This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0641
Commission Regulation (EC) No 641/2004 of 6 April 2004 on detailed rules for the implementation of Regulation (EC) No 1829/2003 of the European Parliament and of the Council as regards the application for the authorisation of new genetically modified food and feed, the notification of existing products and adventitious or technically unavoidable presence of genetically modified material which has benefited from a favourable risk evaluation (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta' April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta' prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoliTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta' April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta' prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoliTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 102, 7.4.2004, p. 14–25
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/06/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004R0641R(01) | (ET) | |||
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 9 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 16 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 15 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 14 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 12 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 19 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 8 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 10 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 5 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 7 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 17 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 11 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 6 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 18 | 28/06/2013 | |
Modified by | 32013R0503 | abolizzjoni | artikolu 13 | 28/06/2013 |
Official Journal L 102 , 07/04/2004 P. 0014 - 0025
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2004 tas-6 ta' April 2004 dwar regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-ikel u l-għalf ġdid ġenetikament modifikat, in-notifika ta' prodotti eżistenti u preżenża aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikati li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 5(7), 8(8), 17(7), 20(8) u 47(4) tiegħu, Wara kkonsultat l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel b'mod konformi ma' l-Artikoli 5(7) u 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, Billi: (1) Regolament (KE) Nru 1829/2003 jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati u tikkettjar ta' dan l-ikel u l-għalf. (2) Hu neċessarju li jkunu pprovduti regoli dettaljati rigward l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet sottomessi b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. (3) Barra dan, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdi li l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) għandha tippubblika gwida dettaljata biex tassisti l-applikanti fil-preparazzjoni u l-presentazzjoni ta' l-applikazzjoni, rigward notevolment l-informazzjoni u data li għandhom jiġu provvduti sabiex juru li l-prodott jikkonforma mal-kriterji msemmija fl-Artikoli 4(1) and 16(1) ta' dak ir-Regolament. (4) Sabiex tkun żgurata transizzjoni bla xkiel għas-sistema provvdut bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 miżuri transitorji stabbiliti f'dak ir-Regolament rigward talbiet u notifiki ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' leġislazzjoni Komunitarja oħra, għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta' implimentazzjoni. (5) Hu ukoll neċessarju jkunu ipprovduti regoli dettaljati dwar il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tan-notifiki ta' prodotti eżistenti sottomessi lill-Kummisjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward prodotti mqiegħda fis-suq fil-Komunità qabel it-18 ta' April 2004. (6) Dawn ir-regoli għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol ta' l-operaturi, fil-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijet u fil-preparazzjoni tan-notifiki ta' prodotti eżistenti, u ta' l-Awtorità fil-valutazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet u l-verifika tat-tali notifiki. (7) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jinkludi ikel li jikkonsisti fi, li jkollu fih jew hu prodott minn organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs) bħal pjanti u mikro-organiżmi ġenetikament modifikati. Għalhekk, fl-interess tal-konsistenza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament preżenti għandu jkopri wkoll l-ikel eżistenti li jikkonsisti fi, li jkollu fih jew hu prodott minn pjanti u mikro-organiżmi ġenetikament modifikati. (8) Il-kamp ta' applikazzoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jkopri għalf, inkluż addittivi ta' l-għalf kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 rigward l-addittivi f'oġġetti ta' l-għalf [2] li jikkonsisti fi, li jkollu fuh jew hu prodott minn GMOs bħal pjanti u mikro-organiżmi ġenetikament modifikati. Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll għalf eżistenti, inkluż addittivi ta' l-għalf li jikkonsistu fi, li jkollhom fihom jew huma prodotti minn pjanti u mikro-organiżmi ġenetikament modifikati. (9) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jkoprix għajnuniet fl-ipproċessar, inkluż enzimi użati bħala għajnuniet fl-ipproċessar. Għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bl-istess mod m'għandux ikopri l-għajnuniet fl-ipproċessar eżistenti. (10) Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdi li r-regoli dettaljati li għandhom jiġu addottati għall-implimentazzjoni tal-miżuri transitorji dwar il-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikat li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli. Fl-interess tal-konsistentenza tal-leġislazzjoni tal-Komunità dawk ir-regoli għandhom b'mod partikolari jikkjarifikaw liema materjal ġenetikament modifikat hu kopert minn dawn il-miżuri transitorji u kif il-limitu ta' 0.5 % għandu jiġi applikat. (11) Hu neċessarju għal dan ir-Regolament li japplika bħala kwistjoni ta' urġenza kif Regolament (KE) Nru 1829/2003 japplika mit-18 ta' April 2004. (12) Il-miżuri li hemm previsti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni Artikolu 1 Dan il-kapitolu jipprovdi regoli dettaljati rigward applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni sottomessi skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, inkluż applikazzjonijiet sottomessi taħt leġislazzjoni oħra tal-Komunità li huma trasformati jew supplimentati skond l-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament. TAQSIMA 1 Ħtiġiet għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati Artikolu 2 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(3) u (5) u l-Artikolu 17(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u filwaqt li titqies il-gwida ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) prevista fl-Artikoli 5(8) u 17(8) ta' dak ir-Regolament, applikazzjonijet għall-awtorizzazzjoni sottomessi skond l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjonijiet) għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u mal-Artikoli 3 u 4 ta dan ir-Regolament. 2. Fil-provvista ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5(3)(b) u l-Artikolu 17(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni għandha tiddentifika b'mod ċar il-prodotti koperti minnha skond l-Artikoli 3(1) u 15(1) ta' dak ir-Regolament. Fejn l-applikazzjoni hi limitata għall-użu ta' ikel jew għalf, għandu jkollha ġustifikazzjoni verifikabbli li tispjega għala l-awtorizzazzjoni m'għandiex tkopri iż-żewġ użi skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. 3. L-applikazzjoni għandha tiddikjara b'mod ċar liema partijiet ta' l-applikazzjoni huma kkunsidrati kunfidenzali, flimkien ma' ġustifikazzjoni verifikabbli b'mod konformi ma' l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Partijiet kunfidenzali għandhom jiġu sottomessi f'dokumenti separati. 4. L-applikazzjoni għandha tispeċifika, fil-provvista ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5(3)(ċ) u l-Artikolu 17(3)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, jekk l-informazzjoni inkluża fl-applikazzjoni tistax tiġi notifikata liċ-ċentru ta' skambju ta' informazzjoni dwar il-bijosigurtà taħt il-Protokoll ta' Cartagena fuq il-Biosigurtà għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika (il-Protokoll ta' Cartagena) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/628/KE [3]. Jekk l-applikazzjoni ma tiġix notfikata bħala, għandha tinkludi l-informazzjoni li tikkonforma ma' l-Anness II tal-Protokoll ta' Cartagena u li tista' tiġi notifikata liċ-ċentru ta' skambju ta' informazzjoni dwar il-bijosigurtà mill-Kummissjoni kif provdut fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 f'dokument separat u identifikat b'mod ċar. 5. Paragrafu 4 m'għandux japplika għall-applikazzjonijiet li jirigwardaw biss ikel u għalf prodott minn organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) jew li jkollhom ingredjenti prodotti minn GMOs. Artikolu 3 1. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej: (a) il-pjan ta' monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 5(5)(b) u fl-Artikolu 17(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/811/KE [4]; (b) fil-forniment ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5(5)(a) u l-Artikolu 17(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, proposta għall-ittikjar li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5]; (ċ) Fil-forniment ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5(5)(a) u l-Artikolu 17(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, proposta għal identifikatur uniku għall-GMO in kwistjoni, żviluppat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 [6]; (d) proposta għall-ittikkjar fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità, fejn proposta għal ittikkjar speċifiku hi meħtieġa skond l-Artikolu 5(3)(f) u l-Artikolu (g) u 17(3)(f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; (e) deskrizzjoni tal-metodu/i ta' sejbien, teħid ta' kampjuni u identifikazzjoni speċifika għall-ġrajjiet tal-ġrajja tat-trasformazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(3)(i) u l-Artikolu 17(3)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament; (f) proposta għall-monitoraġġ wara li mqiegħda fis-suq rigward l-użu ta' l-ikel għall-konsum mill-bniedem jew għalf għall-konsum mill-annimali, kif previst fl-Artikolu 5(3)(k) u l-Artikolu 17(3)(k) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u skond il-karatteristiċi tal-prodotti kkonċernati, jew ġustifikazzjoni verifikabbli għall-fatt li kontroll wara li mqiegħda fis-suq mhux meħtieġ. 2. Punti (a), (b) u (ċ) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-applikazzjonijiet li jirrigwardaw biss ikel u għalf prodott minn GMOs jew li jkollhom ingredjenti prodotti minn GMOs. Artikolu 4 1. Kampjuni ta' ikel u għalf u l-kampjuni ta' kontroll tagħhom li huma sottomessi b'mod konformi ma' l-Artikolu 5(3)(j) u l-Artikolu 17(3)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandhom ikunu skond il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għandha tkun akkompanjata bl-informazzjoni rigward il-post fejn il-materjal tar-referenza żviluppat b'mod konformi ma' l-Anness II jista' tinstab. 2. Is-sommarju li għandu jiġi provdut b'mod konformi ma' l-Artikolu 5(3)(l) u l-Artikolu 17(3)(l) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003: (a) għandu jiġi preżentat f'forma li jista' jinftiehem bla diffikultà u leġġibbli; (b) m'għandux ikollu partijiet li huma kkunsidrati kunfidenzali. TAQSIMA 2 Trasformazzjoni tat-talbiet u notifiki f'applikazzjonijiet b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 Artikolu 5 1. Fejn talba li ġiet sottomessa taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [7] hi trasformata f'applikazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond l-Artikolu 46(1) ta' dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn it-talba ġiet sottomessa għandha, bla telf ta' żmien, titlob lill-applikant biex jagħti inkartament komplet skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. 2. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha: (a) tirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-informazzjoni fornita mill-applikant b'mod konformi mal- paragrafu 1 fi żmien 14-il jum mid-data ta' meta tkun irċevuta. Ir-rikonoxximent għandu jiddikjara d-data ta' meta informazzjoni tkun irċevuta; (b) tinforma l-Awtorità bla telf ta' żmien; (ċ) tagħmel it-talba u l-informazzjoni fornuti mill-applikant b'mod konformi mal- paragrafu 1 għad-disposizzjoni ta' l-Awtorità; (d) fejn applikabbli, tagħmel disponibbli lill-Awtorità r-rapport ta' stima inizjali previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, kif ukoll kummenti jew oġġezzjonijet li setgħu kienu magħmula mill-Istati Membri jew mill-Kummisjoni taħt l-Artikolu 6(4) ta' dak ir-Regolament. 3. L-Awtorità għandha: (a) tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummisjoni bla telf ta' żmien li t-talba taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 ġiet ittrasformata f'applikazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u tqiegħed l-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornuti mill-applikant għad-disposizzjoni tagħhom; (b) tagħmel is-sommarju ta' l-inkartament msemmi fl-Artikolu 5(3)(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għad-disposizzjoni tal-pubbliku. 4. Id-data ta' meta l-applikazzjoni kienet irċevuta għall-iskop ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun id-data ta' meta l-informazzjoni msemmija f'punti (ċ) u (d) tat-2 paragrafu ta' dan l-Artikolu kienet irċevuta mill-Awtorità. 5. L-applikazzjoni trasformata għandha tkun ipproċessata aktar bħal kull applikazzjoni oħra taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Artikolu 6 1. Fejn notifika rigward prodott inkluż l-użu tiegħu bħala għalf sottomessa i taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/18/KE hi trasformat f'applikazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond l-Artikolu 46(3) ta' dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti nazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2001/18/KE, ta' l-Istat Membru ta' fejn in-notifika kienet sottomessa għandha titlob bla telf ta' żmien lil minn qed jinnotifka biex jissotometti inkartament komplet skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. 2. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha: (a) tirikkonoxxi l-irċevuta ta' l-informazzjoni fornuta minn dak li qed jinnotifika b'mod konformi mal-paragrafu 1 fi żmien 14-il jum mid-data ta' meta tirċeviha; ir-rikonoxximent għandu jiddikjara d-data ta' meta l-informazzjoni tkun riċevuta; (b) tinforma l-Awtorità bla telf ta' żmien; (ċ) tagħmel in-notifika u l-informazzjoni fornuti minn dak li jinnotifika b'mod konformi mal-paragrafu 1 għad-disposizzjoni ta' l-Awtorità; (d) fejn applikabbli, tqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-Awtorità r-rapport ta' stima previst fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/18/KE. 3. L-Awtorità għandha: (a) tinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummisjoni bla telf ta' żmien li n-notifika taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/18/KE ġiet trasformata f'applikazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u għandha tqiegħed l-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornuti minn dak li jinnotifika għad-disposizzjoni tagħhom; (b) tagħmel is-sommarju ta' l-inkartament imsemmi fl-Artikolu 17(3)(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għad-disposizzjoni tal-pubbliku. 4. Id-data ta' meta l-applikazzjoni tkun irċevuta għall-iskop ta' l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun id-data ta' meta l-informazzjoni msemmija f'punti (ċ) u (d) tat-2 paragrafu ta' dan l-Artikolu tkun irċevuta mill-Awtorità. 5. L-applikazzjoni trasformata għandha tkun ipproċessata aktar bħal kull applikazzjoni oħra taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Artikolu 7 1. Meta talba sotttomessa taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE [8], rigward prodotti li huma prodotti minn GMOs, hi trasformata f'applikazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond l-Artikolu 46(4) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-applikant biex bla telf ta' żmien jissottometti inkartament komplet skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-applikant għandu jibgħat inkartament komplet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha: (a) tirikkonoxxi li rċeviet l-informazzjoni fornuta mill-applikant skond il-paragrafu 1 fi żmien 14-il jum mid-data ta' meta tirċeviha; ir-rikonoxximent għandu jiddikjara d-data ta' meta - l-informazzjoni tkun irċevuta; (b) tinforma l-Awtorità bla telf ta' żmien; (ċ) tagħmel it-talba u l-informazzjoni fornuti mill-applikant b'mod konformi mal-paragrafu 1 għad-disposizzjoni ta' l-Awtorità; (d) fejn applikabbli, tqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-Awtorità l-inkartament previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 82/471/KEE. 3. L-Awtorità għandha tagħmel: (a) kull informazzjoni supplimentari fornuta mill-applikant disponibbli għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni; (b) is-sommarju ta' l-inkartament imsemmi fl-Artikolu 17(3)(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 disponibbli għall-pubbliku. 4. Id-data ta' meta l-applikazzjoni tkun irċevuta għall-iskop ta' l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandha tkun id-data ta' meta l-informazzjoni msemmija f'punti (ċ) u (d) tat-2 paragrafu ta' dan l-Artikolu tkun irċevuta mill-Awtorità. 5. L-applikazzjoni trasformata għandha tkun ipproċessata aktar bħal kull applikazzjoni oħra taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. TAQSIMA 3 Supplmentazzjoni tat-talbiet taħt id-Direttiva 70/524/KEE minn applikazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 Artikolu 8 1. Meta talba sottomessa taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE, rigward prodotti msemmija fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tkun supplimentata b'applikazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skond l-Artikolu 46(5) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri li qed jaġixxu bħala relaturi għandhom jitolbu lill-applikant biex bla telf ta' żmien jissottometti applikazzjoni separata għall-awtorizzazzjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. 2. L-applikazzjoni għandha tkun ipproċessata aktar bħal kull applikazzjoni oħra taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. KAPITOLU II Notifika ta' prodotti eżistenti Artikolu 9 kapitolu jipprovdi il-ħtiġiet rigward il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' notifiki ta' prodotti eżistenti sottomessi lill-Kummissjoni b'mod konformi ma' l-Artikoli 8 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u jappliki għal prodotti eżistenti koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament u mqiegħda fis-suq fil-Komunità qabel it-18 ta' April 2004. TAQSIMA 1 Il-ħtiġiet ġenerali għan-notifiki ta' ċertu prodotti mqiegħda fis-suq qabel it-18 ta' April 2004 Artikolu 10 1. In-notifiki sottomessi b'mod konformi ma' l-Artikoli 8(1) u 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandhom: (a) jiddentifikaw b'mod ċar li l-prodotti koperti min-notifika, filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 3(1) u 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; (b) jinkludu l-informazzjoni u l-istudji relevanti, inkluż, fejn disponibbli, studji indipendenti u reveduti minn awtoritajiet ta' l-istess importanza, li juru li l-prodott jikkonforma mal-ħtiġiet previsti fl-Artikoli 4(1) u 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; (ċ) jindika b'mod ċar liema partijiet tan-notifika huma kkunsidrati kunfidenzali, flimkien ma' ġustifikazzjoni verifikabbli, u dawk il-partijiet għandhom jiġu sottomessi f'dokumenti separati; (d) jinkludi metodu(i) ta' sejbien, teħid ta' kampjuni u identifikazzjoni tal-ġrajja tat-trasformazzjoni b'mod konformi ma' l-Anness 1 ta' dan ir-Regolament; (e) b'mod konformi ma' l-Artikoli 5(3)(j) u 17(3)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprovdu: (i) kampjuni ta' l-ikel u l-għalf u l-kampjuni ta' kontroll tagħhom skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament; (ii) informazzjoni rigward il-post fejn il-materjal ta' referenza, li għandu jkun żviluppat b'mod konformi ma' l-Anness II ta' dan ir-Regolament, jista' tinstab. 2. In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni qabel it-18 ta' Ottubru 2004. TAQSIMA 2 Ħtiġiet addizjonali għan-notifiki ta' ċertu prodotti mqiegħda fis-suq qabel it-18 ta' April 2004 Artikolu 11 1. Minbarra l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10, in-notifiki tal-GMOs li kienu mqiegħda fis-suq b'mod konformi ma' parti Ċ tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE [9] jew parti Ċ tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom jinkludu kopja tal-kunsens relevanti mogħti taħt dawk id-direttivi. 2. Id-data tal-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tad-Deċiżjoni li tagħti l-kunsens taħt id-Direttiva 90/220/KEE jew id-Direttiva 2001/18/KE għandha tiġi kkunsidrata li tkun id-data ta' meta l-prodott kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq, sakemm dak li jinnotifika ma jipprovvdix prova verifikabbli li kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq f'data aktar tard. Artikolu 12 1. Barra l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10, in-notifiki ta' ikel prodott minn GMOs li kien imqiegħed fis-suq skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jinkludi kopja ta' l-ittra tan-notifika oriġinali lill-Kummissjoni. 2. Id-data ta' l-ittra mill-Kummissjoni li tibgħat in-notifika oriġinali lill-Istati Membri għandha tkun ikkunsidrata li tkun id-data ta' meta il-prodott kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq, sakemm dak li jinnotifika ma jipprovvdix prova verifikabbli li kien mqiegħed l-ewwel darba fis-suq f'data aktar tard. Artikolu 13 1. Barra l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10, in-notifiki ta' ikel ġenetikament modifikat li kien imqiegħed fis-suq skond l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 għandhom jinkludu kopja ta' l-awtorizzazzjoni ta' dak l-ikel. 2. Id-data ta' meta l-awtorizzazzjoni tal-prodott daħlet fis-seħħ taħt Regolament Nru (KE) 258/97 għandha tkun ikkunsidrata li tkun id-data ta' meta kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq, sakemm dak li jinnotifika ma jipprovdix prova verifikabbli li l-prodott kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq f'data aktar tard. Artikolu 14 1. Barra l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10, in-notifiki ta' għalf prodott minn GMOs li kienu mqiegħda fis-suq b'mod konformi ma' l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 82/471/KEE għandhom jinkludu kopja ta' l-awtorizzazzjoni fil-livell tal-Komunità jew, fejn applikabbli, l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Istat Membru. 2. Id-data ta' meta l-awtorizzazzjoni tal-prodott daħlet fis-seħħ skond id-Direttiva 82/471/KEE għandha tkun ikkunsidrata li tkun id-data ta' meta kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq, sakemm dak li jinnotifika ma jipprovdix prova verifikabbli li l-prodott kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq f'data aktar tard. Artikolu 15 1. Barra l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10, in-notifiki ta' għalf li jkollu, li jikkonsisti fi jew li huwa prodott minn GMOs li kien awtorizzat b'mod konformi mad-Direttiva 70/524/KEE għandhom jinkludu: (a) l-identifikazzjoni ta' l-addittiv(i) ta' l-għalf li għandhom ikunu koperti minn numru jew numru KE, fejn applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 70/524/KEE; (b) kopja ta' l-awtorizzazzjoni. 2. Id-data ta' meta l-awtorizzazzjoni tal-prodott daħlet fis-seħħ taħt id-Direttiva 70/524/KEE għandha tkun ikkunsidrata li tkun id-data ta' meta kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq, sakemm dak li jinnotifika ma jipprovdix prova verifikabbli li l-prodott kien l-ewwel darba mqiegħed fis-suq f'data aktar tard. Artikolu 16 Barra l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10, in-notifiki ta' għalf prodott minn GMOs li kien legalment imqiegħed fis-suq fil-Komunità, li mhux kopert mill-Artikoli 11, 14 u 15, u li għalih il-GMO(s) kienu notifikati għall-awtorizzazzjoni għall-użu bħala għalf ta' l-annimali taħt parti Ċ tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom: (a) ikollhom referenza għan-notifika taħt valutazzjoni sottomessa skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/18/KE; (b) jinkludu dikjarazzjoni li l-prodott kien mqiegħed fis-suq qabel it-18 ta' April 2004. Artikolu 17 Barra l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10, in-notifiki ta' ikel u għalf prodotti minn GMOs li kienu legalment mqiegħda fis-suq fil-Komunità u li mhumiex koperti mill-Artikoli 11 sa 16 għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-prodott kien mqiegħed fis-suq qabel it-18 ta' April 2004. KAPITOLU III Miżuri transitorji dwar il-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' materjal ġenetikament modifikat li bbenifika minn valutazzjoni tar-riskju favorevoli Artikolu 18 1. Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummisjoni għandha, fit-18 ta' April 2004, tippubblika lista tal-materjal ġentikament modifikat li bbenifika minn opinjoni favorevoli mill-Kumitat(i) Xjentifiku(ċi) tal-Komunità jew mill-Awtorità qabel dik id-data u li għalihom applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ma kienitx miċħuda skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità. 2. Din il-lista għandha tiddistingwi bejn: (a) materjal li fir-rigward tiegħu il-Kummissjoni kienet infurmata, minn parti interessata, li metodu ta' sejbien huwa disponibbli pubblikament; indikazzjoni ta' fejn il-metodu ta' sejbien ġie magħmul disponnibbli għandu jkun inkluż; (b) materjal li fir-rigward tiegħu il-Kummissjoni ma tkunx għada ġiet infurmata li metodu ta' sejbien hu disponibbli pubblikament. Kull parti nteressata tista', f'kull ħin, tinforma lill-Kummissjoni li metodu ta' sejbien għal materjal imsemmi f'punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu hu disponibbli pubblikament, b'indikazzjoni ta' fejn il-metodu ta' sejbien hu disponibbli. 3. Il-lista msemmija fl-1 paragrafu għandha tkun miżmuma mill-Kummissjoni. Emendi għal-lista jistgħu jirriżultaw, b'mod partikolari, minn: (a) l-għotja ta' l-awtorizzazzjoni jew iċ-ċaħda ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' materjal inkluż fil-lista, skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità; (b) in-notifiki lill-Kummissjoni, skond l-Artikoli 8 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li l-materjal inkluż fil-lista kien legalment mqiegħed fis-suq fil-Komunità qabel it-18 ta' April 2004, jew l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' miżura skond l-Artikolu 8(6) jew 20(6) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; (ċ) l-informazzjoni riċevuta mill-Kummissjoni li metodu ta' sejbien fir-rigward ta' materjal inkluż fil-lista hu disponibbli pubblikament. L-informazzjoni dwar emendi għal-lista għandhom ikunu kompilati f-Anness għal-lista. Artikolu 19 1. Il-limitu ta' 0,5 % previst fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandu jgħodd għal materjal ġenetikament modifikat inkluz f'parti (a) tal-lista msemmija fl-Artikolu 18(2) ta' dan ir-Regolament. Fejn limitu iktar baxx kien stabbilit b'mod konformi ma' l-Artikolu 47(3) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, dan għandu jkun speċifikat f'dik il-lista. 2. Il-limiti previsti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandhom jgħoddu għal ingredjenti ta' ikel ikkunsidrati individwalment jew ikel li jikkonsisti f'ingredjent wieħed u għal għalf u kull għalf li hu kompost minnu. IL-KAPITOLU IV Disposizzjoni finali Artikolu 20 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mit-18 ta' April 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' April 2004. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] OJ L 268, 18.10.2003, p. 1. [2] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 (ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1). [3] ĠU L 201, tal-31.7.2002, p. 48. [4] ĠU L 280, tat-18.10.2002, p. 27. [5] ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1. [6] ĠU L 10, tas-16.1.2004, p. 5. [7] ĠU L 43, ta' l-14.2.1997, p. 1. [8] ĠU L 213, tal-21.7.1982, p. 8. [9] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15. -------------------------------------------------- ANNESS I METODU TA' KONVALIDAZZJONI 1. INTRODUZZJONI A. Għall-iskop biex ikunu implimentati l-Artikoli 5(3)(i) u 17(3)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, dan l-Anness jipprovdi disposizzjonijiet tekniċi dwar it-tip ta' informazzjoni fuq metodi ta' sejbien li għandhom ikunu provduti mill-applikant u li hemm bżonn biex jiġu verifikati il-kondizzjonijet minn qabel dwar għall-konvenjenza tal-metodu. Dan jinkludi informazzjoni dwar il-metodu u dwar l-metodu ta' l-ittestjar mwettaq mill-applikant. Id-dokumenti ta' gwida kollha msemmija f'dan l-Anness jew prodotti mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità (CRL) għandhom ikunu disponibbli mis-CRL. B. Il-kriterja ta' aċċettazzjoni tal-metodu u l-ħtiġiet ta' prestazzjoni tal-metodu ġew miġbura min-Network Ewropew tal-laboratorju GMO (ENGL) f'dokument msemmi "Definizzjoni tal-ħtiġiet minimi għall-prestazzjoni għall-metodi analitiċi ta' l-ittestjar tal-GMO", li għandu jkun magħmul disponibbli mis-CRL. "Il-kriterji ta' aċċettazzjoni tal-metodu" huma kriterji, li għandhom ikunu sodisfatti qabel il-bidu ta' konvaidazzjoni ta' kwalunkwe metodu mis-CRL. Il-"ħtiġiet ta' prestazzjoni tal-metodu" jistabbilixxu il-kriterji minimi tal-prestazzjoni li l-metodu għandu juri fit-tmiem ta' studju ta' konvaidazzjoni mwettaq mis-CRL skond disposizzjonijiet internazzjonali tekniċi aċċettati u dan sabiex jiġi ċertifikat li l-metodu konvalidat huwa tajjeb għall-iskop ta' l-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Ċ. CRL, stabbilit taħt Regolament (KE) Nru 1829/2003 u megħjun mill-ENGL, jivvaluta l-informazzjoni provduta għall-kompletezza u l-konvenjeza tagħha għall-iskop. Hawn, il-kriterji għall-aċċettazzjoni tal-metodu irrakkomandati mill-ENGL, li huma deskritt taħt 1(B), jiġi meqjusa. D. Jekk l-informazzjoni provduta dwar il-metodu hi kkunsidrata adegwata u tissodisfa il-kriterji għall-aċċetazzjoni tal-metodu, CRL tibda proċess ta' konvalidazzjoni għall-metodu. E. il-proċess ta' konvalidazzjoni jiġi mwettaq mis-CRL skond disposizzjonijet tekniċi aċċetati internazzjonalment. F. CRL, flimkien ma' l-ENGL, għandha tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-proċeduri ta' l-operazzjoni tal-proċess ta' konvalidazzjoni u għandha tagħmel id-dokumenti disponibbli. G. CRL, megħjuna mill-ENGL, għandha tivvaluta r-riżulatati miksuba mill-istudju ta' konvalidazzjoni rigward il-konvenjenza għall-għan. Hawn, il-ħtiġiet għall-prestazzjoni tal-metodu kif deskritti taħt 1(B) għandhom jiġu meqjusa. 2. INFORMAZZJONI DWAR IL-METODU A. Il-metodu għandu jirreferi għall-passi metodoloġiċi kollha li hemm bżonn sabiex jiġi analizzat il-materjal relevanti b'mod konformi ma' l-Artikoli 5(3)(i) u 17(3)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Għal materjal partikolari dan għandu jinkludi l-metodi dwar l-estrazzjoni ta' DNA u l-kwantifikazzjoni ta' wara f'sistema ta' polymerase chain reaction (PCR). F'dan il-każ, il-proċess sħiħ mill-estrazzjoni sat-teknika tal-PCR (jew ekwivalenti) jikkostitwixxi metodu. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-metodu kollu. B. Kif deskritt fid-dokument imsemmi taħt 1(B), ENGL jirrikonoxxi il-modularità tal-metodu. Skond dan il-prinċipju, l-applikant jista' jirreferi għall-metodi eżistenti għal ċertu modulu/i, jekk disponibbli u xierqa. Dan jista' jkun, per eżempju, metodu ta' estrazzjoni ta' DNA minn ċertu matriċi. F'dan il-każ, l-applikant għandu jipprovdi data sperimentali minn konvalidazzjoni in-house fejn il-modulu tal-metodu kien applikat b'suċċess fil-kuntest ta' l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Ċ. L-applikant għandu juri li l-metodu jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin. 1. Il-metodu għandu jkun speċifiku għall-ġrajja u għalhekk għandu ikun biss funzjonali mal-GMO jew prodott ibbażżat fuq GM ikkunsidrat u m'għandux ikun funzjonali jekk applikat għal ġrajjiet oħra diġà awtorizzati; inkella l-metodu ma jistax ikun applikat għall-sejbien/identifikazzjoni/kwantifikazzjoni mhux ekwivoka. Dan għandu jintwera b'selezzjoni ta' ġrajjiet awtorizzati mhux fil-mira trasġeniċi u kontropartijiet konvenzjonali, fil-każ ta' pjanti GM. Dan l-ittestjar għandu jinkludi ġrajjiet li għandhom x'jaqsmu, fejn relevanti, u każijiet fejn il-limiti tas-sejbien huma verament ittestjati. Il-prinċipju bl-istess speċifità għandu jkun applikat għall-prodotti li jikkonsistu fi jew ikollhom GMOs barra l-pjanti. 2. Il-metodu għandu jkun applikabbli għall-kampjuni ta' ikel u għalf, għall-kampjuni ta' kontroll u għall-materjal ta' referenza, li hu msemmi fl-Artikoli 5(3)(j) u 17(3)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. 3. Il-metodu għandu jkun żviluppat filwaqt li jitqiesu id-dokumenti li ġejjin kif xieraq: - Ħtiġiet ġenerali u definizzjonijiet: abbozz standard Ewropew prEN ISO 24276:2002, - estrazzjoni ta' aċidu nuklejku prEN ISO 21571:2002, - Metodi kwantitattivi fuq il-bażi ta' aċidu nuklejku: abbozz standard Ewropew prEN ISO 21570:2002, - Metodi fuq il-bażi ta' proteina: addottat standard Ewropew EN ISO 21572:2002, - Metodi kwalitattivi fuq il-bażi ta' aċidu nuklejku: abbozz standard Ewropew prEN ISO 21569:2002. D. Għall-iskop biex ikunu implimentati l-Artikoli 5(3)(i) u 17(3)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikant għandu jipprovdi: (a) fil-każ ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tkopri GMO, prodotti li jikkonsistu fi jew ikollhom fihom GMO jew prodotti li huma prodotti minn GMO, il-metodu speċifiku għall-ġrajja kwantitattiv ta' sejbien tal-materjal GM; (b) minbarra dan, fil-każ ta' l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tkopri prodotti li huma prodotti minn GMO fejn il-materjal ġenetikament modifikat jista' jiġi misjub, il-metodu speċifiku għall-ġrajja kwantitattiv ta' sejbien fl-ikel u l-għalf prodotti minn GMO. E. L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni kompleta u dettaljata tal-metodu. Il-punti li ġejjin għandhom ikunu indirizzati b'mod ċar. 1. Il-bażi xjentifka: Deskrizzjoni tal-prinċipji ta' kif il-metodu jaħdem, bħal DNA fuq bażi molekulari bioloġiku (eż. għaż-żmien reali tal-PCR) informazzjoni għandha tkun provduta. Hu rakkomandat li jiġu provduti referenzi għall-pubblikazzjonijiet relevanti xjentifiċi. 2. L-iskop tal-metodu: Indikazzjoni tal-matriċi (eż. ikel ipproċessat, materja prima), it-tipi ta' kampjuni u l-marġni ta' perċentwali li għalihom il-metodu jista' jiġi applikat. 3. Karatteristiċi operazzjonali tal-metodu: L-apparat meħtieġ għall-applikazzjoni tal-metodu għandu jkun msemmi b'mod ċar, rigward l-analiżi per se u l-preparazzjoni tal-kampjun. Aktar informazzjoni dwar kull aspett speċifiku kruċjali għall-applikazzjoni tal-metodu għandu jkun msemmi hawn. 4. Protokoll: L-applikant għandu jipprovdi l-aħjar protokoll komplet tal-metodu. Il-protokoll għandu jippreżenta id-dettalji kollha kif meħtieġa biex jiġi trasferit u applikat il-metodu independentament minn laboratorji oħra. Hu rakkomandat li jintuża il-mudell tal-protokoll, li jista' jkun miksub mis-CRL. Il-protokoll għandu jinkludi dettalji ta': - analyte għall-ittestjar, - kondizzjonijiet, istruzzjonijiet u regoli tax-xogħol, - il-materjal kollu meħtieġ, inkluż stima ta' l-ammonti u istruzzjonijiet għall-ħażna u l-imaniġġjar, - l-apparat kollu meħtieġ, inkluż mhux biss l-apparat ewlieni bħas-sistema PCR jew magna ċentrifuga imma wkoll oġġetti żgħar bħal mikropipetti u tubi ta' reazzjoni b'indikazzjoni tad-daqs approprijat eċċ., - il-passi kollha tal-protokoll operattiv, deskritti b'mod ċar, - istruzzjonijiet għar-rekordjar tad-data (eż. is-settings tal-programm jew l-parametri li għandhom jiġu inklużi). 5. Il-mudell ta' tbassir (jew bħalu) meħtieġ biex jinterpreta r-riżultati u biex jagħmel inferenzi għandu jkun deskritt bid-dettalji kollha. Istruzzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-mudell għandhom ikunu provduti. 3. INFORMAZZJONI DWAR IL-METODU TA' TESTJAR MWETTAQ MILL-APPLIKANT A. L-applikant għandu jipprovdi d-data disponibbli u relevanti kollha dwar l-aħjar użu tal-metodu u l-ittestjar li saru. Dawn id-data u riżultati għandhom ikunu preżentati, fejn possibli u approprjat, billi jintużaw il-parametri tal-prestazzjoni rrakkomandati mill-ENGL kif imsemmi taħt 1(B). Sommarju ta' l-ittestjar imwettaq u r-riżultati ewlenin kif ukoll id-data kollha inkluż dawk r-riżultati li jvarjaw ħafna minn oħrajn fl-istess kampjun għandhom ikunu provduti. CRL, flimkien ma' l-ENGL, għandhom ikomplu jipprovdu aktar disposizzjonijiet tekniċi dwar il-formats approprjati għal dawn id-data. B. L-informazzjoni provduta għandha turi r-robustezza tal-metodu għat-trasferibbilità bejn -laboratorji. Dan ifisser li l-metodu kellu jkun ittestjat mill-anqas minn laboratorju wieħed li hu independenti mil-laboratorju li żviluppa l-metodu. Din hija pre-kondizzjoni importanti għas-suċċess ta' tisħiħ tal-metodu. Ċ. Informazzjoni meħtieġa dwar l-iżvilupp tal-metodu u l-aqwa użu tal-metodu: 1. pari primer ittestjati (fil-każ ta' test fuq bażi ta' PCR): ġustifikazzjoni għandha tingħata ta' kif u għala l-par primer propost kien magħżul; 2. testjar ta' l-istabbilità: riżultati sperimentali mill-ittestjar tal-metodu b'varjetajiet differenti għandhom ikunu provduti; 3. speċifità: l-applikant għandu jissottometti s-sekwenza kompleta tad-dħul, flimkien ma' pari bażiċi tas-sekwenzi prinċipali meħtieġa biex jistabbilixxu metodu speċifiku għall-ġrajja ta' sejbien. CRL għandu jdaħħal dawn id-data f'database molekulari. Billi tagħmel tfittxijiet ta' omoloġija, CRL għalhekk tkun f'pożizzjoni li tagħmel stima l-ispeċifità tal-metodu propost. D. Rapport ta' l-ittestjar. Minbarra l-valuri miksuba dwar l-indiċi tal-prestazzjoni, l-informazzjoni li ġejja rigward l-ittestjar għandha tkun provduta, kif xieraq: - il-laboratorji parteċipanti, il-ħin ta' l-analiżi u dettal fil-qosor tad-disinn sperimentali, inkluż id-dettalji dwar in-numru ta' provi, kampjun, repliki eċċ., - deskrizzjoni tal-kampjuni tal-laboratorju (eż. daqs, kwalità, data tat-teħid ta' kampjuni), kontrolli posittivi u negattivi kif ukoll materjal ta' referenza, plasmids u simili użati, - deskrizzjoni tal-metodi li kienu użati biex janalizzaw ir-riżultati tat-test u r-riżultati li jvarjaw ħafna fl-istess kampjuni, - kwalunkwe punti partikolari osservati matul l-ittestjar, - referenzi għall-literatura relevanti jew disposizzjonijiet tekniċi użati fl-ittestjar. 4. KAMPJUNI TA' IKEL U GĦALF U L-KAMPJUNI TA' KONTROLL TAGĦHOM Biex jiġu implimentati l-Artikoli 5(3)(j) u 17(3)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikant għandu, flimkien ma' l-informazzjoni speċifikata taħt is-sezzjonijiet 1, 2 u 3 ta' dan l-Anness, ukoll jipprovdi kampjuni ta' l-ikel u l-għalf u l-kampjuni ta' kontroll tagħhom tat-tip u ammont speċifikat mis-CRL għall-applikazzjoni speċfika għall-awtorizzazzjoni. -------------------------------------------------- ANNESS II MATERJAL TA' REFERENZA Il-materjal ta' referenza kif imsemmi fl-Artikoli 5(3)(j) u 17(3)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandu jkun prodott b'mod konformi ma' disposizzjonijiet tekniċi aċċettati internazzjonalment bħal Gwidi ISO 30 sa 34 (u aktar partikolarment Gwida ISO 34, li tispeċifika il-ħtiġiet ġenerali għall-kompetenza ta' produtturi materjali ta' referenza). Il-materjal ta' referenza għandu jkun ċertifikat preferibbilment u, jekk hu l-każ, iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun magħmula skond Gwida ISO 35. Għall-verifikazzjoni u stima tal-valur, metodu li kien iġġustfikat sew (ara ISO/IEC 17025:5.4.5) għandu jkun użat. Inċertezza għandha tkun stimata skond GUM (Gwida ISO għall-Espressjoni ta' l-Inċertezza fil-Miżura: GUM). Karatteristiċi ewlenin ta' dawn id-disposizzjonijiet tekniċi aċċettati internazzjonalment huma mogħtija hawn taħt. A. Terminoloġija: Materjal ta' referenza (RM): materjal jew sustanza, wieħed jew aktar ta' liema l-valur propjetarju hu omoġenju suffiċjenti u stabbilit sew biex ikun użat għall-kalibrar ta' l-apparat, l-istima tal-metodu ta' miżura, jew għall-assenja tal-valuri tal-materjali; Materjal ta' referenza ċertifikat (CRM): materjal ta' referenza, akkompanjat minn ċertifikat. wieħed jew aktar ta' liema l-valuri propjetarji huma ċertifikati bi proċedura li tistabbilixxi it-traċċabilità għar-realizazzjoni preċiża ta' l-unità li fiha l-valuri propjetarji huma espressivi, u li għalihom kull valur ċertifikat hu akkompanjat b'inċertezza f'livell ta' kunfidenza iddikjarat. B. GM RM reċipjenti: - GM RM reċipjent (fliexken, kunjetti, ampolli,eċċ) iridu jkunu iebsin u jkollhom mhux inqas minn l-ammont ta' materjal iddikjarat, - kampjuni għandu jkollhom omoġeneità u stabbilità approprijata, - Il-kondizzjoni li tista' tinbidel jew titpartat tal-GM RM għandha tkun assigurata, - l-ippakkjar għandu jkun kif xieraq skond il-għan, - it-tikkettjar għandu jkun ta' aspett u kwalità tajba. C. L-ittestjar tal-omoġeneità: l-omoġeneità bejn-flixkun għandha tkun eżaminata; kull eteroġeneità bejn-flixkun possibli għandha tkun ikkunsidrata fl-istima ġenerali ta' l-inċertezza RM. Din il-ħtieġa tapplika anki meta l-ebda varjazzjoni statistikament sinifikanti bejn-flixkun hi preżenti. F'dan il-każ, id-divarju tal-metodu jew id-divarju attwali kkalkulat bejn-flixkun (liema hu l-ikbar) għandu jkun inkluż fl-inċertezza ġenerali. D. L-ittestjar ta' l-istabbilità: L-istabbilità għandha tkun murija posittivament b'estrapolazzjoni appoprjata ta' l-istatistika dwar GM RM shelf-life li tkun f'inċertezza dikjarata l-inċertezza relatata mad-demostrazzjoni hi normalment parti mill-istima ta' l-inċertezza RM; il-valuri assenjati huma validi biss għal perjodu limitat u bla ħsara għall-kontroll stabbli. E. Karatterizzazzjoni tal-lott: il-metodi użati għall-verifikazzjoni u għaċ-ċertifikazzjoni għandhom: - ikunu applikati taħt kondizzjonijiet validi metroloġiċi, - kienu msaħħa sew teknikament qabel l-użu, - għandhom preċiżjoni u eżatezza kompatibbli mal-mira ta' l-inċertezza; kull set ta' miżuri għandu: - ikun ittraċċat mar-referenzi dikjarati, u - ikun akkompanjat b'prospett ta' l-inċertezza fejn possibli; il-laboratorji li jipparteċipaw għandhom: - ikollhom il-kompetenza meħtieġa għall-esekuzzjoni tal-kompitu, - ikunu jistgħu jilħqu traċċabbilità mar-referenzi meħtieġa dikjarati, - ikunu jistgħu jagħmlu stima tal-miżura ta' l-inċertezza tagħha, - ikollhom fis-seħħ sistema ta' assigurazzjoni suffiċjenti u ta' kwalità approprjata. F. Ħażna finali: - biex jiġi evitat degradazzjoni posterjuri, l-kampjuni kollha huma l-aħjar mħażna taħt kondizzjonijiet maħtura għall-ħażna finali tal-GM RM qabel il-miżuri huma mibdija, - inkella, għandhom ikunu trasportati minn bieb sa bieb waqt li miżmuma l-ħin kollu taħt dawn il-kondizzjonijiet tal-ħażna li għalihom ntwera li m'hemmx influwenzi fuq il-valuri assenjati. G. L-istabbiliment taċ-ċertifikat dwar CRMs: - ċertifikat msieħeb b'rapport ta' ċertifikazzjoni għandu jkun stabbilit, li jkollu l-informazzjoni relevanti u meħtieġa mill-utent. Iċ-ċertifikat u r-rapport għandhom ikunu mqiegħda għad-disposizzjoni meta l-GM CRM hi distribwita, - l-valuri ċertifikati għandhom ikunu traċċati għar-referenzi dikjarati u akkompanjati bi prospett mkabbar ta' l-inċertezza validu għax-shelf-life tal-GM CRM. --------------------------------------------------