Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0608

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2007 ta’ l- 1 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

    ĠU L 141, 2.6.2007, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/608/oj

    2.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 141/31


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 608/2007

    ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 51(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas waħdieni (pagament uniku) sa mill-2005.

    (2)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jistabbilixxi d-data li minnha l-uċuħ tar-raba’ sekondarji jistgħu jkunu temporanjament awtorizzati fir-reġjuni fejn is-soltu ċ-ċereali jinħasdu kmieni minħabba raġunijiet klimatiċi, skond l-Artikolu 51(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Fuq talba ta’ Franza, jeħtieġ li din id-data tinbidel għal reġjun wieħed u żewġ dipartimenti ta’ dan l-Istat Membru.

    (3)

    Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 795/2004 jiġi emendat f’dan is-sens.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-pagamenti diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu jkun sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

    (2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 411/2007 (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 3).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Stat Membru

    Data

    Il-Belġju

    il-15 ta’ Lulju

    Id-Danimarka

    il-15 ta’ Lulju

    Il-Ġermanja

    il-15 ta’ Lulju

    Il-Greċja tan-Nofsinhar (il-Peloponneżu, il-Gżejjer Joniċi, il-Greċja tal-Punent, Attika, l-Eġew tan-Nofsinhar u Kreta)

    l-20 ta’ Ġunju

    Il-Greċja ċentrali u tat-Tramuntana (Maċedonja tal-Lvant u Traċja, Maċedonja ċentrali, Maċedonja tal-Punent, Epiru, Tessalja, il-Greċja kontinentali (Sterea) u l-Eġew tat-Tramuntana)

    l-10 ta’ Lulju

    Spanja

    l-1 ta’ Lulju

    Franza: Aquitaine, Midi-Pyrénées u Languedoc-Roussillon

    l-1 ta’ Lulju

    Franza: Alsazja, Alvernja, Borgonja, Bretanja, Ċentru, Champagne-Ardenne, Korsika, Franche-Comté, Île-de-France, Limousin, Lorena, Nord-Pas-de-Calais, Normandija ta’ Isfel, Normandija ta’ Fuq, Pays-de-la-Loire (għajr id-dipartimenti ta’ Loire-Atlantique u Vendée), Pikardija, Poitou-Charentes, Provenza-Alpi-Côte-d’Azur u Rhône-Alpes

    il-15 ta’ Lulju

    Franza: id-dipartimenti ta’ Loire-Atlantique u Vendée

    il-15 ta’ Ottubru

    L-Italja

    il-11 ta’ Ġunju

    L-Awstrija

    it-30 ta’ Ġunju

    Il-Portugall

    l-1 ta’ Marzu”


    Top