Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0942

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Lulju 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika ta' Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika ta' Surinam, Saint Kitts u Nevis, ir-Renju ta' Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanżanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja, ir-Repubblika taż-Żimbabwe dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006 u ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005/2006

    ĠU L 358, 16.12.2006, p. 51–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 376–377 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/942/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    32006D0942

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Lulju 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika ta' Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika ta' Surinam, Saint Kitts u Nevis, ir-Renju ta' Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanżanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja, ir-Repubblika taż-Żimbabwe dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006 u ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005/2006

    Official Journal L 358 , 16/12/2006 P. 0051 - 0052
    Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0376 - 0377


    20060718

    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat- 18 ta’ Lulju 2006

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika ta' Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika ta' Surinam, Saint Kitts u Nevis, ir-Renju ta' Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanżanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja, ir-Repubblika taż-Żimbabwe dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006 u ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005/2006

    (2006/942/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) L-implimentazzjoni tal-Protokoll 3 dwar iz-Zokkor AKP mehmuż ma' l-Anness V għall-Ftehim ta' Partenarjat AKP-KE [1] u l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamieli titwettaq [2], skond l-Artikolu 1(2) ta' kull wieħed, fi ħdan il-qafas ta' ġestjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor.

    (2) Huwa xieraq li jiġu approvati l-Ftehimiet fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, minn naħa, l-Istati msemmija fil-Protokoll u min-naħa l-oħra, ir-Repubblika ta' l-Indja dwar il-prezzijiet garantiti taz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    ll-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika ta' Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika ta' Surinam, Saint Kitts u Nevis, ir-Renju ta' Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanżanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja, ir-Repubblika taż-Żimbabwe dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006 u l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006 huma b'dan approvati f'isem il-Komunità.

    It-test ta' kull Ftehim huwa rispettivament espost fl-Anness I u fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 sabiex tintrabat il-Komunità.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, 18 ta’ Lulju 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Korkeaoja

    [1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar mill-Ftehim pubblikat iffirmat fil-Lussemburgu fil- 25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

    [2] ĠU L 190, 23.7.1975, p. 35.

    --------------------------------------------------

    20060718

    ANNESS I

    20060718

    Ftehim

    fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika ta' Gujana, ir-Repubblika tal-Côte D'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika ta' Surinam, Saint Kitts u Nevis, ir-Renju ta' Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanżanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika ta' l-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja, ir-Repubblika taż-Żimbabwe dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006

    A. Ittra Nru 1

    Brussell, 21 ta’ Novembru 2006

    Sinjur,

    Ir-rappreżentanti ta' l-Istati AKP msemmija fil-Protokoll 3 dwar iz-zokkor AKP mehmuż ma' l-Anness V tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u tal-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea, ftiehmu, skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi, kif ġej:

    Għall-perjodu ta' konsenja mill- 1 ta' Lulju 2005 sat- 30 ta' Ġunju 2006, il-prezzijiet garantiti msemmija fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll għandhom, għall-finijiet ta' l-intervent fis-sens ta' l-Artikolu 6 tal-Protokoll, ikunu:

    (a) għaz-zokkor mhux proċessat: EUR 52,37 għall kull 100 kilo;

    (b) għaz-zokkor abjad: EUR 64,65 għall kull 100 kilo.

    Dawn il-prezzijiet għandhom jirriferu għal zokkor ta' kwalità standard kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, mhux ippakkjat, cif, liberu barra mill-portijiet Ewropej tal-Komunità. L-introduzzjoni ta' dawn il-prezzijiet b'ebda mod ma tippreġudika l-pożizzjonijiet rispettivi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-prinċipji relattivi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet garantiti.

    Inkun nafhulek jekk tgħarrafni bir-riċezzjoni ta' din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati AKP imsemmija hawn fuq u l-Komunità.

    Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    B. Ittra Nru 2

    Brussell, 21 ta’ Novembru 2006

    Sinjur,

    Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tal-lum li tgħid hekk:

    "Ir-rappreżentanti ta' l-Istati AKP msemmija fil-Protokoll 3 dwar iz-zokkor AKP mehmuż ma' l-Anness V tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u tal-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea, ftiehmu, skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi, kif ġej:

    Għall-perjodu ta' konsenja mill- 1 ta' Lulju 2005 sat- 30 ta' Ġunju 2006, il-prezzijiet garantiti msemmija fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll għandhom, għall-finijiet ta' l-intervent fis-sens ta' l-Artikolu 6 tal-Protokoll, ikunu:

    (a) għaz-zokkor mhux proċessat: EUR 52,37 għall kull 100 kilo;

    (b) għaz-zokkor abjad: EUR 64,65 għall kull 100 kilo.

    Dawn il-prezzijiet għandhom jirriferu għal zokkor ta' kwalità standard kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, mhux ippakkjat, cif, liberu barra mill-portijiet Ewropej tal-Komunità. L-introduzzjoni ta' dawn il-prezzijiet b'ebda mod ma tippreġudika l-pożizzjonijiet rispettivi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-prinċipji relattivi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet garantiti.

    Inkun nafhulek jekk tgħarrafni bir-riċezzjoni ta' din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati AKP imsemmija hawn fuq u l-Komunità."

    Għandi l-unur nikkonferma il-qbil tal-Gvernijiet ta' l-Istati AKP msemmija f'din l-ittra ma dak li ngħad iktar 'il fuq.

    Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    F'isem il-Gvernijiet ta' l-Istati AKP msemmija fil-Protokoll Nru 3

    For the Government of Barbados

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of Belize

    +++++ TIFF +++++

    Pour le gouvernement de la République du Congo

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Sovereign Democratic Republic of Fiji

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Cooperative Republic of Guyana

    +++++ TIFF +++++

    Pour le gouvernement de la République de Côte d’Ivoire

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of Jamaica

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Kenya

    +++++ TIFF +++++

    Pour le gouvernement de la République de Madagascar

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Malawi

    +++++ TIFF +++++

    Pour le gouvernement de la République de Maurice

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Mozambique

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Suriname

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of Saint Kitts and Nevis

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Kingdom of Swaziland

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the United Republic of Tanzania

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Trinidad and Tobago

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Uganda

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Zambia

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of the Republic of Zimbabwe

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    20060718

    ANNESS II

    20060718

    Ftehim

    fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodu ta' konsenja 2005-2006

    A. Ittra Nru 1

    Brussell, 27 Ottubru 2006

    Sinjur,

    Ir-Rappreżentanti ta' l-Indja u tal-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea, ftiehmu, fi ħdan il-qafas tan-negozjati previsti fl-Artikolu 5(4) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamieli, kif ġej:

    Għall-perjodu ta' konsenja mill- 1 ta' Lulju 2005 sat- 30 ta' Ġunju 2006, il-prezzijiet garantiti msemmija fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll għandhom, għall-finijiet ta' l-intervent fis-sens ta' l-Artikolu 6 tal-Protokoll, ikunu:

    (a) għaz-zokkor mhux proċessat: EUR 52,37 għall kull 100 kilo;

    (b) għaz-zokkor abjad: EUR 64,65 għall kull 100 kilo.

    Dawn il-prezzijiet għandhom jirriferu għal zokkor ta' kwalità standard kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, mhux ippakkjat, cif, liberu barra mill-portijiet Ewropej tal-Komunità. L-introduzzjoni ta' dawn il-prezzijiet b'ebda mod ma tippreġudika l-pożizzjonijiet rispettivi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-prinċipji relattivi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet garantiti.

    Inkun nafhulek jekk tgħarrafni bir-riċezzjoni ta' din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati AKP imsemmija hawn fuq u l-Komunità.

    Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    On behalf of the European Community

    Au nom de la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    På Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    B. Ittra Nru 2

    Brussell, 27 ta’ Ottubru 2006

    Sinjur,

    Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tal-lum li tgħid hekk:

    "Ir-Rappreżentanti ta' l-Indja u tal-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea, ftiehmu, fi ħdan il-qafas tan-negozjati previsti fl-Artikolu 5(4) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamieli, kif ġej:

    Għall-perjodu ta' konsenja mill- 1 ta' Lulju 2005 sat- 30 ta' Ġunju 2006, il-prezzijiet garantiti msemmija fl-Artikolu 5(4) tal-Protokoll għandhom, għall-finijiet ta' l-intervent fis-sens ta' l-Artikolu 6 tal-Protokoll, ikunu:

    (a) għaz-zokkor mhux proċessat: EUR 52,37 għall kull 100 kilo;

    (b) għaz-zokkor abjad: EUR 64,65 għall kull 100 kilo.

    Dawn il-prezzijiet għandhom jirriferu għal zokkor ta' kwalità standard kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, mhux ippakkjat, cif, liberu barra mill-portijiet Ewropej tal-Komunità. L-introduzzjoni ta' dawn il-prezzijiet b'ebda mod ma tippreġudika l-pożizzjonijiet rispettivi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-prinċipji relattivi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet garantiti.

    Inkun nafhulek jekk tgħarrafni bir-riċezzjoni ta' din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati AKP imsemmija hawn fuq u l-Komunità."

    Għandu l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi ma dak li ngħad iktar 'il fuq.

    Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja

    For the Government of the Republic of India

    Por el Gobierno de la República de la India

    Za vládu Indické republiky

    For regeringen for Republikken Indien

    Für die Regierung der Republik Indien

    India Vabariigi valitsuse nimel

    Για την κυβέρνηση της Δημοκρατίας της Ινδιάς

    Au nom du gouvernement de la République de l'Inde

    Per il governo della Repubblica dell'India

    Indijas Republikas valdības vārdā

    Indijos Respublikos Vyriausybės vardu

    Az Indiai Köztársaság kormánya részéről

    Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja

    Voor de Regering van de Republiek India

    W imieniu Rządu Republiki Indii

    Pelo Governo da República da Índia

    Za vládu Indickej republiky

    Za Vlado Republike Indije

    Intian tasavallan hallituksen puolesta

    På Republiken Indiens regerings vägnar

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top