Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1744

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1744/2006 ta’ l- 24 ta’ Novembru 2006 dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 329, 25.11.2006, p. 19–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 352–354 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1744/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

352


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1744/2006

ta’ l-24 ta’ Novembru 2006

dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1544/2006 ta’ l-5 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi miżuri speċjali biex iħeġġu t-trobbija ta’ dud tal-ħarir (1), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1054/73 tat-18 ta’ April 1973 dwar regoli dettaljati għal għajnuna rigward dud tal-ħarir (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Skond Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1544/2006 u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 tat-2 ta’ Mejju 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir (4), tingħata għajnuna biss għal kaxxi li jkun fihom kwantità minima ta’ bajd u li jkunu taw minimu ta’ produzzjoni ta’ fosdqiet. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jiddeċiedu l-kwantitajiet minimi imma fid-dawl tal-kondizzjonijiet normali tal-produzzjoni fil-Komunità.

(3)

Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 jgħid li Stati Membri jridu jdaħħlu kontroll li jassigura li l-prodott li għalih tintalab għajnuna jilħaq il-bżonnijiet għall-għoti ta’ din. Konsegwentement, applikazzjonijiet għal għajnuna sottomessi minn dawk li jrabbu għandhom jinkludu l-minimu ta’ informazzjoni meħtieġa għal dan il-kontroll.

(4)

Għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet uniformi għall-ħlas ta’ l-ammont ta’ għajnuna.

(5)

Stati Membri huma awtorizzati li jagħtu għajnuna biss lil dawk li jrabbu li jkunu kisbu l-kaxxi tagħhom tal-bajd minn korp approvat u li jkunu taw lil korp approvat il-fosdqiet prodotti. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni xierqa tas-sistema ta’ għajnuna, għandhom ikunu definiti l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ korpi bħal dawn.

(6)

F’dan il-każ partikolari, biex ikun żgurat l-effett tas-sistema tal-kontroll li għaliha hawn riferenza fuq, applikazzjonijiet għal għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikati maħruġa minn dawk il-korpi u għandhom ikunu ċċekkjati minn Stati Membri.

(7)

Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Fibri Naturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għajnuna li jirreferi għaliha Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1544/2006 tingħata taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ dan ir-Regolament rigward dud tal-ħarir imrobbi fil-Komunità.

Artikolu 2

L-għajnuna tingħata biss rigward kaxxi:

(a)

li jkun fihom ta’ l-inqas 20 000 bajda tad-dud tal-ħarir tajbin għal tfaqqis;

(b)

li jkunu taw għadd minimu ta’ fosdqiet magħżulin, li jkollhom dehra esterna tajba u li jkunu maturi, ta’ kulur u dimensjonijiet uniformi, ħielsa minn marki u sadid, u tajbin għat-tkebbib.

Il-produzzjoni minima li għaliha jirreferi l-punt (b) tkun deċiża mill-Istat Membru rilevanti u ma tistax tkun inqas minn 20 kg.

Artikolu 3

1.   Tingħata għajnuna lil dawk li jrabbu d-dud tal-ħarir li jibagħtu l-applikazzjonijiet kull sena sat-30 ta’ Novembru, hlief f’każijiet ta’ forza maggiore.

Iżda, fejn applikazzjonijiet għall-għajnuna jintbagħtu:

mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena, tingħata żewġ terzi tal-għajnuna,

mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ l-istess sena, tingħata terz tal-għajnuna.

Dawk li jrabbu jistgħu jibagħtu applikazzjoni waħda biss kull wieħed.

2.   L-Istat Membru jħallas l-ammont ta’ l-għajnuna lil dak li jrabbi fl-erba’ xhur segwenti għal dak li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjoni jkollha ta’ l-inqas:

l-isem, l-indirizz u l-firma tal-parti li tagħmel l-applikazzjoni,

l-għadd ta’ kaxxi tal-bajd użati u d-data jew id-dati li fihom dawn kienu riċevuti,

il-kwantità ta’ fosdqiet prodotti minn dawn il-bajd u d-data jew id-dati li fihom twasslu dawn il-fosdqiet,

il-post tal-ħażna tal-fosdqiet prodotti jew, jekk inbigħu u twasslu, l-isem u l-indirizz ta’ l-ewwel xerrej.

2.   Fejn id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 jridu jkunu applikati, applikazzjoni tkun ammissibbli biss jekk tkun akkumpanjata mill-attestazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   Skond Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 korpi pubbliċi jew privati jistgħu jkunu approvati biss fejn il-kontijiet tagħhom jispeċifikaw ta’ l-inqas:

l-għadd ta’ kaxxi mwassla, l-isem ta’ dak li jrabbi li lilu kienu konsenjati u d-data ta’ meta ntbagħtu,

il-kwantità ta’ fosdqiet li jkunu waslu, l-isem ta’ dak li jrabbi li jissupplixxihom u d-data ta’ meta waslu.

2.   Stati Membri jissottomettu korpi approvati għal kontroll li jkun jikkonsisti f’iċċekkjar, partikolarment, dwar il-ftehim bejn l-entraturi fil-kontijiet rilevanti u dawk fl-attestazzjonijiet li għalihom jirreferi Artikolu 6.

Artikolu 6

Il-korpi approvati joħorġu lil dawk li jrabbu:

mhux iktar tard minn 40 jum wara li jkunu ntbagħtu l-kaxxi tal-bajd, attestazzjoni li tispeċifika ta’ l-inqas l-isem u l-indirizz ta’ dak li jrabbi konċernat, l-għadd ta’ kaxxi mwassla, id-data ta’ meta ntbagħtu u d-data tal-ħruġ ta’ l-attestazzjoni;

mhux aktar tard minn 40 jum wara jkunu waslu l-fosdqiet, attestazzjoni li tispeċifika ta’ l-inqas l-isem u l-indirizz ta’ dak li jrabbi konċernat, il-kwantità ta’ fosdqiet li jkunu waslu, id-data ta’ meta waslu u d-data tal-ħruġ ta’ l-attestazzjoni.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KEE) Nru 1054/73 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 17.10.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 105, 20.4.1973, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3565/92 (ĠU L 362, 11.12.1992, p. 10).

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 106, 5.5.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 668/74 (ĠU L 85, 29.3.1974, p. 61).


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1054/73

(ĠU L 105, 20.4.1973, p. 4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 683/74 tal-Kummissjoni.

(ĠU L 83, 28.3.1974, p. 13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3565/92

(ĠU L 362, 11.12.1992, p. 10)


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 1054/73

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

L-Annessi I u II


Top