Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0177

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Marzu 2005 dwar it-transitu ta' annimali bovini ħajjin fir-Renju Unit (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 509) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 61, 8.3.2005, p. 28–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 123–125 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/177/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    123


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta' Marzu 2005

    dwar it-transitu ta' annimali bovini ħajjin fir-Renju Unit

    (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 509)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2005/177/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxu regoli dwar il-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enkefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (1), u partikolarment l-Artikolu 15(3) tiegħu

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/256/KE tas-16 ta' Marzu 1998 li tikkonċerna miżuri ta' emerġenza għall-protezzjoni kontra l-enkefalopatija sponġifori bovina, li temenda id-deċiżjoni 94/474/KE u tħassar id-Deċiżjoni 96/239/KEE (2) tipprovdi li ir-Renju Unit għandu jaċċċerta li annimali bovini ħajjin mgħandhomx jitħallew jitilqu mit-territorji tagħhom lejn Stati Membri oħra jew pajjiżi oħrajn.

    (2)

    L-irtirar imminenti tas-servizz minn naħa ta' kumpaniji tal-laneċ li jittrasportaw baqar ħajjin mill-Irlanda sa l-Ewropa kontinentali ser taffetwa b'mod serju l-kummerċ ta' annimali bovini bejn l-Irlanda u Stati Membri oħra.

    (3)

    Għalhekk, iridu jitfasslu regoli sabiex ikun jista' jsir it-transitu ta' annimali bovini ħajjin mill-Irlanda permezz tar-Renju Unit. Iżda, tali transitu irid ikun soġġett għall-kondizzjonijiet stretti u kontrolli sabiex ma jiddgħajfux il-miżuri nfurzati skond id-Deċiżjoni (KE) Nru 98/256/KE.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma stipulati b'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 98/256/KEE, ir-Renju Unit għandu jawtorizza it-transitu mingħajr tfixkil ta' annimali bovini ħajjin (“l-annimali”) li kienu telqu mill-Irlanda permezz tar-Renju Unit lejn Stati Membri oħra, soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Iċ-ċertifikati tas-saħħa pprovduti fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (3) li jakkompanjaw l-annimali waqt it-transitu mill-Irlanda permezz tar-Renju Unit lejn Stati Membri ohra għandhom jinkludu it-test li ġej:

    “Annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/177/KE tas-7 ta' Marzu 2005”;

    Artikolu 3

    It-transitu ta' l-annimali mill-Irlanda permezz tar-Renju Unit lejn Stati Membri oħra, kif ipprovdut fl-Artikolu 1, għandu jitħalla biss jekk mill-inqas tingħata notifika ta' jumejn xogħol minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Irlanda lil

    a)

    l-awtorità ċentrali tar-Renju Unit;

    b)

    L-awtorità ċentrali ta' kull Stat Membru dwar it-transitu ta' annimali; u

    ċ)

    l-awtorità kompetenti ċentrali u lokali ta' l-Istat Membru dwar id-deċiżjoni finali.

    Artikolu 4

    L-awtorità kompetenti ta' l-Irlanda għandha taċċerta li il-mezz ta' transport ta' l-annimali huwa ssiġillat b'siġill uffiċjali li jrid jibqa' f'postu għaż-żmien kollu ta' transitu permezz tar-Renju Unit, ħlief għal raġunijiet ta' spezzjoni uffiċjali jew f'ċirkostanzi ta' benesseri ta' l-annimali li huma stipulati fl-Artikolu 5.

    In-numru(i) tas-siġill irid jiġi rreġistrat mill-awtorità kompetenti ta' l-Irlanda fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 2.

    Artikolu 5

    Fejn, għall-ħtiġijiet ta' benesseri f' emerġenza jew f'ispezzjoni uffiċjali, l-annimali jridu jitħottew fir-Renju Unit, it-trasportatur għandu jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

    Dawk l-annimali m'għandhomx jitħallew jkomplu it-transitu tagħhom sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjen jiġu mħarsa:

    a)

    it-tagħbija mill-ġdid issir taħt superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit;

    b)

    il-mezz ta' trasport jiġi ssiġillat mill-ġdid immedjatament wara t-tagħbija; u

    ċ)

    ċertifikat suplimentari huwa pprovdut kif stipulati fl-Anness.

    Artikolu 6

    L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandu jġib fis-seħħ kontrolli approprjati sabiex tkun aċċertata l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u b'mod partikolari sabiex ikun hemm kontroll ta' l-integrità tas-siġilli, kif ipprovdut fl-Artikolu 5 għall-mezzi ta' trasport li jitilqu mir-Renju Unit.

    Dik l-awtorità kompetenti għandha tikkonferma il-qbil ma' din id-Deċiżjoni billi tapplika timbru uffiċjali fuq iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 2, jew billi toħroġ ċertifikat supplimentari ieħor kif stipulate fl-Anness.

    Fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' din id-Deċiżjoni l-annimali m'għandhomx jitħallew ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejn id-destinazzjoni finali. Tali annimali jistgħu jinżammu pendenti, soġġetti għall-konsiderazzjonijiet dwar saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku, għad-dbiċċir, distruzzjoni jew, bi ftehim ma' l-Istat Membru minn fejn kienu telqu, li jirritornaw lura lejn il-post minn fejn telqu.

    Artikolu 7

    Id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni Ewropea


    (1)  ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1993/2004 (ĠU L 344, 20.11.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 113, tal-15.4.1998, p. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/670/KE (ĠU L 228, ta-24.8.2002, p. 22).

    (3)  ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2002 (ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13).


    ANNESS

    Ċertifikat Suplimentari (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/177/KE tas-7 ta' Marzu 2005)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top