This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1228
Commission Regulation (EC) No 1228/2007 of 19 October 2007 terminating the investigation concerning possible circumvention of countervailing measures imposed by Council Regulation (EC) No 1628/2004 on imports of certain graphite electrode systems originating in India
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/2007 tad- 19 ta’ Ottubru 2007 li twaqqaf l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1228/2007 tad- 19 ta’ Ottubru 2007 li twaqqaf l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja
ĠU L 277, 20.10.2007, pp. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/09/2009
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repeal | 32007R0217 |
|
20.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 277/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1228/2007
tad-19 ta’ Ottubru 2007
li twaqqaf l-investigazzjoni dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 23 tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri eżistenti u investigazzjonijiet ta’ qabel
|
(1) |
Wara proċeduri paralleli kontra d-dumping u kontra s-sussidji, il-Kunsill imposta, bir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), miżuri ta’ kontrobilanċ definittivi ta’ 15,7 % għal Graphite India Limited, 7,0 % għal HEG Limited u 15,7 % għall-kumpaniji kollha l-oħra fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja. |
2. Talba
|
(2) |
Fil-15 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-allegata evażjoni tal-miżuri ta’ kontrobilanċ imposti fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja. It-talba tressqet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Karbonju u l-Grafita (“AEKG”) f’isem il-produtturi tal-Komunità ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita. |
|
(3) |
It-talba kien fiha evidenza prima facie li turi li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ, dan wara l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, kif ġie muri b’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ta’ grafita artifiċjali mill-Indja (il-“prodott investigat”) filwaqt li importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (il-“prodott ikkonċernat”) naqsu sostanzjalment matul l-istess perjodu. |
|
(4) |
It-talba għall-investigazzjoni ta’ l-allegata evażjoni tad-dazji fis-seħħ argumentat li produttur esportatur wieħed tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja kien, wara l-impożizzjoni tad-dazji, qed jesporta l-prodott investigat lill-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità. Din il-kumpanija imbagħad kienet qed twettaq l-operazzjoni ta’ tkomplija fil-Komunità biex tipproduċi l-prodott ikkonċernat mill-prodott investigat. |
|
(5) |
Ġie allegat li ma kienx hemm kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għal dawn il-bidliet għajr għall-eżistenza tal-miżuri ta’ kontrobilanċ fuq ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja. |
|
(6) |
Fl-aħħarnett, l-applikant allega li l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri ta’ kontrobilanċ eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat kienu qed jiġu mxekkla f’termini ta’ kwantità u li l-prodott importat kien għandu qed jibbenefika mis-sussidju. |
3. Inizjazzjoni
|
(7) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 217/2007 (3) (ir-Regolament ta’ inizjazzjoni) dwar l-allegata evażjoni u, skond l-Artikoli 23(2) u 24(5) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, qalet lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, li huma vireg tal-grafita artifiċjali ta’ dijametru ta’ 75 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (kodiċi TARIC 3801 10 00 10), sa mit-2 ta’ Marzu 2007. |
4. Investigazzjoni
|
(8) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet ta’ l-Indja dwar il-bidu ta’ l-investigazzjoni. Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi esportaturi fl-Indja kif ukoll lill-importaturi fil-Komunità li ssemmew fit-talba jew li l-Kummissjoni taf dwarhom mill-investigazzjoni ta’ qabel. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fir-Regolament ta’ inizjazzjoni. |
|
(9) |
Żewġ produtturi esportaturi fl-Indja bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Waslet ukoll tweġiba minn importatur fil-Komunità. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni wettqet investigazzonijiet fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
5. Perjodu ta’ investigazzjoni
|
(11) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni kien mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006. |
B. RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali/livell ta’ kooperazzjoni
|
(12) |
Żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat u l-prodott investigat ikkooperaw fl-investigazzjoni. It-tagħrif mogħti miż-żewġ kumpaniji jista’ jiġi rikonċiljat mad-data disponibbli dwar l-importazzjonijiet tal-prodott investigat biex juri li ż-żewġ kumpaniji, Graphite India Limited u HEG Limited, kienu l-uniċi esportaturi tal-prodott investigat lill-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
2. Prodott ikkonċernat u prodott simili
|
(13) |
Il-prodott ikkonċernat mill-evażjoni possibbli huwa elettrodi tal-grafita tat-tip użat għall-ifran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6,0 μΩ.m jew anqas, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545 11 00 10) u protuberanzi użati għal dawn l-elettrodi, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545 90 90 10) kemm jekk importati flimkien kif ukoll separatament, li joriġinaw fl-Indja (il-prodott ikkonċernat). |
|
(14) |
Il-prodott investigat huwa vireg tal-grafita artifiċjali ta’ dijametru ta’ 75 mm jew aktar li joriġina fl-Indja, li normalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3801 10 00 (kodiċi TARIC 3801 10 00 10) (il-prodott investigat). Il-prodott investigat huwa prodott intermedjarju fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat, u diġà jinkorpora l-karatteristiċi bażiċi ta’ dan il-prodott ta’ l-aħħar. |
3. Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ
|
(15) |
Skond data ta’ l-Eurostat, importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 8545 11 00 u 8545 90 90 mill-Indja naqsu minn 11,866 MT fl-2004 għal 3,244 MT fl-2006. Matul l-istess żmien, importazzjonijiet taħt l-kodiċi NM 3801 10 00 żdiedu minn 1,348 MT fl-2004 għal 10,289 MT fl-2006. |
|
(16) |
Kif intqal fil-premessa 3 hawn fuq, il-bidla fix-xejra tal-kummerċ ġiet allegata li bdiet mis-sostituzzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ sistemi ta’ elettrodu tal-grafita lesti għal vireg tal-grafita artifiċjali prodotti fl-Indja. |
|
(17) |
Madankollu, wara li saret spezzjoni tal-kumpanija relatata fil-Ġermanja, Graphite COVA, ħareġ ċar li l-parti ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja dikjarati bħala grafita artifiċjali kienu importazzjonijiet ta’ elettrodi maħduma mill-ġdid f’forma ta’ vireg tal-karbonju li kienu għadhom m’għaddewx mill-proċess ta’ grafitizzazzjoni. Dawn l-elettrodi maħduma mill-ġdid ġew grafitizzati u maħduma bil-magni fil-Ġermanja qabel ma reġgħu nbiegħu. |
|
(18) |
Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ deskritta mill-applikant hija kkonfermata mid-data disponibbli, dan sakemm l-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 8545 11 00 u 8545 90 90 dehru li kienu qed jiġu parzjalment mibdula b’żieda fl-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 3801 10 00 . |
|
(19) |
Din iż-żieda kienet essenzjalment importazzjonijiet ta’ vireg tal-karbonju maħsuba għall-manifattura ta’ elettrodi b’dijametru ta’ 600 mm jew aktar, u vireg tal-grafita artifiċjali għall-manifattura ta’ protuberanzi ta’ l-elettrodi, impurtati minn COVA minn GIL, il-kumpanija ġenitur tagħha fl-Indja. |
|
(20) |
Fir-rigward ta’ HEG, instab li ma seħħet l-ebda bidla fix-xejra tal-kummerċ. |
4. Kawża adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċjenti
|
(21) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw jekk, kif allegat, il-kisba ta’ COVA minn GIL fl-2004, u l-ħsara sussegwenti għax-xejra tal-kummerċ, għandhiex tiġi meqjusa bħala waħda b’ġustifikazzjoni ekonomika għajr għad-dazju impost fl-2004. |
|
(22) |
B’mod partikolari, ġew eżaminati l-aspetti li ġejjin:
|
|
(23) |
Wara l-eżaminazzjoni ta’ dawn il-punti fil-produtturi Ġermaniżi kif ukoll dawk Indjani, instab li:
|
|
(24) |
Għalhekk, ġie konkluż li kien hemm raġunijiet ekonomiċi raġonevoli oħrajn, minbarra l-impożizzjoni ta’ dazji fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja, għall-bidla fix-xejra tal-kummerċ imsemmija fil-premessa 3 hawn fuq. |
Ċ. WAQFIEN
|
(25) |
Kawża tas-sejbiet imsemmija fil-premessa 24, jidher li huwa xieraq li l-investigazzjoni kontra l-evażjoni attwali titwaqqaf. Ir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja introdotti mir-Regolament ta’ inizjazzjoni għandha għalhekk titwaqqaf u dak ir-Regolament għandu jiġi revokat. |
|
(26) |
Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li ttemm l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma kinux ta’ natura li tbiddel il-konklużjonijiet t’hawn fuq. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-investigazzjoni mibdija mir-Regolament (KE) Nru 217/2007 dwar evażjoni possibbli ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ imposti fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodu tal-grafita li joriġinaw fl-Indja minn importazzjonijiet ta’ ċerti grafita artifiċjali li toriġina fl-Indja hija b’dan terminata.
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba biex iwaqqfu r-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 217/2007.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 217/2007 huwa b’dan revokat.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).