Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0768

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għat-34 sejħa individwali għall-offerti miftuħa fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005

    ĠU L 172, 30.6.2007, p. 66–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/768/oj

    30.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 172/66


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 768/2007

    tad-29 ta’ Ġunju 2007

    li jistabbilixxi l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għat-34 sejħa individwali għall-offerti miftuħa fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F'konformità ma' l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qed jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ ta' ċerti kwantitajiet ta' butir ta' intervent miżmuma minnhom u għall-għoti ta' l-għajnuna għall-krema, għall-butir u għall-butir konċentrat. L-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi jistipula li filwaqt li jitqiesu l-offerti li jsiru għal kull sejħa partikolari, għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-bejgħ tal-butir, kif ukoll ammont massimu ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat abbażi tad-distinzjoni bejniethom rigward id-destinazzjoni tagħhom, il-kontenut ta’ xaħam tal-butir u kif ukoll l-aħħar użu maħsub għalih. L-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għalhekk għandu jiġi stipulat.

    (2)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għat-34 sejħa għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 il-prezzijiet minimi għall-bejgħ tal-butir ta' intervent kif ukoll l-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 25 u 28 tar-Regolament imsemmi huma stabbiliti kif jidher fit-tabella fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).


    ANNESS

    Il-prezzijiet minimi għall-bejgħ tal-butir ta' intervent u l-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar għat-34 sejħa individwali għall-offerti miftuħa fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005

    (EUR/100 kg)

    Formuli

    A

    B

    L-aħħar użu previst

    Bit-tracers

    Mingħajr tracers

    Bit-tracers

    Mingħajr tracers

    Il-prezz minimu tal-bejgħ:

    Butir ≥ 82 %

    Fl-istat

    Konċentrat

    Il-garanzija għall-ipproċessar:

    Fl-istat

    Konċentrat


    Top