This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0565
Commission Regulation (EC) No 565/2006 of 6 April 2006 imposing testing and information requirements on the importers or manufacturers of certain priority substances in accordance with Council Regulation (EEC) No 793/93 on the evaluation and control of the risks of existing substances (Text with EEA relevance)
565/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2006 tas- 6 ta’ April 2006 li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
565/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2006 tas- 6 ta’ April 2006 li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 99, 7.4.2006, p. 3–5
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 329–331
(MT)
In force
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
329 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 565/2006
tas-6 ta’ April 2006
li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-rapporteurs maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 ivvalutaw l-informazzjoni li taw il-manifatturi u l-importaturi dwar ċerti sustanzi ta' prijorità. Wara konsultazzjoni ma’ dawk il-manifatturi u l-importaturi, ir-rapporteurs iddeterminaw li minħabba raġunijiet ta’ evalwazzjoni tar-riskju dawk il-manifatturi u l-importaturi jinħtieġu li jagħtu iktar informazzjoni u jagħmlu aktar testijiet. |
(2) |
L-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sustanzi in kwistjoni mhijiex disponibbli mill-manifatturi jew l-importaturi ta’ qabel. Il-manifatturi u l-importaturi ivverifikaw li t-testijiet fuq l-annimali ma jistgħux jiġu sostitwiti jew illimitati bl-użu ta’ metodi oħra. |
(3) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi ta' prijorità jintalbu jagħtu iktar informazzjoni u jittestjaw dawn is-sustanzi aktar fil-fond. Il-protokolli ppreżentati mir-rapporteurs lill-Kummissjoni għandhom jintużaw fit-twettiq ta' dawk it-testijiet. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-manifatturi u l-importaturi tas-sustanzi elenkati fl-Anness, li ppreżentaw informazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3, 4, 7 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jipprovdu l-informazzjoni u jwettqu t-testijiet indikati fl-Anness u jagħtu r-riżultati lir- rapporteurs relevanti.
It-testijiet għandhom isiru skond il-protokolli speċifikati mir-rapporteurs.
Ir-riżultati għandhom jingħataw fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ April 2006.
Ghall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal- Kummissjoni
(1) ĠU L 84, tal-5.4.1993, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
ANNESS
Nru |
Nru ta l-Einecs |
Nru tal-CAS |
Isem is-sustanza |
Ir-Rapporteur |
Ir-Rekwiżiti għall-Ittestjar/l-Informazzjoni |
Il-limitu ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament' |
1. |
214-604-9 |
1163-19-5 |
Bis(pentabromophenyl)ether (1) |
UK/F |
Studju dwar in-newrotossiċità waqt l-iżvilupp fil-firien jew il-ġrieden |
24 xahar |
Programm adegwat ta’ bijomonitoraġġ uman, li jinkludi l-ħalib tas-sider u d-demm, u l-bżonn għal analiżi ta’ xejriet fuq ċertu perjodu ta’ żmien. |
Rapport annwali fuq perjodu ta’ 10 snin |
|||||
Programm ta’ monitoraġġ ambjentali li jinkludi l-għasafar, il-ħama tad-dranaġġ, is-sediment, u l-arja biex jistabbilixxi xejriet kronoloġiċi għas-sustanza u l-prodotti ta’ degradazzjoni aktar tossiċi u bijoakkumulattivi tagħha fuq perjodu ta’ għaxar snin |
Rapport annwali fuq perjodu ta’ 10 snin |
|||||
2. |
237-158-7 |
13674-84-5 |
Tris(2-chloro-1-methylethyl) phosphate (2) |
UK/IRL |
Dejta dwar ir-rilaxxi u l-forom ta’ użu ta’ ċerti stadji taċ-ċiklu tal-ħajja |
3 xhur |
3. |
237-159-2 |
13674-87-8 |
Tris[2-chloro-1-(chloromethyl) ethyl] phosphate (2) |
UK/IRL |
Dejta dwar ir-rilaxxi u l-forom ta’ użu ta’ ċerti stadji taċ-ċiklu tal-ħajja |
3 xhur |
Test tat-tossiċità għall-Chironomid għall-ilma bis-sediment bl-użu ta’ sediment modifikat (OECD 218) |
6 xahar |
|||||
Test tat-tossiċità għal-Lumbriculus għall-ilma bis-sediment fejn jintuża sediment modifikat (OECD 218) |
6 xhur |
|||||
Test tat-tossiċità għall-Hyallella għall-ilma bis-sediment fejn jintuża sediment modifikat (OECD 218) |
6 xhur |
|||||
4. |
253-760-2 |
38051-10-4 |
2,2-Bis(chloromethyl) trimethylene bis (bis(2-chloroethyl) phosphate (2) |
UK/IRL |
Dejta dwar ir-rilaxxi u l-forom ta’ użu ta’ ċerti stadji taċ-ċiklu tal-ħajja |
3 xhur |
5. |
231-111-4 232-104-9 222-068-2 231-743-0 236-068-5 |
7440-02-0 7786-81-4 3333-67-3 7718-54-9 13138-45-9 |
Nikil (3) Sulfat tan-nikil (3) Karbonat tan-nikil (2) Diklorur tan-nikil (2) Dinitrat tan-nikil (2) |
DK |
Informazzjoni dwar l-ekotossiċità u l-bijodisponibilità tan-nikel fi studji fil-laboratorju |
3 xhur |
Informazzjoni dwar l-ekotossiċità, id-destin u l-bijodisponibilità mill-field studies |
6 xhur |
|||||
Informazzjoni dwar it-tossiċità tan-nikil f’tipi varji ta’ ħamrija |
6 xhur |
|||||
Żvilupp u validazzjoni ta’ Biotic Ligand Model kroniku għar-Rainbow trout |
3 xhur |
|||||
Żvilupp u validazzjoni ta’ Biotic Ligand Model kroniku għall-alka u l-invertebrati |
3 xhur |
|||||
Informazzjoni ta' esponiment għall-estrazzjoni tal-PEClokali u l-PECreġjonalil |
6 xhur |
|||||
Dejta ta’ monitoraġġ għall-ilmijiet tal-wiċċ Ewropej |
6 xhur |
|||||
232-104-9 |
7786-81-4 |
Sulfat tan-nikil (3) |
Studju orali fuq sentejn dwar il-karċinoġenità permezz tas-sulfat tan-nikil fil-firien (OECD 451-B32) |
30 xahar |
||
231-111-4 |
7440-02-0 |
Nikil (3) |
Studju fuq sentejn dwar il-karċinoġenità permezz ta’ nifsijiet il-ġewwa tat-trab elementali tan-nikil fil-firien (OECD 451-B32) |
30 xahar |
||
6. |
221-221-0 |
3033-77-0 |
2,3-Epoxypropyltrimethyl ammonium chloride (3) |
FIN |
Test ta’ simulazzjoni tat-trattament tad-dranaġġ Aerobiku, Unitajiet tal-ħamà attivati (OECD 303A) |
6 xhur |
Informazzjoni ta’ esponiment ambjentali |
3 xhur |
|||||
7. |
222-048-3 |
3327-22-8 |
(3-Chloro-2-hydroxypropyl) trimethyl ammonium chloride (3) |
FIN |
Test ta’ simulazzjoni tat-trattament tad-dranaġġ Aerobiku, Unitajiet tal-ħamà attivati (OECD 303A) |
6 xhur |
Informazzjoni ta’ esponiment ambjentali |
3 xhur |
|||||
8. |
202-453-1 |
95-80-7 |
4-Methyl-m-phenylenediamine (1) |
D |
Test tat-tossiċità għal-Lumbriculus għall-ilma bis-sediment fejn jintuża sediment modifikat (OECD 218) |
6 xhur |
(1) Sustanza elenkata fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94 (ĠU L 131, tas-26.5.1994, p.3; lista ta’ prijorità n. 1).
(2) Sustanza elenkata fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 (ĠU L 273, tat-23.10.2000, p.5; lista ta’ prijorità n. 4).
(3) Sustanza elenkata fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (ĠU L 25, tas-27.10.1997, p.13; lista ta’ prijorità n. 3).