This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0556
2006/556/EC: Commission Decision of 4 August 2006 amending Decision 92/452/EEC as regards certain embryo collection and production teams in the United States of America (notified under document number C(2006) 3456) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3456) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3456) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 218, 9.8.2006, p. 20–21
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1071–1072
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31992D0452 | Emenda | anness 1 | 12/08/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32008D0155 | 14/02/2008 |
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1071 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta' Awwissu 2006
li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3456)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/556/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta' gruppi approvati għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' l-ifrat lejn il-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss minn fejn dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbu li jsiru emendi għar-reġistrazzjonijiet tal-listi għal dak il-pajjiż fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni. |
(3) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni involut ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).
(2) ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/395/KE (ĠU L 152, 7.6.2006, p. 34).
ANNESS
L-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat kif ġej:
(a) |
ir-ringiela għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 98KY101 hija ssostitwita b'dan li ġej:
|
(b) |
qed titħassar ir-ringiela li ġejja għall-gruppi tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika:
|
(ċ) |
qed tiddaħħal ir-ringiela li ġejja għall-Istati Uniti ta' l-Amerika:
|