Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0221

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/249/KE fir-rigward ta' l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn certi dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli ( Fragaria L.), intiżi biex jinżergħu, minbarra ż-żerriegħa, ġejjin miċ-Ċili (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1455)

    ĠU L 95, 5.4.2007, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 465–465 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/221/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    465


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-4 ta' April 2007

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/249/KE fir-rigward ta' l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn certi dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli (Fragaria L.), intiżi biex jinżergħu, minbarra ż-żerriegħa, ġejjin miċ-Ċili

    (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1455)

    (2007/221/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond id-Direttiva 2000/29/KE, xtieli tal-frawli (Fragaria L.), intiżi biex jinżergħu, għajr żrieragħ, li joriġinaw f'pajjiżi mhux Ewropej, minbarra pajjiżi tal-Mediterran, l-Awstralja, in-New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, ma jistgħux, fil-prinċipju jiġu introdotti fil-Komunità. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, iżda jrid ikun stabbilit li m'hemmx riskju ta' tifrix ta' organiżmi perikolużi.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/249/KE (2) tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli (Fragaria L.), intiżi biex jinżergħu, għajr żerriegħa, ġejjin miċ-Ċili.

    (3)

    Iċ-ċirkostanzi li jiġustifikaw dawn id-derogi għadhom validi u m'hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtiega ta' revizjoni ta' kondizzjonijiet speċifiċi.

    (4)

    Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati għal perjodu limitat ta' żmien li jippermettu d-dħul fuq it-territorju tagħhom ta' dawn il-pjanti taħt ċerti kondizzjonijiet speċifiċi.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2003/249/KE hija emendata kif ġej:

    Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, il-punti li ġejjin (e) sa (h) huma miżjuda:

    “(e)

    l-1 ta' Ġunju 2007 sat-30 ta' Settembru 2007;

    (f)

    l-1 ta' Ġunju 2008 sat-30 ta' Settembru 2008;

    (g)

    l-1 ta' Ġunju 2009 sat-30 ta' Settembru 2009;

    (h)

    l-1 ta' Ġunju 2010 sat-30 ta' Settembru 2010.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 4 ta' April 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).

    (2)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 32.


    Top