Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2077

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2077/2004 tat- 3 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ aġenti ta’ l-ipproċessar

    ĠU L 359, 4.12.2004, p. 28–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 343–344 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2077/oj

    5.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    343


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2077/2004

    tat-3 ta' Diċembru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ aġenti ta’ l-ipproċessar

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqru l-istrat ta’ l-ożonu (ozone layer)  (1), u b’ mod partikolari t-tielet sentenza tal-ħmistax-il inċiż ta’ l-Artikolu 2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Jittieħdu in kunsiderazzjoni l-iżviluppi tekniċi u informatiċi ġodda msemmija mill-Panel għall-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija u l-Ekonomija fir-rapport ta’ progress tiegħu bid-data ta’ April 2002 (2) dwar sustanzi kkontrollati wżati bħala aġenti kimiċi ta’ l-ipproċessar, l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu jiġi emendat bħala riżultat tad-Deċiżjoni X/14 (3) u d-Deċiżjoni XV/6 (4), adottati fl-Għaxar (1998) u fil-Ħmistax-il Laqgħa (2003) tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal, rispettivament.

    (2)

    Aktar speċifikament, id-Deċiżjoni XV/6 iżżied l-aġent ta’ l-ipproċessar tetraklorur tal-karbonju għall-produzzjoni taċ-ċiklodimju (solvent); u twaqqaf l-użu tas-CFC-113 bħala aġent ta’ l-ipproċessar fil-manifattura tal-vinorelbinju (prodott farmaċewtiku) u l-użu ta’ tetraklorur tal-karbonju bħala aġent ta' l-ipproċessar fil-produzzjoni tat-tralometrinju (insettiċida).

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu jiġi emendat kif xieraq.

    (4)

    Il-miżuri mniżżla f’ dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa mibdul bit-test emendat kif imniżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin jum] wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta' Diċembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Starvros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 244, tad-29.9.2000, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 (ĠU L 265, tas-16.10.2003, p.1).

    (2)  Ir-rapport tal-Panel għall-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija u l-Ekonomija, April 2002, Volum 1, Rapport ta’ Progress dwar l-Aġenti ta’ l-Ipproċessar.

    (3)  L-Għaxar Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal fl-1998, id-Deċiżjoni X/14: Aġenti tal-Proċess.

    (4)  Il-Ħmistax-il Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal fl-2003, id-Deċiżjoni XV/6: Lista ta’ Użi ta’ sustanzi kkontrollati bħala aġenti ta’ l-ipproċessar.


    ANNESS

    “Anness VI

    Proċessi li fihom sustanzi kkontrollati jiġu wżati bħala aġenti ta’ l-ipproċessar kif hemm referenza għalihom fil-ħmistax-il inċiż ta’ l-Artikolu 2

    (a)

    l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju għall-eliminazzjoni tat-triklordidu tan-nitroġenu fil-produzzjoni tal-kloru u s-soda kawstika.

    (b)

    l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fl-irkupru tal-kloru fil-gassijiet (tail gas) li jiġu mill-produzzjoni tal-kloru;

    (c)

    l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura tal-gomma klorinata;

    (d)

    l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura ta’ l-aċetofenun ta’ l-isobutil (ibruprofen-analġesiku);

    (e)

    l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura tal-poli-fenilin-tereftalamid;

    (f)

    l-użu tas-CFC-11 fil-manifattura ta’ folja fina tal-fibra sintetika tal-polyolefin;

    (g)

    l-użu ta’ CFC-12 fis-sintesi fotokimika tal-perfluoropolyetherpolyperoxide, prekursuri taż-Z-perfluoropolyethers u derivati difunzjonali;

    (h)

    l-użu ta’ CFC-113 fir-riduzzjoni ta’ perfluoropolyetherpolyperoxide intermedju għall-produzzjoni ta’ perfluoropolyether diesters;

    (i)

    l-użu ta’ CFC-113 fit-tħejjija ta’ perfluoropolyether diols b’ funzjonalità għolja;

    (j)

    l-użu ta’ tetraklorur tal-karbonju fil-produzzjoni tas-Cyclodime;

    (k)

    l-użu ta’ HCFCs fil-proċessi mniżżla fil-punti (a) sa (j) meta jkunu wżati biex jieħdu post is-CFC jew it-tetraklorur tal-karbonju.”


    Top