Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0387

    Id-Deċiżjoni 2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet publiċi, negozji u ċittadini (IDABC)

    ĠU L 144, 30.4.2004, p. 64–73 (SV)
    ĠU L 144, 30.4.2004, p. 68–77 (ES, IT)
    ĠU L 144, 30.4.2004, p. 69–79 (EL)
    ĠU L 144, 30.4.2004, p. 65–74 (DA, FR, FI)
    ĠU L 144, 30.4.2004, p. 67–76 (DE, PT)
    ĠU L 144, 30.4.2004, p. 69–78 (NL)
    ĠU L 144, 30.4.2004, p. 62–71 (EN)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/387/oj

    Related international agreement

    32004D0387



    Official Journal L 144 , 30/04/2004 P. 0065 - 0066


    Id-Deċiżjoni 2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tal-21 ta' April 2004

    dwar it-twassil interoperabbli ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet publiċi, negozji u ċittadini (IDABC)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 156 ta' dan,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

    Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [2],

    Jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 154 tat-Trattat, sabiex jiġi mgħejjun il-ksib ta' l-għanijiet msemmija fl-Artikoli 14 u 158 ta' dan u biex jagħmilha possibbli għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni, operaturi ekonomiċi u kommunitajiet reġjonali u lokali biex jiksbu l-vantaġġi sħaħ mill-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni, il-Komunità, tikkontribwixxi għall-istabbilimentt u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej.

    (2) L-iffaċilitar tal-mobilità ta' negozji u ċittadini minn naħa għal oħra tal-fruntieri Ewropej dirretament jikkontribwixxi għat-tneħħija ta' ostakli għall-moviment liberu ta' l-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital kif ukoll għall-istabbilixxar ħieles ta' ċittadini ta' Stat Membru fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    (3) Skond l-Artikolu 157 tat-Trattat, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività ta' l-industrija tal-Komunità jeżistu.

    (4) Bid-Deċiżjonijiet Nru 1719/1999/KE [4] u Nru 1720/1999/KE [5] il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw serje ta' azzjonijiet, miżuri orizzontali u linji gwida inkluża l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, fir-rigward tan-networks trans-Ewropej għall-iskambju elettroniku ta' data bejn amministrazzjonijit (IDA). Minħabba li dawn id-Deċiżjonijiet jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2004, huwa meħtieġ li jkun pprovdut qafas biex jitkompla x-xogħol tal-programm IDA kif stabbilit b'dawk id-Deċiżjonijiet.

    (5) Il-programm IDABC ser jibni fuq is-suċċessi tal-programmi IDA preċedenti, li tejjbu l-effettività tal-kop erazzjoni minn fruntiera għall-oħra bejn amministrazzjonijiet pubbliċi.

    (6) Fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-programm IDABC, li huwa t-tkomplija tal-programmi IDA preċedenti, attenzjoni dovuta għanda tingħata tal-kisbiet ta' dawk il-programmi.

    (7) Xogħol komplut taħt il-programm IDABC x'aktarx jifforma l-bażi ta' aktar xogħol. Dan, kombinat mal-pass mgħaġġel tal-bidla teknoloġika, ser ikun meħtieġ li l-programm jkun adattabbli għal żviluppi futuri.

    (8) Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Liżbona f'Marzu 2000, adotta l-konklużjonijiet bl-għan biex jipprerpara għat-transizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea sa' l-2010 għall-ekonomija dinjija l-aktar kompetittivà, dinamika, u mibnija fuq l-informazzjoni, li kapaċi jkollha tkabbir ekonomiki sostenibbli b'aktar impjiegi u b'impjiegi aħjar u koeżjoni soċjali akbar.

    (9) Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' fi Brussel f'Marzu 2003, ġibew l-attenzjoni fuq l-importanza li jgħaqqad l-Ewropa u għaldaqstant jissaħħaħ is-suq intern u enfasizza li l-komunikazzjonijiet elettroniċi huma makni b'saħħithom għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea u li azzjoni għandha tittieħed sabiex tkun konsolidata din is-saħħa u sabiex tikkontribbwixxi għall-ksib ta' l-għanijiet ta' Liżbona. Għal dan il-għan, l-iżvilupp u l-istabbiliment ta' Servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u n-networks telematiċi ta' taħt għandhom ikunu sostnuti u promossi.

    (10) L-eliminazzjoni ta' ostakli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha u ma' negozji kif ukoll ma' ċittadini tikkontribbwixxi għat-titjib ta' l-ambjent Ewropew tan-negozju, tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi u t-tnaqqas tal-burokrazija. Tista' wkoll tinkoraġġixxi negozji u ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea biex jaħsdu l-vantaġġi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni u biex jaħdmu b'mod elettroniku ma' amministrazzjonijiet pubbliċi.

    (11) Twassil b'valur mkabbar ta' servizzi ta' l-eGovernment li jagħmila possibbli għan-negozji u ċ-ċittadini biex jaħdmu ma' amministrrazzjonijiet pubbliċi mingħajr kapaċitajiet speċjali tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni (IT) jew tagħrif minn qabel ta' l-organizzazzjoni funzjonali ta' ġewwa ta' amministrazzjoni pubblika.

    (12) It-tiftiħ ta' networks telematiċi trans-Ewropej biex tiġi skambjata informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet tal-Komunità u entitajiet oħra, bħal aġenziji Ewropej, servizzi u organizzazzjonijiet iddedikati biex javvanzaw l-interessi tal-Komunità, m'għandhomx ikun ikkonsidrati bħala l-għan finali, iżda bħala l-mezz biex tinkiseb informazzjoni interoperabbli u servizzi ta' l-eGovernment interattivi fuq il-livell pan-Ewropew, mibnija fuq u li jestendu saċ-ċittadini u n-negozji bil-vantaġġi jirriżultaw mill-kop erazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet publiċi madwar l-Ewropa.

    (13) Il-Kummissjoni tibda u ser taġġorna, kif meħtieġ, konsultazzjonijiet komprensivi li jinvolvu l-persuni kollha li għandhom interess sabiex ikun possibbli li jsir studju, li jinvolvi s-setturi kollha relevanti, li jiffoka fuq il-bżonnijiet ta' u l-vantaġġi għaċ-ċittadini u n-negozji, bl-għan li tiġi ippreparata lista ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej li huma meħtieġa u ta' vantaġġ li jistgħu jiġu implimentati matul it-tul ta' din id-Deċiżjoni.

    (14) Servvizi ta' eGovenrment Pan-Ewropej jippermettu amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini biex jinteraġixxu b'mod aħjar ma' amministrazzjonijiet pubbliċi minn naħa għal oħra tal-fruntieri. It-twassil ta' dawn is-servizzi jeħtieġ id-disponibbilità ta' informazzjoni effiċjenti, effetiva u interoperabbli u sistemi ta' komunikazzjoni bejn amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll proċessi amministrattivi interoperabbli ta' fuq quddiem jew fuq wara ta' l-uffiċju sabiex ikun possibbli li jsir skambju b'mod sigur, tiġi mifhuma u ipproċessata informazzjoni tas-settur pubbliku minn naħa għal oħra ta' l-Ewropa.

    (15) Għat-twassil ta' Servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej huwa metħieġ li jiġu ikkonsidrati d-dispożizzjonijiet ta', partikolarment, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u l-moviment libertu ta' din id-data [6] u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi [7].

    (16) Huwa importanti li, fil-kuntest ta' l-isforzi nazzjonali biex jiġi sostnut l-eGovernment, konsiderazzjoni dovuta tingħata lill-prioritajiet ta' l-Unjoni Ewropea.

    (17) Huwa essenzali li jiġi massimizzat l-użu ta' standards jew speċifikazzjonijiet disponibbli b'mod pubbliku jew speċifikazzjonijiet miftuħa għall-iskambju ta' informazzjoni u l-integrazzjoni tas-servizz biex tiġi assigurata interoperabilità bħala ħaġa waħda u permezz ta' dan jiżdiedu l-vantaġġi tas-servizzi ta' eGovenrment pan-Ewropej u n-networks telematiċi trans-Ewropej li huma l-bażi.

    (18) L-istabbiliment ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u n-networks telematiċi li huma l-bażi li tagħhom il-Komunità hija utent jew benefiċjarju hija r-responsabbilità kemm tal-Komunità kif ukoll ta' l-Istati Membri.

    (19) Huwa essenzali li tiġi assigurata kop erazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Komunità u, fejn relevanti, l-istituzzjonijiet tal-Komunità u dawk li għandhom interess.

    (20) Azzjonijiet fuq il-livell ta' Komunità għandhom jistimulaw l-iżvilupp ta' servizzi ta' eGovernment fuq il-livell pan-Ewropew u l-miżuri assoċjati meħtieġa fil-livelli kollha adattati, billi titqies ukoll id-diversità lingwistika tal-Komunità.

    (21) Filwaqt li l-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri kollha f'azzjonijiet ta' sostenn għas-servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi lin-negozji u ċittadini għandhom jiġu mħeġġa, azzjonijiet li jikkomprendu diversi Stati Membri jistgħu jiġu mibdija u Stati Membri li ma jkunux qed jipparteċipaw għandhom jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw fi stadju ulterjuri.

    (22) Żvilupp ta' ideat imbaqqlin ma' inizjattivi nazzjonali, reġjonali u lokali u t-twassil ta' servizzi ta' eGovernment fl-Istati Membri għandu jkun assigurat.

    (23) Il-Pjan ta' Azzjoni għall-eEurope 2005, approvat uffiċjalment mill-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Seville f'Ġunju 2002, partikolarment fil-kapitolu dwar l-eGovernment, juri l-importanzi tal-programm IDA fl-inkoraġġiment tat-twaqqif ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej f'sostenn għall-attivitajiet mingħajr fruntieri u għaldaqstant jikkumplimentaw u jipprovdu qafas għall-inizjattivi rigward eGovernment fil-livelli kollha xierqa.

    (24) Sabiex isir użu effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji tal-Komunità, huwa meħtieġ li jinqasmu l-ispejjeż tas-servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u n-networks telematiċi ta' bażi bejn l-Istati Membri u l-Komunità fuq bażi ġusta.

    (25) Il-produttività, is-sensibilità u l-flessibilità fl-istabbiliment u l-operazzjoni ta' servizzi ta' eGovenrment pan-Ewropej u n-networks telematiċi ta' bażi jistgħu jiġu miksuba l-aħjar bit-tħaddin ta' approċċ orjentat għas-suq u għaldaqstant jintgħażlu fornituri fuq bażi kompettitivà f'ambjent ta' ħafna bejjiegħa, waqt li tiġi assigurata, kull meta jkun xieraq, is-sostenibilità ta' operazzjoni u finanzjarja tal-miżuri.

    (26) Servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej għandhom jiġu żviluppati fil-kuntest ta' proġetti speċifiċi ta' interess komuni u miżuri orizzontali speċifici. Miżuri oħra orizzontali għandhom ikunu lesti biex isostnu t-twassil interoperabbli ta' dawn is-servizzi bl-istabbiliment jew bit-tisħiħ ta' servizzi ta' infrastruttura.

    (27) Il-programm IDABC għandu konsegwentement jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati, u l-kop erazzjoni ma' pajjiżi terzi għandha tkun inkorraġġita. Entitajiet internazzjonali jistgħu jieħdu sehem fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali bi spejjeż tagħhom stess.

    (28) Sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni sana tar-riżorsi finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea u biex tiġi evitata l-proliferazzjoni mhux neċessarja ta' tagħmir, repetizzjoni ta' investigazzjonijiet u diversità ta' approċċi, għandu jkun possibbli li jintużaw servizzi żviluppati taħt il-programm IDA jew il-programm IDABC fil-qafas tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u l-kop erazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, skond it-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    (29) Minħabba li l-għan ta' l-istabbiliment ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej ma jistgħux ikunu milħuqa biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, mħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, ikunu milħuqa aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

    (30) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [8].

    (31) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għad-dewmien kollu tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina tal-budget, u t-titjib tal-proċedura tal-budget [9], għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura annwali tal-budget,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Skop

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għall-perjodu 2005-2009, Programm għat-Twassil Interoperabbli tas-Servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej, istituzzjonijiet tal-Komunità u entitajiet oħra u għal Negozji u Ċittadini Ewropej (hawnhekk iżjed ‘il quddiem il-"programm IDABC").

    Artikolu 2

    Għan

    1. L-għan tal-programm IDABC huwa li jiġu identifikati, sostnuti u promossi l-iżvilupp u t-twaqqif ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u n-networks telematiċi interoperabbli ta' taħt li jsostnu l-Istati Membri u l-Komunità fl-implimentazzjoni, fiż-żoni rispettivi tagħhom ta' kompetenza, tal-politiki tal-Komunità u l-attivitajiet, li jiksbu vantaġġi sostanzjali għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini.

    2. Il-programm għandu wkoll l-iskop li:

    (a) jagħmel possibbli l-iskambju effiċjenti, effettiv u sigur ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha xierqa, kif ukoll bejn dawn l-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-Komunità u entitajiet oħra kif inhu xieraq;

    (b) jestendi l-vantaġġi ta' l-iskambju ta' informazzjoni kif indikat taħt (a) sabiex jiffaċilita t-twasil ta' servizzi lin-negozji u ċittadini billi jikkonsidra l-bżonnijiet tagħhom;

    (ċ) jsostni l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunità billi jiżviluppa l-qafas strateġiku konness magħhom fil-livell pan-Ewropew;

    (d) jilħaq interoperabbilità, kemm fi u minn naħa għal oħra ta' żoni differenti ta' żoni ta' politika u, fejn xieraq, man-negozji u ċittadini, notevolment fuq il-bażi ta' Qafas ta' Interoperabbilità Ewropea;

    (e) jikkontribbwixxi għall-isforzi ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi ta' l-Istati Membri u l-Komunità skond operazzjonijiet msawwra, implimentazzjoni ta' min jissuġġerixxi, sigurtà, effiċjenza, trasparenza, kultura ta' servizz u sensibilità;

    (f) jippromovi t-tixrid ta' prattika tajba u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet telematiċi innovattivi f'amministrazzjonijiet pubbliċi.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    (a) "Network telematiku" tfisser sistema kompressiva ta' komunikazzjoni ta' data, li tikkomprendi l-infrastruttura fiżika u konnessjonijiet fiżiċi kif ukoll servizzi konnessi magħhom u saffi ta' applikazzjoni, b'dan il-mod jagħmel possibbli l-iskambju ta' informazzjoni elettronika bejn u f'amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll bejn amministrazzjonijiet pubbliċi u negozji u ċittadini;

    (b) "Servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej" tfisser informazzjoni tas-settur pubbliku minn fruntiera għall-oħra u servizzi interattivi, jew settorjali jew orizzontali, i.e. ta' natura minn settur għall-ieħor, ipprovduti minn amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, negozji, inklużi l-assoċjazzjonijiet tagħhom, u ċittadini, inklużi l-assoċjazzjonijiet tagħhom, permezz ta' networks telematiċi trans-Ewropej interoperabbli;

    (ċ) "Proġett ta' interess komuni" tfisser proġett fiż-żoni ta' politika identifikati fl-Anness I, li huwa mibdi jew ikkontinwat taħt din id-Deċiżjoni, u li jikkonċerna l-istabbiliment jew it-tisħiħ ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej;

    (d) "Servizzi ta' infrastruttura" tfisser servizzi pprovduti biex jilħqu ħtiġijiet ġeneriċi, li jikkomprendu teknoloġija u soluzzjonijiet ta' software, inkluż qafas Ewropew ta' interoperabbilità, sigurtà, middleware u servizzi ta' network. Servizzi ta' infrastruttura isaħħu t-twassil ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej;

    (e) "Miżuri orizzontali" tfisser azzjoni kif identifikata fl-Anness II, li hija mibdija jew ikkontinwata taħt din id-Deċiżjoni, u li tikkonċerna l-istabbiliment jew it-tisħiħ ta' servizzi orizzontali ta' eGovernment pan-Ewropej, servizzi ta' infrastruttura jew attivitajiet strateġiċi jew ta' sostenn;

    (f) "Interoperabbilità" tfisser l-abbiltà ta' sistemi ta' teknoloġija ta' l-informazzjoni u ta' komunikazzjoni (ICT) u tal-proċessi tan-negozju li huma jsostnu biex jiskambjaw data u biex jagħmlu possibbli l-qsim ta' informazzjoni u tagħrif.

    Artikolu 4

    Proġetti ta' interess komuni

    Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-Komunità għandha, b'kop erazzjoni ma' l-Istati Membri, timplimenta proġetti ta' interess komuni ndikati fil-programm ta' xogħol li jdur msemmi fl-Artikolu 8(1), skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7.

    Proġetti ta' interess komuni għandhom, kull meta jkun possibbli, jagħmlu użu mis-servizzi orizzontali ta' eGovernment pan-Ewropej u ta' infrastruttura u jikkontribwixxu għal aktar żvilupp ta' dawn is-servizzi.

    Artikolu 5

    Miżuri orizzontali

    1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-Komunità għandha, b'kop erazzjoni ma' l-Istati Membri, bħala sostenn għall-proġetti ta' interess komuni, tagħmel miżuri orizzontali kif identifikati f'L-Anness II u ndikati fil-programm ta' xogħol li jdur msemmi fl-Artikolu 8(1), skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7.

    2. Miżuri orizzontali għandhom jipprovdu, jmantnu, u jippromovu servizzi ta' infrastruttura għall-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-Komunità fuq il-bażi ta' politika ta' manteniment u ta' aċċess definita fil-qafas tal-programm IDABC. Għandhom ukoll jipprovdu l-amministrazzjoni ta' servizzi orizzontali ta' eGovernment pan-Ewropej kif ukoll jistabbilixxu attivitajiet stateġiċi u ta' sostenn biex jippromovu servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej, jwettqu analiżi strateġiċi ta' żviluppi konnessi fil-Komunità u l-Istati Membri, u jassiguraw l-amministrazzjoni tal-programm u t-tixrid ta' prattika tajba.

    3. Sabiex tkun kapaċi li tidentifika l-miżuri orizzontali li għandha tibda, il-Komunità għandha tistabbilixxi deskrizzjoni ta' servizzi orizzontali ta' eGovernment pan-Ewropej u servizzi ta' infrastruttura. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi aspetti bħal l-amministrazzjoni meħtieġa, organizzazzjoni, responsabbiltajiet konnessi u tqassim ta' spejjeż kif ukoll bħala strateġija biex tintuża fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' servizzi orizzontali ta' eGovernment pan-Ewropej u servizzi ta' infrastruttura. L-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq stima ta' ħtiġijiet tal-proġett. Id-deskrizzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi annwali.

    Artikolu 6

    Prinċipji ta' implimentazzjoni

    1. Fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali, il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10 għandhom japplikaw.

    2. Din id-Deċiżjoni hija l-bażi legali għall-implimentazzjoni ta' miżuri orizzontali.

    3. L-implimentazzjoni ta' proġett għandha teħtieġ bażi legali settorjali. Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, proġett għandu jkun ikkonsidrat bħala li jissodisfa din il-kondizzjoni meta isostni it-twassil ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lin-negozji jew liċ-ċittadini fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' bażi legali settorjali jew kull bażi legali oħra rilevanti.

    Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal proġetti ta' interess komuni li jsostnu t-twassil ta' servizzi ta' eGovernment bejn istituzzjonijiet tal-Komunità u aġenziji Ewropej.

    4. Parteċipazzjoni ta' l-akbar numru possibbli ta' Stati Membri fi proġett bħala sostenn ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej ipprovduti minn amministrazzjonijiet pubbliċi lin-negozji, inklużi l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jew minn amministrazzjonijiet pubbliċi liċ-ċittadini, inklużi l-assoċjazzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu inkoraġġiti.

    5. Proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali għandhom jikkomprendu l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-istabbiliment jew it-titjib ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej.

    6. Proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali għandhom jinkludu, kull meta jkun xieraq, fażi preparatorja. Għandhom jikkomprendu fażi ta' vijabilità, fażi ta' żvilupp u tisħiħ, u fażi ta' implimentazzjoni li jiġu implimentati skond l-Artikolu 7.

    Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-attivitajiet strateġiċi u ta' sostenn kif definiti f'Parti C ta' l-Anness II.

    7. Riżultati miksuba minn attivitajiet oħra relevanti tal-Komunità u l-Istati Membri, partikolarment il-programmi ta' riċerka u żvilupp tat-teknoloġija tal-Komunità u programmi u politiki oħra tal-Komunità, bħal eTEN [10], eContent [11] eInclusion, eLearning [12] u MODINIS [13] għandhom jiġu ikkonsidrati, kull meta jkun xieraq, fid-definizzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali sabiex jiġi evitat xogħol ripetut u biex jitħaffef l-iżvilupp ta' servizzi ta' eGovernment. Proġetti fil-fażi ta' l-ippjanar jew ta' l-iżvilupp għandhom jiġu ikkonsidrati.

    8. Proġetti ta' interess komuni jew miżuri orizzontali għandhom ikunu ndikati teknikament b'referenza għall-istandards jew speċifikazzjonijiet li huma disponibbli pubblikament jew speċifikazzjonijiet miftuħa għall-iskambju ta' informazzjoni jew integrazzjoni tas-servizz u għandhom iħarsu s-servizzi ta' infrastruttura, kif xieraq, sabiex jassigura l-interoperabbilità u l-aċċessibilità bejn sistemi nazzjonali u tal-Komunità fi jew minn naħa għal oħra ta' setturi amministrattivi u ma negozji u ċittadini.

    9. Proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali għandhom, fejn hu xieraq, jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-qafas Ewropew ta' interoperabbilità pprovdut, mantnut u promoss mill-programm IDABC.

    10. Reviżjoni ta' wara l-implimentazzjoni ta' kull proġett ta' interess komuni jew miżuri orizzontali għandha titwettaq fi żmien sena wara it-tmiem tal-fażi ta' implimentazzjoni.

    Reviżjoni għandha tinkludi analiżi tal-vantaġġ mill-ispiża.

    Fil-każ ta' proġetti ta' interess komuni r-reviżjoni għandha titwettaq b'kordinazzjoni ma' l-Istati Membri skond ir-regoli li jirregolaw il-politika settorjali u ppreżentata lill-kumitat settorjali relevanti.

    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-reviżjoni ta' proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu ppreżentati lill-kumitat msemmi fl-Artikolu 11(1) għall-informazzjoni.

    Fil-każ ta' miżuri orizzontali r-reviżjoni għandha titwettaq fil-qafas tal-kumitat msemmi fl-Artikolu 11(1).

    Artikolu 7

    Prinċipji addizzjonali

    1. Barra dawn il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6, il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 għandhom japplikaw.

    2. Il-fażi preparatorja għandha twassal għat-twaqqif ta' rapport preparatorju li jikkomprendi l-għanijiet, l-iskop u r-raġuni fundamentali tal-proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali u partikolarment l-ispejjeż u l-vantaġġi antiċipati, kif ukoll il-kisba ta' l-impenn meħtieġ u l-fehim fost il-parteċipanti permezz ta' konsultazzjoni xierqa, inkluża indikazzjoni tal-kumitat kompetenti biex isegwi l-implimentazzjoni tal-proġett jew miżura.

    3. Il-fażi ta' vijabilità għandha twassal għall-istabbiliment ta' pjan ta' implimentazzjoni globali, li għandu jkopri l-fażijiet ta' l-iżvilupp u l-implimentazzjoni u jikkomprendi l-informazzjoni li tinsab fir-rapport preparatorju kif ukoll:

    (a) deskrizzjoni ta' l-iżvilupp ippjanat ta' l-organizzazzjoni u, kull fejn hu xieraq, il-bini mill-ġdid tal-proċeduri tax-xogħol;

    (b) għanijiet, funzjonalitajiet, parteċipanti u l-approċċ tekniku;

    (ċ) miżuri biex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni multilingwali;

    (d) miżuri biex jassiguraw sigurtà u protezzjoni tad-data;

    (e) l-assenjazzjoni ta' rwoli lill-Komunità u lill-Istati Membri;

    (f) skomposizzjoni ta' l-ispejjeż mistennija u deskrizzjoni tal-vantaġġi mistennija, inklużi kriterji għall-kejl ta' dawk il-vantaġġi lil hinn mill-fażi ta' implimentazzjoni u analiżi dettaljata ta' dak iġġenerat mill-investiment kif ukoll tal-miri importanti li għandhom jintlaħqu;

    (g) skema li tiddefinixxi tqassim ġust bejn il-Komunità u l-Istati Membri u, kull fejn hu xieraq, entitajiet oħra, ta' l-ispejjeż operazzjonali u ta' żamma tas-servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u ta' infrastruttura mal-konklużjoni tal-fażi ta' implimentazzjoni.

    4. Matul il-fażi ta' żvilupp u tisħiħ, is-soluzzjoni proposta tista', jekk relevanti, tiġi mibnija, ittestjata, stmata u ikkontrollata fuq skala żgħira, u r-riżultati għandhom jintużaw biex jiġi aġġustat il-pjan ta' implimentazzjoni globali skond dawn.

    5. Matul il-fażi ta' implimentazzjoni, is-servizzi funzjonali b'mod sħiħ ikkonċernati għandhom ikunu stabbiliti skond il-pjan ta' implimentazzjoni globali.

    6. Ir-rapport preparatorju u l-pjan ta' implimentazzjoni globali għandhom ikunu stabbiliti bl-użu ta' metodoloġiji ppreparati bħala attività ta' sostenn fil-qafas tal-programm IDABC.

    7. Il-bidu u l-implimentazzjoni ta' proġett ta' interess komuni, id-definizzjoni tal-fażijiet tiegħu u l-istabbiliment ta' rapporti preparatorji u pjani ta' implimentazzjoni globali għandhom jitwettqu u jkunu ikkontrollati mill-Kummissjoni li taġixxi skond il-proċedura relevanti tal-kumitat settorjali.

    Fejn ma tapplika l-ebda proċedura tal-kumitat settorjali, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu gruppi ta' esperti biex jeżaminaw il-kwistjonijiet kollha relevanti.

    Il-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-kumitati settorjali u, fejn japplika, minn gruppi ta' esperti għandhom ikunu irrapportati mill-Kummissjoni lill-kumitat msemmi fl-Artikolu 11(1).

    8. Il-bidu u l-implimentazzjoni ta' miżura orizzontali, id-definizzjoni tal-fażijiet tagħha u l-istabbilixxar ta' rapporti preparatorji u l-pjanijiet ta' implimentazzjoni globali għandhom jitwettqu u jkunu ikkontrollati mill-Kummissjoni li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

    Artikolu 8

    Proċedura ta' implimentazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' xogħol li jdur għad-dewmien kollu ta' din id-Deċiżjoni għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programm ta' xogħol u, ta' l-anqas darba fis-sena, kull modifika ta' dan, billi tqis, skond kif ikun il-każ, l-iskomposizzjoni tal-budget għal kull proġett ta' interess komuni u miżura orizzontali.

    Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tapplika fil-każ ta' l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta' xogħol li jdur u kull modifika ta' dan.

    2. Għal kull proġett ta' interess komuni u għal kull miżura orizzontali, il-programm ta' xogħol msemmi fl-ewwel paragrafu għandu, fejn hu xieraq, jinkludi:

    (a) deskrizzjoni ta' l-għanijiet, l-iskop, ir-raġuni fundamentali, il-benefiċjarji potenzali, funzjonalitajiet u approċċi tekniċi;

    (b) skomposizzjoni tan-nefqa fil-passat u l-miri importanti li ġew milħuqa, kif ukoll l-ispejjeż u l-vantaġġi antiċipati u l-miri importanti li għandhom jintlaħqu;

    (ċ) speċifikazzjoni ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej orizzontali u servizzi ta' infrastruttura li għandhom jintużaw.

    Artikolu 9

    Disposizzjoniiet dwar il-budget

    1. Bla preġudizzju għall-Artikolu 8, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tapplika fil-każ ta' l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-budget għal kull proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali, kif meħtieġ, biex tkopri, bla ħsara għar-regoli dwar il-budget applikabbli, il-programm ta' xogħol li jdur u l-modifiki kollha ta' dan, skond l-Artikolu 8(1).

    2. Fondi għandhom ikunu rilaxxati fuq il-bażi ta' l-ilħuq ta' miri importanti speċifiċi skond il-proċedura applikabbli għall-kumitat settorjali relevanti għall-proġetti ta' interess komuni u għall-kumitat msemmi fl-Artikolu 11(1) għall-miżuri orizzontali. Għall-bidu tal-fażi preparatorja l-mira importanti għandha tkun l-inklużjoni tal-proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali li għandhu jitwettaq fil-programm ta' xogħol li jdur. Għall-bidu tal-fażi ta' vijabilità l-mira importanti għandha tkun ir-rapport preparatorju. Għall-bidu tal-fażi sussegwenti ta' l-iżvilupp u ta' tisħiħ il-mira importanti għandha tkun il-pjan ta' implimentazzjoni globali. Miri importanti li għandhom jintlaħqu matul il-fażi ta' żvilupp u ta' tisħiħ kif ukoll il-fażi ta' implimentazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-programm ta' xogħol li jdur skond l-Artikolu 8.

    3. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tapplika fil-każ ta' proposti għal kull żieda fil-budget ta' aktar minn EUR 100000 għal kull proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali f'sena.

    4. Il-programm għandu jkun implimentat fuq il-bażi tar-regoli ta' akkwisti li jsiru mill-pubbliku. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sejħiet għall-offerti għandhom, għall-valuri ta' kuntratti li jeċċedu EUR 500000, jkunu definiti b'kordinazzjoni ma' l-Istati Membri fil-qafas tal-kumitat settorjali relevanti jew tal-kumitat msemmi fl-Artikolu 11(1).

    Artikolu 10

    Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

    1. Fl-implimentazzjoni tal-proġett ta' interess komuni u miżuri orizzontali, il-Komunità għandha ġġor l-ispejjeż bi proporzzjon ma' l-interess tagħha.

    2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali għandha tkun determinata skond il-paragrafi 3 sa 7.

    3. Għal proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali biex tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, pjanijiet konkreti għall-finanzjament ta' l-ispejjeż ta' żamma u operazzjonali tal-fażi ta' wara l-implimentazzjoni għandha tkun meħtieġa, b'assenjazzjoni ċara tar-rwoli lill-Komunità u lill-Istati Membri u lill-entitajiet oħra.

    4. Fil-fażijiet preparatorji u ta' vijabilità, il-kontribuzzjoni tal-Komunità tista' tkopri l-ispiża kollha ta' l-istudji meħtieġa.

    5. Fil-fażi ta' l-iżvilupp u ta' tisħiħ u fil-fażi ta' implimentazzjoni, il-Komunità għandha ġġor l-ispiża ta' dawk il-kompiti li huma assenjati lilha fil-pjan ta' implimentazzjoni globali ta' dak il-proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali.

    6. Fondi tal-Komunità għal proġett ta' interess komuni jew miżura orizzontali li tikkonċerna it-twassil u ż-żamma ta' servizzi ta' infrastruttura għandhom, fil-prinċipji, jieqfu wara perjodu massimu ta' erbgħa snin mill-bidu tal-fażi preparatorja.

    7. Ir-riżorsi finanzjarji provvduti taħt din id-Deċiżjoni m'għandhomx jkunu assenjati għal proġetti ta' interess komuni jew miżura orizzontali jew fażijiet ta' proġetti ta' interess komuni jew miżuri orizzontali li jibbenefikaw minn sorsi oħra ta' fondi tal-Komunità.

    8. Sal-31 ta' Diċembru 2006, mekkaniżmi biex jassiguaw is-sostenibbilità finanzjarja u operazzjonali ta' servizzi ta' infrastruttura, kull fejn huwa xieraq, għandhom ikunu definiti u maqbula skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

    Artikolu 11

    Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat msejjaħ il-Kumitat tas-Servizzi ta' eGovernment Pan-Ewropej (PEGSCO).

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE għandha tapplika, wara li jiġi ikkunsidrat l-Artikolu 8 ta' dan.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

    3. Il-PEGSCO għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    Artikolu 12

    Rapport annwali

    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-PEGSCO dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 13

    Valutazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha, f'kordinazzjoni ma' l-Istati Membri, twettaq valutazzjoni finali ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-aħħar tal-programm.

    2. Barra dan, il-Kummissjoni għandha, f'kordinazzjoni ma' l-Istati Membri, twettaq valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sa nofs l-2006 bħala l-aktar tard. Din il-valutazzjoni għandha wkoll tistma, inter alia, l-effettività u l-effiċjenza ta' l-attivitajiet ta' l-IDABC kif ukoll tinkludi valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta' l-andament kontra l-programm ta' xogħol. Fil-kuntest ta' din il-valutazzjoni l-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konsistenza ta' l-ammont għall-2007-2009 bil-perspettiva finanzjarja. Jekk applikabbli, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa fil-proċeduri dwar il-budget għall-2007-2009 biex tassigura l-konsisternza ta' l-approprjazzjonijiet annwali bil-perspettiva finanzjarja.

    3. Il-valutazzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-progress u l-istatus kurrenti tal-proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali identifikati fl-Annessi I u II rispettivament u partikolarment kif is-servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej intiżi huma żviluppati, implimentati u wżati.

    Il-valutazzjonijiet għandhom jeżaminaw ukoll, fid-dawl ta' l-ispiża minfuqa mill-Komunità, il-vantaġġi pprovduti mis-servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u ta' infrastruttra lill-Komunità għall-avvanz ta' politiki komuni u kop erazzjoni istituzzjonali safejn amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini huma ikkonċernati u jidentifkaw żoni għal titjib potenzali u jivverifikaw sinerġiji ma' attivitajiet oħra tal-Komunità fiż-żona ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej u ta' infrastruttura.

    4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati tal-valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposti xierqa għall-emendar ta' din id-Deċiżjoni. Ir-riżultati għandhom jintbgħatu qabel il-preżentazzjoni ta' l-abbozz tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2007 u 2010 rispettivament.

    Artikolu 14

    Koperazzjoni internazzjonali

    1. Il-programm IDABC jista' jinfetaħ, fil-qafas tal-ftehim rispettivi tagħhom mal-Komunità, għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati.

    2. Kop erazzjoni ma' pajjiżi terzi, fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u miżuri orizzontali għandha tkunu inkoraġġita, notevolment ma' amministrazzjonijiet pubbliċi fil-pajjiżi Mediterranji, il-Balkani u l-pajjiżi Ewropej tal-lvant. Attenzjoni partikolari għandha tkun mogħtija wkoll lill-kop erazzjoni internazzjonali fis-sostenn ta' l-iżvilupp u l-kop erazzjoni ekonomika. Spejjeż konnessi m'għandhomx ikunu koperti mill-programm IDABC.

    3. Organizzazzjonijiet internazzjonali jew entitajiet internazzjonali oħra jistgħu jieħdu sehem fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni jew miżuri orizzontali bi spiża tagħhom stess.

    Artikolu 15

    Networks oħra

    1. Fir-rigward ta' l-istabbiliment jew it-titjib ta' networks oħra li mhumiex proġetti ta' interess komuni jew miżuri orizzontali (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "networks oħra"), l-Istati Membri u l-Komunità għandhom, skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġislazzjoni tal-Komunità li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' dawk in-networks, jassiguraw konformità mal-paragrafi 2 sa 5.

    2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej orizzontali u ta' infrastruttura pprovduti mill-Komunità fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni tista' tintuża minn networks oħra.

    3. Kull wieħed minn networks l-oħra għandhom ikunu ndikati teknikament b'referenza għall-istandards Ewropej jew speċifikazzjonijiet li huma disponibbli pubblikament jew speċifikazzjonijiet miftuħa għall-iskambju ta' informazzjoni jew integrazzjoni tas-servizz, kif xieraq, sabiex jassiguraw interoperabbilità bejn sistemi nazzjonali u tal-Komunità fi u minn naħa għal oħra ta' setturi amministrattivi u man-negozji u ċittadini.

    4. Sal-31 ta' Ottubru 2005, u b'intervalli ta' sena minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-PEGSCO rapport dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tispeċifika kull ħtieġa relevanti ta' min qed juża jew kull raġuni oħra li tipprevjeni networks oħra milli jagħmlu użu mis-servizzi taħt paragrafu 2, u tiddiskuti l-possibbilità li ttejjeb il-kwalità ta' dawn is-servizzi sabiex jiġi estiż l-użu tagħhom.

    5. Is-servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej orizzontali jew ta' infrastruttura żviluppati fil-qafas tal-Komunità taħt il-programm IDA jew IDABC jisgtħu jintużaw mill-Kunsill fir-rigward ta' l-istabbiliment jew it-titjib ta' attivitajiet fil-qafas tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni u l-kop erazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, skond it-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea rispettivament.

    L-użu ta' dawn is-servizzi għandu jkun deċiż fuq u iffinanzjat skond it-Titoli V u VI ta' dak it-Trattat.

    Artikolu 16

    Qafas Finanzjarju

    1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità taħt din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2009 huwa b'dan stabbilit għal EUR 148.7 miljun, li minnhom EUR 59,1 miljun huma għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2006.

    Għall-perjodu wara l-31 ta' Diċembru 2006, l-ammont għandu jkun meqjus bħala ikkonfermat jekk huwa konsistenti għal din il-fażi mal-perspettiva finanzjarja li qegħda fis-seħħ għall-perjodu li jibda fl-2007.

    2. L-approprjazzjonijiet annwali għall-perjodu mill-2005 sa l-2009 għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limitu tal-perspettiva finanzjarja.

    Artikolu 17

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2009.

    Magħmul fi Strasburgu, fil-21 ta' April 2004.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. Roche

    [1] ĠU C 80, 30.03.04, p. 83.

    [2] ĠU C 73, 23.03.04, p. 72.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2003 (ĠU C 66 E, tas-16.3.2004, p. 22) u l-Posizzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' March 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2004.

    [4] ĠU L 203, 03.08.99, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2046/2002/KE (ĠU L 316, 20.11.02, p. 4).

    [5] ĠU L 203, 03.08.99, pl. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2045/2002/KE (ĠU L 316, 20.11.02, p. 1).

    [6] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

    [7] ĠU L 201, tal-31.07.02, p. 37.

    [8] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

    [9] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Il-Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 25).

    [10] ĠU L 183, tal-11.07.97, p. 12.

    [11] ĠU L 14, tat-18.01.01, p. 32.

    [12] ĠU L 345, tal-31.12.03, p. 9.

    [13] ĠU L 336, tat-23.12.03, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    ŻONI TA' POLITIKA GĦALL-PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

    Proġetti ta' interess komuni taħt il-programm IDABC huma dawk stabbiliti notevolment fiż-żona li ġejjin:

    A. B'MOD ĠENERALI

    1. Politiki u attivitajiet tal-Komunità (skond it-taqsima B), skambju interistituzzjonali ta' informazzjoni (skond it-taqsima C), kop erazzjoni internazzjonali (skond it-taqsima D) kif ukoll networks oħra (skond it-taqsima E).

    2. Il-funzjonament ta' l-Aġenziji Ewropej u korpi u bħala sostenn tal-qafas legali li jinqalgħu mill-ħolqien ta' Aġenziji Ewropej.

    3. Politiki konnessi mal-moviment liberu tal-persuni, notevolment bħala sostenn għat-twassil ta' servizzi ugwali liċ-ċittadini u negozji fid-diversi Stati Membri.

    4 Azzjonijiet li, fil-qafas tal-politiki u attivitajiet tal-Komunità u f'ċirkostanzi imprevvisti, huma meħtieġa b'urġenza biex isostnu l-azzjoni tal-Komunità u l-Istati Membri.

    B. POLITIKI U ATTIVITAJIET TAL-KOMUNITÀ

    1. Politika ekonomika u monetarja.

    2. Konsolidazzjoni ta' l-acquis communautaire wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

    3. Politiki reġjonali u ta' koeżjoni, notevolment biex jiffaċilitaw il-ġbir, l-amministrazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' politiki reġjonali u ta' koeżjoni fil-livell ta' amministrazzjoni pubblika ċentrali u reġjonali.

    4. L-iffinanzjar mill-Komunità, notevolment biex joħloq interface ma' bażi tad-data sabiex jiffaċilita l-aċċess ta' organizzazzjonijiet Ewropej, u partikolarment IŻM, għas-sorsi ta' iffinanzjar mill-Komunità.

    5. L-Istatistiċi, notevolment dwar il-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni ta' l-istatistika, kif ukoll statistiċi ta' sostenn għall-eGovernment, sabiex tiġi stmata l-interoperabbilità bejn sistemi u l-effiċjenza tagħhom bħala kejl ta' suċċess.

    6. Il-pubblikazzjoni ta' dokumenti uffiċjali u l-amministrazzjoni ta' servizzi ta' informazzjoni uffiċjali.

    7. Is-setturi ta' l-agrikoltura u s-sajd, notevolment dwar sostenn ta' l-amministrazzjoni tas-swieq u strutturi ta' l-agrikoltura, amministrazzjoni finanzjajra aktar effiċjenti, skambju ta' data tal-kontijiet tar-razzett bejn aġenziji nazzjonali u l-Kummissjoni, u l-ġlieda kontra l-frodi.

    8. Is-setturi ta' l-industrija u tas-servizzi, notevolment li jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli minn kwistjonijiet ta' kompetittività tan-negozju, u bejn dawn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-federazzjonijiet ta' l-industrija.

    9. Il-politika ta' kompetizzjoni, notevolment permezz ta' l-implimentazzjoni ta' skambju mtejjeb ta' data elettronika ma' l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni.

    10. Is-setturi ta' l-edukazzjoni, il-kutura u l-awdioviżwali, notevolment għall-iskambju ta' informazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet ta' kontenut dwar networks miftuħa u biex tippromovi l-iżvilupp u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' servizzi ġodda awdioviżwali u ta' informazzjoni.

    11. Is-settur tat-trasport, notevolment għas-sostenn ta' skambju ta' data li tikkonċerma sewwieqa, vetturi, vapuri u operaturi tat-trasport.

    12. It-turiżmu, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika, u l-akkwisti pubbliċi.

    13. Il-politika ta' riċerka, partikolarment biex tiffaċilita l-ġbir, l-amministrazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' politika ta' riċerka kordinata fil-livell ta' aministrazzjonijiet nazzjonali pubbliċi.

    14. Il-kontribuzzjonijiet għall-għanijiet ta' l-inizjattiva eEurope u l-pjan ta' azzjoni konness, partikolarment il-kapitolu dwar eGovernemtn u sigurtà, bl-għan biex ikun ta' vantaġġ għan-negozji u ċittadini.

    15. Il-politika dwar l-immigrazzjoni, notevolment permezz ta' l-implimentazzjoni ta' skambju mtejjeb ta' data elettronika ma' amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri ta' informazzjoni u konsultazzjoni.

    16. Kop erazzjoni bejn awtoritajiet ġudizzjarja.

    17. Is-sistemi ta' informazzjoni li jippermettu l-parteċipazzoni ta' parlamenti nazzjonali u s-soċjetà ċivili fil-proċess leġislattiv.

    18. Studju ta' wara l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità u l-iskambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri u istituzzjonijiet tal-Komunità.

    C. SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI INTERISTITUZZJONALI

    Skambju ta' informazzjoni interistituzzjonali, notevolment:

    1. li jsostni l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Komunità u l-mistoqsijiet Parlamentari;

    2. għall-istabbiliment ta' kollegamenti telematiċi meħtieġa bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (inkluż is-sit tal-Presidenza fil-kariga ta' l-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentanza Permanenti ta' l-Istati Membri u l-ministeri nazzjonali li jikkoperaw) u istituzzjonijiet oħra tal-Komunità;

    3. biex tiffaċilita l-multilingwiżmu fl-iskambju interistituzzjonali ta' informazzjoni, mezzi ta' amministrazzjonijiet tal-fluss tax-xogħol ta' traduzzjoni u għodda ta' sostenn għat-traduzzjoni, l-iżvilupp u l-qsim ta' riżorsi miltilingwali, u l-organizzazzjoni ta' aċċess komuni għal dawn ir-riżorsi;

    4. għall-qsim ta' dokumenti bejn Aġenziji Ewropej u korpi u l-istituzzjonijiet tal-Komunità.

    D. KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

    L-estensjoni tal-proġetti ta' interess komuni għall-pajjiżi terzi, inklużi pajjiżi kandidati, u organizzazzjonijiet internazzjonali, b'attenzjoni partikolari għal inizzjattivi għall-iżvilupp u kop erazzjoni ekonomika.

    E. NETWORKS OĦRA

    Il-proġetti ta' interess komuni li qabel kienu iffinanzjati mill-programm IDA u li issa għandhom l-iffinanzjar tagħhom tal-Komunità madankollu jaqgħu fil-grupp "networks oħra" msemmi fl-Artikolu 14 ta' din id-Deċiżjoni.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    MIŻURI ORIZZONTALI

    Miżuri orizzontali taħt il-programm IDABC huma notevolment:

    A. SERVIZZI TA' EGOVERNMENT PAN-EWROPEJ ORIZZONTALI

    Miżuri orizzontali mibdija biex jibdew, jagħmlu possibbli u jamministraw il-provvista ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej, inklużi aspetti ta' organizzazzjoni u ta' kordinazzjoni, bħal:

    (a) portal biex jipprovdi aċċess għal informazzjoni online multilingwali pan-Ewropea u servizzi interattivi lin-negozji u ċittadini;

    (b) punt wieħed ta' aċċess għal e.g. servizzi online ta' informazzjoni legali fl-Istati Membri;

    (ċ) applikazzjoni interattivi għall-ġbir ta' opinjonijiet u ta' esperjenzi ta' dawk li għandhom interess dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku u dwar il-funzjonament ta' politiki tal-Komunità.

    B. SERVIZZI TA' INFRASTRUTTURA

    Miżuri orizzontali mibdija biex jipprovdu u jżommu teknoloġija u soluzzjonijiet ta' software bħala servizzi li jipprovdu funzjonalitajiet speċifiċi marbuta ma' l-ICT, minn komunikazzjonijiet għal standards definiti. Teknoloġija u soluzzjonijiet ta' software li jikkomprendu servizzi ta' network, middleware, sigurtà, u linji gwida, bħal:

    (a) pjattaforma ta' komunikazzjoni sigura u ta' min jafdha għall-iskambju ta' data bejn amministrazzjonijiet pubbliċi;

    (b) sistema sigura u ta' min jafdha għall-amministrazzjoni ta' flussi ta' data marbuta ma' xulxin bi flussi ta' xogħol differenti;

    (ċ) kitt ta' l-għodda komuni għall-amministrazzjoni ta' siti web u portals multilingwali li jikkolaboraw;

    (d) pjattaforma ta' akkreditazzjoni bl-għan li tiġi immaniġġjata informazzjoni klassifikata;

    (e) l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' politika ta' awtentikazzjoni għal networks u proġetti ta' interess komuni;

    (f) studji ta' sigurtà u analiżi tar-riskju bħala sostenn ta' networks u servizzi oħra ta' infrastruttura;

    (g) mekkaniżmi biex jistabbilixxu fiduċja bejn awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni biex tippermetti l-użu ta' ċertifikati elettroniċi f'servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej;

    (h) servizzi ta' identifikazzjoni, awtorizzazzjoni, awtentikazzjoni u li ma jistgħux jkunu rifjutati għal proġetti ta' interess komuni;

    (i) qafas komuni għall-qsim u l-iskambju ta' informazzjoni u tagħrif bejn amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u ma' negozji u ċittadini, inklużi linji gwida ta' l-arkitettura;

    (j) speċifikazzjoni ta' vokabolarji ta' XML, skemi u XML konnessi li jkunu jistgħu jkunu ikkunsinnati biex isostnu l-iskambju ta' data f'networks;

    (k) ħtiġijiet tal-mudell funzjonali u mhux funzjonli għall-amministrazzjoni ta' reġistrazzjonijiet elettroniċi f'amministrazzjonijiet pubbliċi;

    (l) qafas ta' metadata għall-informazzjoni tas-settur pubbliku f'applikazzjonijiet pan-Ewropej;

    (m) paragun ta' standards ta' skambju miftuħ bl-għan li tiġi stabbilita politika dwar formati miftuħa;

    (n) speċifikazzjonijiet komuni u servizzi ta' infrastruttura li jiffaċilitaw l-akkwist elettroniku minn naħa għal oħra ta' l-Ewropa;

    (o) sistemi ta' traduzzjoni bil-makni u għodda multilingwali oħra, inklużi dizzjunarji, teżawri u sistemi ta' klassifikazzjoni ta' sostenn għall-multilingwiżmu;

    (p) applikazzjonijiet biex isostnu xogħol kop erattiv bejn amministrazzjonijiet pubbliċi;

    (q) applikazzjonijiet biex isostnu aċċess b'ħafna kanali għas-servizzi;

    (r) għodda mibnija fuq software b'sors miftuħ u azzjonijiet biex jkun faċilitat l-iskambju ta' esperjenzi bejn, u biex jittieħdu soluzzjonijiet minn amministrazzjonijiet pubbliċi.

    C. ATTIVITAJIET STRATEĠIĠI U TA' SOSTENN

    1. Attivitajiet strateġiċi biex isostnu l-istima u l-promozzjoni ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej, bħal:

    (a) analiżi ta' strateġiji ta' eGovernment u ta' l-Amministrazzjoni ta' l-Informazzjoni (IM) minn naħa għal oħra ta' l-Ewropa;

    (b) organizzazzjoni ta' avvenimenti li jqajjmu kuxjenza li jinvolvu lil dawk li għandhom interess ikkonċernati;

    (ċ) promozzjoni ta' l-istabbiliment ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej b'attenzjoni speċjali għas-servizzi lin-negozji u ċittadini.

    2. Attivitajiet ta' sostenn mibdija biex isostnu programmi ta' amministrazzjoni bil-mira li jikkontrollaw u jtejjbu l-effettivita u l-effiċjenza tal-programm, bħal:

    (a) ċertezza tal-kwalità u kontroll biex itejjbu l-ispeċifikazzjoni ta' l-għanijiet tal-proġett kif ukoll l-eżekuzzjoni ta' proġett u r-riżultati;

    (b) valutazzjoni tal-programm u analiżi tal-vantaġġ mill-ispiża ta' proġetti speċifiċi ta' interess komuni u miżuri orizzontali.

    3. Attivitajiet ta' sostenn mibdija biex jippromovu t-tixrid ta' prattika tajba fl-applikazzjoni ta' teknoloġiji ta' l-informazzjoni lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, bħal:

    (a) rapporti, siti web, konferenzi u, b'mod ġenerali, inizjattivi ndirizzati lill-pubbliku;

    (b) kontroll, analiżi u tixrid fuq siti web ta' inizjattivi u l-aħjar prattika marbuta ma' azzjonijiet ta' eGovernment fil-livell ta' Stat Membru, Komunità u internazzjonali;

    (ċ) promozzjoni tat-tixrid ta' l-aħjar prattika fl-użu ta' e.g. software b'sors miftuħ minn amministrazzjonijiet pubbliċi.

    --------------------------------------------------

    Top