EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0053

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 53/2004 tat-12 ta' Jannar 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta' referenza tal-Komunità għal ċertu Prodotti Agrikoli li joriġinaw mill-Eġittu

ĠU L 7, 13.1.2004, p. 24–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/53/oj

32004R0053



Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0024 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 53/2004

tat-12 ta' Jannar 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi u l-kwantitajiet ta' referenza tal-Komunità għal ċertu Prodotti Agrikoli li joriġinaw mill-Eġittu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jagħti informazzjoni dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi u tal-kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenza skond il-ftehim ma' xi pajjiżi tal-Mediterran u t-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1) Sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għar-ratifika u sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim Ewro-Mediterranju tal-25 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, fid-19 ta' Dicembru 2003 ġie konkluż ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-proviżjonijiet tal-Kummerċ u proviżjonijiet relatati mal-kummerċ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-ftehim proviżorju". Il-ftehim proviżorju jibda jseħħ mill-1 ta' Jannar 2004.

(2) Il-Ftehim proviżorju jieħu post id-dispożizzjonijiet relevanti fil-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu ffirmat fit-18 ta' Jannar 1977 [2] u fil-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta' l-Azzar u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu iffirmat fi Brussel fit-18 ta' Jannar 1977 [3].

(3) Fil-Ftehim proviżorju dwar l-importazzjoni lejn il-Komunità ta' xi prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Eġittu, il-konċessjonijiet tat-tariffi ġew mogħtija b'rata zero fid-dazju tad-dwana fil-parametri tal-kwoti tat-tariffi.

(4) Għal ċerti prodotti agrikoli li għalihom il-konċesjonijiet tat-tariffi taħt il-Ftehim ta' Koperazzjoni ġew applikati bi kwantitajiet referenzali, il-Ftehim proviżorju jipprovdi għall-eżenzjoni tad-dazji doganali fil-kwoti tat-tariffi jew għall-eżenzjoni tad-dazji doganali għal kwantitajiet bla limitu.

(5) Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tariffi previsti fil-Ftehim proviżorju, huwa neċessarju li jinbidel l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 747/2001 li għandu x'jaqsam mal-kwoti tat-tariffi u mal-kwantittajiet referenzali għal prodotti li joriġinaw mill-Eġittu.

(6) Skond il-Ftehim proviżorju l-kwantitajiet tal-kwoti tat-tariffi għandhom jiżdiedu bi 3 % fis-sena fuq il-kwantità tas-sena ta' qabel, mit-tieni sena wara l-applikazzjoni. Il-kwantitajiet għall-kwoti tat-tariffi għal prodotti oħra għandhom jiġu ffissati speċifikament għall-ewwel tlett snin ta' l-applikazzjoni u għas-snin ta' wara.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu jiġi emendat kif hemm bżonn.

(8) Sabiex jiġu kkalkulati il-kwoti tat-tariffi għall-ewwel sena ta' l-applikazzjoni, il-kwantitajiet tal-kwoti tat-tariffi li għalihom il-perjodu tal-kwota jibda qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim proviżorju, għandu jitnaqqas proporzjonalment skond dik il-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel id-data, dejjem skond il-Ftehim proviżorju.

(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu jinbidel u minfloku jidħol l-Anness li hawn ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għall-ewwel sena ta' l-applikazzjoni, il-kwantitajiet tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità li għandhom in-numri ta' l-ordni 09.1704, 09.1706, 09.1707, 09.1711, 09.1713, 09.1714, 09.1717, 09.1721 u 09.1725, li l-perjodu tal-kwota jibda qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim proviżorju, għandhom jitnaqqsu bi proporzjon relattiv għall-parti tal-perjodu li jkun għadda qabel id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 37/2004 (ĠU L 6, ta' l-10.1.2004, p. 3).

[2] ĠU L 266, 27.09.1978, p. 2.

[3] ĠU L 316, 12.12.1979, p. 2.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS IV

L-EĠITTU

Minkejja ir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat biex jiġu deskritti l-prodotti għandu jiġi kkunsidrat li għandu biss valur indikattiv, u l-iskema preferenzali tkun determinati, fil-kuntest ta' l-anness, bil-kodiċi NM kif ikunu dakinhar ta' l-addozzjoni tar-regolament kurrenti. Fejn il-kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzali għandha tiġi ddeterminata billi jiġi applikat il-kodiċi NM kif ukoll id-deskrizzjoni korrispondenti, meħuda flimkien.

Il-Kwoti tat-Tariffi

Nru tal-Ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-Oġġetti | Perjodu tal-Kwota | Volum tal-Kwota | Dazju tal-Kwota |

09.1700 | 0601 | Basal, tuberi, għeruq tat-tuberi, corms, kuruni u rhizomes, reqdin, qed jikbru jew jiffjorixxu; pjanti taċ-ċikwejra u għeruq minbarra l-għeruq tal-intestatura 1212 | Mill-1.1 sal-31.12 | 500 | Eżenzjoni |

09.1702 | 0602 | Pjanti ħajjin oħrajn (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet maqtugħin u slips; spawn tal-faqqiegħ | Mill-1.1 sal-31.12 | 2000 | Eżenzjoni |

09.1704 | 060310 | Fjuri friski maqtugħin u basal tal-fjuri ta' xorta adattati għall-bukketti jew għal għanijet ornamenali | Mill-1.1 sal- 15.4.2004 | 1615,385 | Eżenzjoni |

U f'kull perjodu ieħor wara mill-1.1. sal-15.4 | 3000 |

| | Li minnhom: | | Li minnhom: | |

09.1706 | 06031080 | Fjuri friski oħrajn maqtugħin u basal tal-fjuri ta' xorta adattati għall-bukketti jew għal għanijet ornamenali | Mill-1.1 sal- 15.4.2004 | 538,462 | Eżenzjoni |

U f'kull perjodu ieħor wara mill-1.1. sal-15.4 | 1000 |

09.1708 | 06049990 | Folji, zkuk u partijiet oħra tal-pjanti, bla fjuri jew basal tal-fjuri, u ħxejjex, ikkuluriti, ibbliċjati, mimlijin bil-melħ jew preparati xorta oħra | Mill-1.1 sal-31.12 | 500 | Eżenzjoni |

09.1705 | ex07019050 | Patata ġdida, friska jew imkessħa | Mill-1.1 sal- 31.3.2004 | 130000 | Eżenzjoni |

Mill-1.1 sal- 31.3.2005 | 190000 |

Mill-1.1 sal- 31.3.2006 u mill-1.1 sal-31.3 tas-snin ta' wara | 250000 |

09.1710 | 070310 | Basal u shallots, friski jew imkessħin | Mill-1.2 sal-15.6 | 15000 | Eżenzjoni |

09.1712 | 07032000 | Tewm, frisk jew imkessaħ | Mill-1.2 sal-15.6 | 3000 | Eżenzjoni |

09.1713 | 0704 | Kaboċċi, pastard, ġidra, kaboċċi żgħira, u brassicas simili li jittieklu, friski jew imkessħin | Mill-1.1 sal- 15.4.2004 | 954,545 | Eżenzjoni |

Għall-kull perjodu wara dak mill-1.11 sal-15.4 | 1500 |

09.1714 | 07051100 | Ħass ikkabboċċjat (head lettuce), frisk jew imkessaħ | Mill-1.1 sal- 31.3.2004 | 300 | Eżenzjoni |

Għall-kull perjodu wara dak mill-1.11 sal-31.3 | 500 |

09.1715 | 07061000 | Karrotti u turnips, friski jew imkessħin | Mill-1.1 sat-30.4 | 500 | Eżenzjoni |

09.1716 | 070700 | Ħjar u ħjar żgħar, friski jew imkessħin | Mill-1.1 sat-28/29.2 | 500 | Eżenzjoni |

09.1717 | 0708 | Ħxejjex leguminużi, bil-qoxra jew le, friski jew imkessħin | Mill-1.1 sal- 30.4.2004 | 10000 | Eżenzjoni |

Mill- 1.11.2004 sat- 30.4.2005 | 17500 |

Mill- 1.11.2005 sat- 30.4.2006 u għal kull perjodu ta' wara dak mill-1.11 sat-30.4 | 20000 |

09.1718 | ex0710ex0711 | Ħxejjex iffriżati jew proviżorjament ippriservati, barra qamħirrun ħelu tas-subintestaturi 07104000 u 07119030 u barra l-faqqiegħ tal-genus Agaricus tas-subintestaturi 07108061 u 07115100 | Mill-1.1 sal- 31.12.2004 | 1000 | Eżenzjoni |

Mill- 1.1.2004 sal- 31.12.2005 | 2000 |

Mill- 1.1.2005 sal- 31.12.2006 u għas-snin sussegwenti | 3000 |

09.1719 | 0712 | Ħxejjex imnixxfin, sħaħ, imqattgħin, slajsjati, miksurin jew fi trab, imam mhux preparati aktar | Mill-1.1 sal-31.12 | 16000 | Eżenzjoni |

09.1720 | 071420 | Patata ħelwa, friska, imkessħa, iffriżata jew imnixxfa, kemm jekk slajsjata jew f'forma ta' pellets u kemm jekk le | Mill-1.1 sal-31.12 | 3000 | Eżenzjoni |

09.1707 | 080510 | Larinġ, frisk jew imnixxef | Mill-1.1 sat- 30.6.2004 | 25000 | Eżenzjoni |

Mill- 1.7.2004 sat- 30.6.2005 | 55000 |

Mill- 1.7.2005 sat- 30.6.2006 u u għal kull perjodu ta' wara dak mill-1.7 sat-30.6 | 60000 |

| | Li minnhom | | Li minnhom | |

09.1711 | 080510100805103008051050 | Larinġ ħelu, frisk | Mill-1.1 sal- 31.5.2004 | 25000 | Eżenzjoni |

għal kull perjodu ta' wara dak mill-1.12 sal-31.5 | 34000 |

09.1721 | 08071900 | Bettiegħ ieħor, frisk | Mill-1.1 sal- 31.5.2004 | 666,667 | Eżenzjoni |

għal kull perjodu ta' wara dak mill-15.10 sal-31.5 | 1000 |

09.1722 | 080820 | Lanġas u sfrejġel, friski | Mill-1.1 sal-31.12 | 500 | Eżenzjoni |

09.1723 | 080930 | Ħawħ, inklużi nettarini, friski | Mill-15.3 sal-31.5 | 500 | Eżenzjoni |

09.1724 | 080940 | Għajnbaqar u pruna, friski | Mill-15.4 sal-31.5 | 500 | Eżenzjoni |

09.1725 | 08101000 | Frawli, friski | Mill-1.1 sal- 31.3.2004 | 250 | Eżenzjoni |

Mill- 1.10.2004 sal- 31.3.2005 | 1000 |

Mill- 1.10.2005 sal- 31.3.2006 u għal kull perjodu ta' wara dak mill-1.10 sal-31.3 | 1500 |

09.1726 | 08110812 | Frott u ġewż, mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew f'ilma jagħli, iffriżati, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħmel ħelu, u kemm jekk le, jew proviżorjament ippriservati, imam li mhux tajbin f'dak l-istat għall-konsum immedjat | Mill-1.1 sal- 31.12.2004 | 1000 | Eżenzjoni |

Mill-1.1 sal- 31.12.2005 | 2000 |

Mill-1.1 sal- 31.12.2006 u għas-snin sussegwenti | 3000 |

09.1727 | 15155011 | Żejt tas-sesamu, krud, għal-użu tekniku jew industrijali, minbarra għal manifattura ta' affarijiet ta' l-ikel għall-konsum uman | Mill-1.1 sal-31.12 | 1000 | Eżenzjoni |

09.1728 | 151590 | Xaħmijiet u żjut tal-ħxejjex oħra fissi u l-biċċiet tagħhom, kemm jekk irfinat jew le, imam mhux kimikament modifikat, barra minn żerriegħa tal-kittien, qamħirrun, riġnu, tung u żejt tas-sesamu jew biċċiet minnhom | Mill-1.1 sal-31.12 | 500 | Eżenzjoni |

09.1729 | 1703 | Ġulepp magħqud li ġej mill-estratt jew l-irfinar taz-zokkor | Mill-1.1 sal-31.12 | 350000 | Eżenzjoni |

09.1730 | 2007 | Ġammijiet, jellies tal-frott, marmellati, puree jew pejst tal-frott jew ġewż, ġejjin mit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħmel ħelu, u kemm jekk le | Mill-1.1 sal-31.12 | 1000 | Eżenzjoni |

09.1771 | 200811 | Ġewż, preparti jew priservati xort' oħra, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħmel ħelu, u kemm jekk le, mhux speċifikati jew inklużi band' oħra | Mill-1.1 sal-31.12 | 3000 | Eżenzjoni |

09.1772 | 2009 | Juices tal-frott (inkluż tal-mast tal-għeneb) u juices tal-ħxejjex, mhux iffermentati u ma fihomx spirtu miżjud, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor li jagħmel ħelu, u kemm jekk le | Mill-1.1 sal-31.12 | 1000 | Eżenzjoni |

"

--------------------------------------------------

Top