This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0232
2004/232/EC: Commission Decision of 3 March 2004 amending Regulation (EC) No 2037/2000 of the European Parliament and of the Council with regard to the use of halon 2402 (notified under document number C(2004) 639)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2004 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' halon 2402 (notifikata bid-dokument numru K(2004) 639)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2004 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' halon 2402 (notifikata bid-dokument numru K(2004) 639)
ĠU L 71, 10.3.2004, p. 28–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000R2037 | Emenda | anness 7 | 03/03/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R1005 | 01/01/2010 |
Official Journal L 071 , 10/03/2004 P. 0028 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2004 li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' halon 2402 (notifikata bid-dokument numru K(2004) 639) (2004/232/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jifsdu s-saff ta' l-ozon [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4)(iv) tiegħu, Billi: (1) Il-Kummissjoni, matul il-korsa tar-reviżjoni prevvista fl-Artikolu 4(4)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, u wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri, rappreżentanti tal-gvern ta' l-Istati li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 u persuni li għandhom interess, waslet għal dawn l-iskoperti li ġejjin dwar l-użu ta' halon 2402. (2) Il-manifattura ta' halon 2402 fil-pajjiżi żviluppati waqfet fl-1 ta' Jannar 1994 meta l-partijiet tal-Protokoll ta' Montreal ftehmu li jwaqqfu l-produzzjoni fil-pajjiżi żviluppati. Minn dak iż-żmien, kwalunkwe halon 2402 kellu jinkiseb minn faċilitajiet ta' ħażniet speċjalizzati li kienu żammew l-halon wara li floku kienu qed jiġu użati xi alternattivi. (3) L-Halon 2402 għandu firxa kbira t'applikazzjonijiet fl-Istati li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 għat-trażżin ta' ħruq u splużjonijiet fis-setturi militari u dawk li mhux militari fejn hu użat, per eżempju, f'faċilitajiet nikleari kif ukoll fi trasport ta' l-art, bil-baħar u bl-ajru. (4) Il-bdil ta' apparat ta' kontra n-nar magħmul mill-alon baġenti alternattivi ta' protezzjoni kontra l-ħruq għandha tagħti każ kemm wieħed jista'jagħmel użu minn alternattivi jew teknoloġiċi tekniċi u ekonomikament vijabbli li huma aċċettabbli meta wieħed iqis l-ambjent u s-saħħa. Attivitajiet ta' tiswija biex jiġi mwaħħal apparat għall-protezzjoni kontra l-ħruq u l-ispluzzjonijiet fl-applikazzjonijiet militari li ma jiddependiex għandhom ikunu skedati b'tali mod li jiġu evitati kompromessi inaċċettabbli fil-kapaċita difensiva ta' l-Istati li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea. Ħafna drabi ikun hemm bżonn konsiderazzjonijiet speċjali ta' baġit u perjodu ta' żmien biex minflokk jibdew jintużaw xi alternattivi biex jaddottaw aġenti alternattivi ta' protezzjoni li jaħdmu mingħajr ħsara u effettivament. (5) L-Artikolu 4(4)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jitlob li l-halon imwaħħal f'apparat li mhux imsejjaħ bħala użu kruċjali fl-Anness VII għandu jkun dekommissjonat sal-31 ta' Diċembru 2003 u l-halon rkuprat bi qbil ma' l-Artikolu 16. Sabiex jikkwalifika għall-eżentazzjoni ta' użu kruċjali li tħalli l-użu kontinwu ta' l-alon 2402 fil-pajjiżi li se jidħlu fl-Unjoni Ewropea wara dik id-data, l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu jiġi emendat biex iħallu dan l-aġent tat-teffejja tal-ħruq biex jiġi użat għal firxa t'applikazzjonijiet. (6) Ir-regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. (7) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 hu emendat kif imfassal fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Marzu 2004. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 (ĠU L 265, tas-16.10.2003, p. 1). -------------------------------------------------- L-ANNESS Fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, jiżdied dan li ġej: "L-użu ta' halon 2402 fiċ-Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, fl-Ungerija, fil-Latvja, fil-Lituwanja, f'Malta, fil-Polonja, fl-Islovakkja u fl-Islovenja biss: - fl-inġenji ta' l-ajru għall-protezzjoni tal-kumpartimenti ta' l-ekwipaġġ, il-kisja ta' barra tal-makni, kompartamenti fejn jinħattu u jitgħabbew l-merkanzija u komportamenti fejn ma ssirx tgħabija u karburanti tank inerting, - f'vettur ta' l-art militari u bastimenti tal-baħar għall-protezzjoni ta' spazji meħudha minn kumpartimenti tal-persunnal u tal-makni, - fl-għamil inert ta' spazji okkupati fejn jista' jinħareġ likwidu li jaqbad u/jew xi gass fis-setturi militari u taż-żejt, tal-gass u petrokemikali, u f'vapuri ta' tagħbija eżistenti, - fl-għamil inert ta' komunikazzjonijiet mgħammra b'ekwipaġġ u ċentri ta' kontroll eżistenti tal-forzi armati jew oħrajn, essenzali għas-sigurtà nazzjonali, - fl-għamil inert ta' spazji fejn hemm riskju ta' tixrid ta' materja ta' radjoattività, - fit-teffejja tal-ħruq miħmuma bl-idejn u tagħmir ta' stuta fiss għall-makni għall-użu fuq l-inġenji ta' l-ajru, - fit-teffejja tal-ħruq essenzali għas-sigurtà personali użati biex jibda jintefa' l-ħruq mill-brigadieri tan-nar, - fit-teffejja tal-ħruq militari u tal-pulizija għall-użu fuq in-nies." --------------------------------------------------