Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2245

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2004 tas- 27 ta' Diċembru 2004 li jemenda l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

    ĠU L 381, 28.12.2004, p. 10–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 458–459 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2015; Impliċitament imħassar minn 32012R1215

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2245/oj

    5.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    458


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2245/2004

    tas-27 ta' Diċembru 2004

    li jemenda l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni, l-għarfien u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I għar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 44/2001 jelenka r-regoli tal-ġurisdizzjoni nazzjonali. L-Anness II fih lista ta’ qrati u awtoritajiet kompetenti li għandhom ġurisdizzjoni fl-Istati Membri biex jittrattaw l-applikazzjonijiet għad-dikjarazzjoni ta’ kif jista’ jiġi nfurżat. L-Anness III jelenka il-qrati għal appelli kontra deċiżjonijiet bħal dawn, u Anness IV jelenka proċeduri ta’ rimedju għal dan il-għan.

    (2)

    Annessi I, II, III u IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 kienu amendati bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003 sabiex jinkludu ir-regoli tal-ġurisdizzjoni nazzjonali, il-listi tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti u il-proċeduri ta' riżarċiment ta’ l-Istati li se jissieħbu.

    (3)

    Franza, il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovenja u s-Slovakkja innotifikaw lill-Kummissjoni bl-emendi għall-listi stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu għalhekk ikun emendat konformament.

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-inċiż marbut mal-Latvja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fil-Latvja: is-Sezzjoni 27 u l-Paragrafi 3, 5, 6, u 9 tas-Sezzjoni 28 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums),”

    (b)

    l-inċiż marbut mas-Slovenja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovenja: l-Artikolu 48(2) tal-Liġi Internazzjonali Privata u l-Att tal-Proċedura (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b'konnessjoni mal-Artikolu 47(2) tal-Att tal-Proċedura Civili (Zakon o pravdnem postopku) u Artikolu 58(1) tal-Liġi Internazzjonali Privata u l-Att tal-Proċedura (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b’konnessjoni mal-Artikolu 57(1) u 47(2) tal-Att tal-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku),”

    (c)

    l-inċiż marbut mas-Slovakkja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovakkja: Artikoli 37 sa 37e tal-Att Nru 97/1963 dwar il-Liġi Internazzjonali Privata u r-Regoli ta’ Proċedura Marbuta Ma’Dan.”

    (2)

    L-Anness II huwa emendat kif segwit:

    (a)

    L-inċiż marbut ma’ Franza jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fi Franza:

    (a)

    il-‘greffier en chef du tribunal de grande instance’,

    (b)

    il-‘président de la chambre départementale des notaires’ fil-każ tal-applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta’ kif jista’ jiġi nfurżat instrument awtentiku notarjali.”

    (b)

    l-inċiż marbut mas-Slovenja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovenja, l-‘okrožno sodišče’,”

    (c)

    l-inċiż marbut mas-Slovakkja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovakkja, l-‘okresný súd’.”

    (3)

    L-Anness III huwa emendat kif segwit:

    (a)

    L-inċiż marbut ma’ Franza jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fi Franza:

    (a)

    il-‘cour d’appel’ dwar deċiżjonijiet li jippermettu l-applikazzjoni,

    (b)

    l-imħallef li qed jippresjedi tat-‘tribunal de grande instance’ dwar deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-applikazzjoni.”

    (b)

    l-inċiż marbut mal-Litwanja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fil-Litwania, il- ‘Lietuvos apeliacinis teismas’,”

    (c)

    l-inċiż marbut mas-Slovenja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovenja, l-‘okrožno sodišče’,”

    (d)

    l-inċiż marbut mas-Slovenja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovakkja, l- ‘okresný súd’.”

    (4)

    L-Anness IV huwa emendat kif segwit:

    (a)

    l-inċiż marbut mal-Litwanja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fil-Litwania, appell għall-‘Lietuvos Aukščiausiasis Teismas’,”

    (b)

    l-inċiż marbut mas-Slovenja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovenja, appell għall-‘Vrhovno sodišče Republike Slovenije’,”

    (c)

    l-inċiż marbut mas-Slovakkja jinbidel b’dan li ġej:

    “—

    fis-Slovakkja,d- ‘dovolanie’.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, nhar is-27 ta' Diċembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    President


    (1)  ĠU L 12 tas-16.1. 2001, p.1; Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att tas-Sħubija 2003.


    Top