Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0626

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 626/2003 tat-3 ta' April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2377/2002 li jagħmel disposizzjonijiet rigward l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa Komunitarja għax-xgħir għall-birra minn terzi pajjizi u li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92.

ĠU L 90, 8.4.2003, p. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/626/oj

32003R0626



Official Journal L 090 , 08/04/2003 P. 0032 - 0033


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 626/2003

tat-3 ta' April 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2377/2002 li jagħmel disposizzjonijiet rigward l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa Komunitarja għax-xgħir għall-birra minn terzi pajjizi u li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-tletin ta' Gunju 1992 li jirrigwarda l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1] skond kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-19 ta' Diċembru 2002 li rigward il-finalizzazzjoni ta' ftehim permezz ta' skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, bl-għan li jkunu modifikai konċessjonijiet li jirrigwardaw iċ-ċereali msemmija fl-iskeda CXL annessa mal-Ftehim Generali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-19 ta' Diċembru 2002 dwar il-finalizzazzjoni tal-ftehim permezz ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Generali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, bl-għan li jkunu modifikati l-konċessjonijiet li jirrigwardaw iċ-ċereali msemmija fl-iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2377/2002 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 159/2003 [6] jipprovdi għall-qwota ta' tariffa għall-importazzjoni ta' 50000 tunnellata metrika ta' xgħir għall-birra li jaqa' taħt il-Kodiċi HS 100300. L-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament, li dwar il-garanziji, jagħti l-fakoltà lill-operaturi li jevitaw it-telf tal-garanzija kull meta l-importaturi jkunu jistgħu jipproduċu liċenza ġdida ta' l-importazzjoni li taqa' taħt il-kwota tax-xgħir amministrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2376/2002 [7], kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 539/2003 [8].

(2) Peress illi possibbiltà bħal din tqajjem diversi diffikultajiet prattiċi fid-dwana u toħloq opportunitajiet għall-usu mhux f'loku tal-kwota ta' tariffa in kwistjoni, huwa xieraq li din id-disposizzjoni tiġi abolita.

(3) Biex jissolvew id-diffikultajiet prattiċi fit-trattament doganali l-importazzjonijiet tax-xgħir għall-birra fil-kazijiet fejn iċ-ċertifikati ta' konformità huma pprovduti, huwa neċessarju li jiġu emendati id-disposizzjonijiet ta' dak ir-Regolament rigward il-proċedura ta' ċertifikazzjoni għax-xgħir għall-birra.

(4) Fil-qafas tal-kwota tat-tariffa komuni ghall-qamh u x-xghir, huwa importanti li jigu armonizzati id-dati ta' l-applikazzjoni fl-Istati Membri kollha ghal dak li jirrigwarda il-festi nazzjonali. L-istess disposizzjonijiet ghandhom japplikaw ukoll ghall-kwota tat-tariffa ghax-xghir ghall-birra.

(5) Ir-Regolament (KE) għandu jiġi emendat skond hekk.

(6) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Cereali

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2377/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 7(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Fejn il-kriterji ta' kwalità u/jew il-kondizzjonijiet relatati ma' l-iproċċessar kif stabbilit fl-Artikoli (5) u (6) ta' dan ir-Regolament ma' jkunux mħarsa, il-garanzija tal-licenzi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 u l-garanzija addizzjonali msemmija fl-Artikolu 6(2)(b) ta' dan ir-Regolament tintilef"

2. fl-ahhar sentenza ta' l-Artikolu, 8 il-kliem "u firem" huma mħassra.

3. fl-Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Mhux aktar tard mis-18:00, ħin ta' Brussel, fil-ġurnata li jiddaħħlu l-applikazzjonijiet għall-liċenzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni permezz ta' fax avviż skond il-mudell stabbilit fl-Anness II, u l-kwantità totali li tirriżulta mit-total tal-kwantitajiet totali indikati fl-applikazzjonijiet għall-liċenza ta' l-importazzjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Gurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' April 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

[3] Għadu mhux pubblikat fil-Gurnal Uffiċjali.

[4] Għadu mhux pubblikat fil-Gurnal Uffiċjali.

[5] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 95.

[6] ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 37.

[7] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 92.

[8] ĠU L 80, tas-27.3.2003, p. 21.

--------------------------------------------------

Top