw bil-kumulazzjoni ta’ l-oriġini AKP/OCT jew KE/OCT (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni għall-prodotti agrikoli amministrati b’sistema ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni [titlu mhux uffiċjali] (3) japplika għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodi ta’ kwota ta’ tariffi ta’ importazzjoni li tibda mill-1 ta’ Jannar 2007. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b’mod partikolari t-termini relattivi għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni, għall-kwalità ta’ min qed jagħmel it-talba, kif ukoll l-għoti ta’ liċenzji. Dan ir-regolament jillimita ż-żmien tal-validità tal-liċenzji għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tat-tariffi. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 iridu jiġu applikati, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet supplementari stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(4)

Jaqbel għalhekk li jiġu applikati r-regoli ppreżentati mir-Regolament imsemmi għar-Regolament (KE) Nru 192/2002. Madankollu, jaqbel li jiġu adattati ċerti regoli biex jiġu kkunsidrati l-ispeċifikazzjonijiet tal-kummerċ li huwa s-suġġett tar-Regolament (KE) Nru 192/2002. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ razzjonalità, jaqbel li jiġi revokat ir-Regolament (KE) Nru 192/2002 u li dan jinbidel b’regolament ġdid.

(5)

Jaqbel ukoll li jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati minn dak ir-Regolament.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni ordnata, biex tiġi evitata l-ispekulazzjoni u biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli effikaċi, jeħtieġ li jiġu ppreċiżati r-regoli dettaljati għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzji u d-dokumenti li għandhom jippreżentaw il-persuni interessati. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu applikati l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(7)

Jeħtieġ li jiġu ppreċiżati l-ispeċifikazzjonijiet relattivi għall-formola ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-prodotti konċernati u, biex tkun żgurata ġestjoni b’attenzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet, li jiġi stipulat li dawn id-drittijiet li jiġu mil-liċenzji ma jiġux trasferiti.

(8)

Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti r-regoli relattivi għaż-żmien tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji u ta’ l-għoti tal-liċenzji mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għall-importazzjoni mingħajr ebda dazju ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kapitolu NM 17 u l-kodiċijiet NM 1806 10 30 u 1806 10 90 ta’ oriġini OCT permezz tal-kumulazzjoni maz-zokkor ta’ l-oriġini AKP jew KE, ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji stipulati f’dan ir-Regolament.

2.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni mogħtija b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom in-numru tas-serje 09.4652.

Artikolu 2

Il-frażi “prodotti ta’ l-oriġini” għar-raġunijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-metodi amministrattivi dipendenti minnha, huma dawk definiti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

Artikolu 3

1.   L-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kwantità ugwali għal mhux anqas minn 25 tunnellata.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-liċenzja ta’ esportazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ OCT stabbilita fuq il-bażi tal-mudell tal-formola li tidher fl-Anness I, mogħtija mill-entitajiet kompetenti għall-għoti ta’ liċenzji EUR 1;

(b)

il-prova li min qed jagħmel it-talba ikkostitwixxa garanzija li l-ammont tagħha huwa ugwali għal EUR 12 għal kull 100 kilogramma.

L-Artikolu 4

L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom jinkludu l-frażijiet li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa 7, l-OCT ta’ l-oriġini, u l-kelma “iva” hija mmarkata b’salib;

(b)

fil-kaxxa 8, l-OCT ta’ l-oriġini, u l-kelma “iva” hija mmarkata b’salib;

(ċ)

fil-kaxxa 20 tal-liċenzja, waħda mill-frażijiet li jidhru fl-Anness II.

L-Artikolu 5

B’deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li ġejjin mil-liċenzja ta’ l-importazzjoni ma jistgħux jiġi trażmessi.

L-Artikolu 6

1.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom jitressqu matul l-ewwel sebat ijiem ta’ Jannar, April, Lulju u Ottubru ta’ kull sena.

Applikant jista’ jressaq biss applikazzjoni waħda għal liċenzja f’kull xahar tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet. Meta applikant iressaq aktar minn applikazzjoni waħda f’xahar partikolari, ma għandha tintlaqa’ l-ebda waħda mill-applikazzjonijiet tiegħu li jkunu tressqu f’dak ix-xahar, u l-garanziji kkostitwiti mat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet jeħodhom l-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-komunikazzjonijiet ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom isiru sat-12 tax-xahar li fih jitressqu t-talbiet, u dawn jiġu analizzati skond il-kodiċi NM bi tmien numri u skond l-OCT ta’ oriġini.

3.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jingħataw mill-Istati Membri bejn il-25 u t-30 tax-xahar li fih jitressqu t-talbiet.

L-Artikolu 7

Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni huma validi mill-ġurnata li fiha jidħlu fis-seħħ, fis-sens ta’ l-Artikolu 23(2), tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

L-Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 192/2002 huwa revokat.

L-Artikolu 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 249/2007/KE (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33).

(2)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1423/2007 (ĠU L 317, 5.12.2007, p. 36).


ANNESS I

Mudell tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni stipulata fl-Artikolu 3(2)(a)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Il-frażijiet stipulati fl-Artikolu 4(c):

:

bil-Bulgaru

:

Освободено от вносно мито (Решение 2001/822/ЕО, член 35) пореден номер на квотата 09.4652,

:

bl-Ispanjol

:

Exención de derechos de importación (Decision 2001/822/CE, articulo 35) numero de orden 09.4652,

:

biċ-Ċek

:

Osvobozeno od dovozního cla (Rozhodnutí 2001/822/ES, čl. 35), sériové čislo 09.4652,

:

bid-Daniż

:

Fritages for importafgifter (artikel 35 i afgorelse 2001/822/EF), løbenummer 09.4652,

:

bil-Ġermaniż

:

Frei von Einfuhrabgaben (Beschluss 2001/822/EG, Artikel 35), Ordnungsnummer 09.4652,

:

bl-Estonjan

:

Impordimaksust vabastatud (otsus 2001/822/EÜ, artikkel 35), järjekorranumber 09.4652,

:

bil-Grieg

:

Δασμολογική απαλλαγή (απόφαση 2001/822/ΕΚ, άρθρο 35), αύξων αριθμός 09.4652,

:

bl-Ingliż

:

Free from import duty (Decision 2001/822/EC, Article 35), serial No 09.4652,

:

bil-Franċiż

:

Exemption du droit d’importation (Décision 2001/822/CE, article 35), numéro d’ordre 09.4652,

:

bit-Taljan

:

Esenzione dal dazio all’importazione (decisione 2001/822/CE, articolo 35), numero d’ordine 09.4652,

:

bil-Latvjan

:

Atbrīvots no importa nodokļa (Lēmuma 2001/822/EK 35. pants), sērijas numurs 09.4652,

:

bil-Litwan

:

Atleista nuo importo muito (Nutarimo 2001/822/EB 35 straipsnis), serijos numeris 09.4652,

:

bl-Ungeriż

:

Mentes a behozatali vám alól (2001/822/EK hatarozat, 35. cikk), sorozatszám 09.4652,

:

bil-Malti

:

Eżenzjoni minn dazju fuq l-importazzjoni (Deċiżjoni 2001/822/KE, Artikolu 35), numru tas-serje 09.4652,

:

bl-Olandiż

:

Vrij van invoerrechten (Besluit 2001/822/EG, artikel 35), volgnummer 09.4652,

:

bil-Pollakk

:

Wolne od przywozowych opłat celnych (decyzja 2001/822/WE art. 35), numer seryjny 09.4652,

:

bil-Portugiż

:

Isenção de direitos de importação (Decisão 2001/822/CE, artigo 35.o), número de ordem 09.4652,

:

bir-Rumen

:

Scutit de drepturi de import (Decizia 2001/822/CE, articolul 35), nr. de ordine 09.4652,

:

bis-Slovakk

:

Oslobodený od dovozného cla (Rozhodnutie 2001/822/ES, čl. 35), sériové čislo 09.4652,

:

bis-Sloven

:

brez uvozne carine (člen 35 Sklepa 2001/822/ES), zaporedna številka 09.4652,

:

bil-Finlandiż

:

Vapaa tuontitulleista (päätöksen 2001/822/EY 35 artikla), järjestysnumero 09.4652,

:

bl-Iżvediż

:

Importtullfri (beslut 2001/822/EG, artikel 35), löpnummer 09.4652.


Top