This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0214
Commission Regulation (EC) No 214/2005 of 9 February 2005 amending Annex III to Regulation (EC) No 999/2001 of the European Parliament and of the Council as regards monitoring of transmissible spongiform encephalopathies in caprine animals (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 214/2005 tad- 9 ta' Frar 2005 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi li jixterdu fil-bhejjem kaprini Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 214/2005 tad- 9 ta' Frar 2005 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi li jixterdu fil-bhejjem kaprini Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 37, 10.2.2005, p. 9–12
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 136–139
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R0999 | Emenda | anness 3 | 11/02/2005 |
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
136 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 214/2005
tad-9 ta' Frar 2005
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi li jixterdu fil-bhejjem kaprini
(Test b'relevanza għall-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, l-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jixterdu (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ ta' enċefalopatiji sponġiformi li jixterdu (TSE) f'bhejjem kaprini. |
(2) |
Fit-28 ta' Jannar 2005, bord ta' esperti dwar it-TSE f'bhejjem żgħar li jixtarru, ippresjedut mil-laboratorju Komunitarju ta' Referenza għat-TSEs (CRL) ikkonferma s-sejba ta' enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f' mogħża maqtula fi Franza. Dan kien l-ewwel każ ta' BSE f'bhima żgħira li tixtarr taħt kundizzjonijiet naturali. |
(3) |
Il-Kumitat preċedenti għad-Direzzjoni Xjentifika (SSC) f' laqgħa fl-4-5 ta' April 2002, adotta opinjoni dwar il-kisba sigura ta' materjali ta' l-annimali żgħar li jixtarru jekk il-BSE ssir probabbli f' annimali żgħar li jixtarru. Fl-opinjoni tiegħu, adottata waqt laqgħa fis-26 ta' Novembru 2003, il-Bord Xjentifiku dwar il-Perikoli Bijoloġiċi ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) approva l-istqarrija ta' l-opinjoni ta' l-SSC fir-rigward tas-sigurtà ta' ċerti prodotti ta' annimali żgħar li jixtarru f' dak li għandu x'jaqsam mat-TSE. Fl-istqarrija tiegħu tat-28 ta' Jannar 2005, il-Bord ta' l-EFSA li ssemma hawn fuq saħaq ukoll li wieħed għad irid iqis xi tfisser sewwa sew is-sejba ta' dan il-każ wieħed ta' infezzjoni BSE f' mogħża fi Franza. Sabiex dan jista' jsir, jeħtieġ li jinkisbu r-riżultati ta' monitoraġġ miżjud tat-TSEs fil-mogħoż. |
(4) |
Bi qbil ma' l-opinjonijiet u l-istqarrijiet ta' l-SSC u l-EFSA msemmija hawn fuq, il-monitoraġġ tal-mogħoż għandu jkun estiż sabiex jittejbu l-programmi ta' qerda tal-Komunità. Dawk il-programmi wkoll iżidu l-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi, minkejja li l-kisba sigura ta' prodotti tal-mogħoż hija żgurata wkoll bil-miżuri kurrenti, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija ta' materjali speċifiċi ta' riskju, fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
(5) |
Il-monitoraġġ estiż għandu jkun ibbażat fuq rakkomandazzjoni għal studju li huwa statistikament validu mis-CRL sabiex il-prevalenza tal-BSE fil-mogħoż tiġi ddeterminata malajr kemm jista' jkun, kif ukoll sabiex jittejjeb l-għarfien dwar id-distribuzzjoni ġeografika u t-tqassim fl-imrieħel. Għandu għalhekk japplika għall-Istati Membri kollha b'importanza speċjali mogħtija lil dawk l-Istati Membri li fihom irriżultat il-BSE. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk ikun emendat konformament. |
(7) |
Fid-dawl ta' l-importanza mogħtija lill-iżgurar ta' l-ogħla livell ta' ħarsien tal-konsumaturi u sabiex il-prevalenza tal-BSE fil-mogħoż tista' titqies, l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ mill-iktar fis. |
(8) |
Il-programm ta' monitoraġġ tal-bhejjem kaprini għandu jkun rivedut wara għall-inqas 6 xhur ta' monitoraġġ effettiv u meta l-EFSA tkun wasslet opinjoni dwar evalwazzjoni kwantitattiva dwar ir-riskju reżidwali li jirriżulta mil-laħam tal-mogħoż u prodotti tal-laħam idderivati minnu. |
(9) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar id-9 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2005 (ĠU L 10, tat-13.1.2005, p. 9)
ANNESS
Fl-Anness III, f' Parti II tal-Kapitolu A, il-punti 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:
“2. Monitoraġġ ta' bhejjem ovini jew kaprini maqtula għall-konsum mill-bniedem
a) |
Stati Membri li fihom il-popolazzjoni ta' mogħoż u gidjien nisa mgħammra teċċedi l-750 000 bhima, għandhom jittestjaw kampjun annwali minimu ta' 10 000 bhima ovina maqtula għall-konsum mill-bniedem, skond il-punti dwar il-kampjunar elenkati f'punt 4 (1) |
b) |
Stati Membri għandhom jittestjaw bhejjem maqtula f'saħħithom skond ir-regoli ta' kampjunar elenkati f'punt 4 u bid-daqsijiet minimi tal-kampjuni elenkati fit-Tabella A. Fejn Stat Membru jsibha diffiċli jiġbor numru biżżejjed ta' bhejjem kaprini maqtula f'saħħithom sabiex ikun jista' jilħaq id-daqs minimu ta' kampjun allokat lilu, jista' jagħżel li jibdel il-massimu ta' 50 % tad-daqs minimu tal-kampjun tiegħu billi jittestja bhejjem kaprini mejta ta' età 'l fuq minn 18-il xahar b' rata ta' wieħed għal wieħed, u flimkien mad-daqs minimu tal-kampjuni stabbilit f'punt 3. Tabella A
|
3. Monitoraġġ ta' bhejjem ovini u kaprini mhux maqtula għall-konsum mill-bniedem.
Stati Membri għandhom jittestjaw skond ir-regoli tal-kampjunar stabbiliti f'punt 4 u d-daqsijiet minimi tal-kampjuni indikati fit-tabella B u t-tabella C, bhejjem ovini u kaprini li mietu jew inqatlu, iżda li ma kinux:
— |
maqtula fil-qafas ta' kampanja għall-qerda ta' mard, jew |
— |
maqtula għall-konsum mill-bniedem. |
Tabella B
Popolazzjoni fl-Istati Membri ta' mogħoż u gidjien nisa mgħammra |
Daqs minimu tal-kampjuni ta' bhejjem ovini mejta (1) |
> 750 000 |
10 000 |
100 000 – 750 000 |
1 500 |
40 000 – 100 000 |
500 |
< 40 000 |
100 |
Tabella C
Popolazzjoni tal-mogħoż fl-Istati Membri li diġà kellhom il-gidhien jew li huma mgħammra |
Daqs minimu tal-kampjuni ta' bhejjem kaprini mejta (2) |
> 750 000 |
10 000 |
250 000 – 750 000 |
3 000 |
40 000 – 250 000 |
1 000 |
< 40 000 |
100 % sa 200” |
(1) Id-daqs minimu tal-kampjun ġie kkalkulat sabiex jidentifika prevalenza ta' 0,03 % fil-bhejjem maqtula b'kunfidenza ta' 95 %.
(1) Daqsijiet minimi ta' kampjuni iqisu n-numru ta' bhejjem kaprini maqtula f' saħħithom u l-prevalenza tal-BSE fl-Istat Membru individwali. Huma maħsuba wkoll sabiex jipprovdu għanijiet li jistgħu jintlaħqu. Id-daqs minimu tal-kampjuni 'l fuq minn 60 000 jippermetti l-identifikazzjoni ta' prevalenza ta' 0,0017 % b'kunfidenza ta' 95 %.
(1) Daqsijiet minimi ta' kampjuni iqisu d-daqs tal-popolazzjoni ta' bhejjem ovini fl-Istati Membri individwali u huma maħsuba sabiex jipprovdu għanijiet li jistgħu jintlaħqu. Id-daqs minimu tal-kampjuni ta' 10 000, 500 u 100 bhima għandu jippermetti l-identifikazzjoni ta' prevalenza ta' 0,03 %, 0,2 %, 0,6 % u 3 % rispettivament b'kunfidenza ta' 95 %.
(2) Daqsijiet minimi ta' kampjuni iqisu d-daqs tal-popolazzjoni ta' bhejjem kaprini fl-Istati Membri individwali u huma maħsuba sabiex jipprovdu għanijiet li jistgħu jintlaħqu. Id-daqs minimu tal-kampjuni ta' 10 000, 500 u 100 bhima għandu jippermetti l-identifikazzjoni ta' prevalenza ta' 0,03 %, 0,2 %, 0,6 % u 3 % rispettivament b'kunfidenza ta' 95 %.