This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1608
Commission Regulation (EC) No 1608/2005 of 30 September 2005 amending Regulation (EEC) No 3149/92 laying down detailed rules for the supply of food from intervention stocks for the benefit of the most deprived persons in the Community
1608/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2005 tat- 30 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
1608/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2005 tat- 30 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
ĠU L 256, 1.10.2005, p. 13–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 234–235
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 03/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0807
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31992R3149 | Emenda | artikolu 4.2 | 01/10/2005 | |
Modifies | 31992R3149 | Emenda | artikolu 4.1 | 01/10/2005 | |
Modifies | 31992R3149 | Sostituzzjoni | artikolu 4.2BI | 01/10/2005 | |
Modifies | 31992R3149 | Emenda | artikolu 5.1 | 01/10/2005 | |
Modifies | 31992R3149 | abolizzjoni | anness | 01/10/2005 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32005R1608R(01) | (NL) | |||
Repealed by | 32010R0807 |
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
234 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1608/2005
tat-30 ta' Settembru 2005
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għar-rifornimenti tal-ikel minn stokkijiet tal-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
billi:
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 (2) jiddetermina r-regoli dettaljati għas-sejħiet għall-offerti rigward l-organizzazzjoni tal-provvisti fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-miżura tal-Komunità għad-distribuzzjoni tal-ikel minn ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju ta' persuni l-aktar fil-bżonn. |
(2) |
Il-prodotti li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent fil-kuntest tal-pjan annwali jistgħu jiġu pprovduti fl-istat li jkunu fih jew jiġu ttrasformati għall-manifattura ta' oġġetti tal-ikel, jew jistgħu jiġu rtirati bħala ħlas tar-riforniment jew il-manifattura ta' oġġetti tal-ikel użati fis-suq tal-Komunità. Għal dan it-tip ta' riforniment, għandhom jiġu ppreċiżati l-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent li jistgħu jiġu rtirati bi ħlas għall-manifattura ta' prodotti taċ-ċereali u ta' prodotti tal-ħalib. |
(3) |
Biex iwieġbu aħjar għall-bżonnijiet ta' organizzazzjonijiet tal-karità u biex jespandu l-firxa ta' prodotti tal-ikel fornuti, ikun xieraq li jiġi speċifikat li l-prodotti minn ħażniet ta' intervent jistgħu jiġu inkorporati fi prodotti oħra għall-għanijiet tal-fabbrikazzjoni tal-ikel. |
(4) |
Skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (3), l-intervent pubbliku fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella bħala strument permanenti ta' appoġġ għas-suq ma' baqax jeżisti mill-1 ta' Lulju 2002. B'hekk huwa meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jiġi adattat għal din is-sitwazzjoni ġdida. |
(5) |
Konsegwentement jeħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jiġi emendat. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kkonċernati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 hu emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
|
2) |
Fl-Artikolu 5(1), it-tieni paragrafu għandu jitħassar. |
3) |
L-anness għandu jitħasser. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2005.
Dan ir-Regolament huwa mandatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta' Settembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).
(2) ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1903/2004 (ĠU L 328, 30.10.2004, p. 77).
(3) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).