Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0865

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2003 li twaqqaf l-arranġamenti ta’ esperimenti u testijiet kumparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta’ tixrid li jġib l-isem ta’ Pelargonium l’Hérit. u Hosta Tratt., Euphorbia pulcherrima Willd. ex Klotzsch and Rosa L. taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4626)

    ĠU L 325, 12.12.2003, p. 62–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/865/oj

    32003D0865



    Official Journal L 325 , 12/12/2003 P. 0062 - 0064


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-11 ta’ Diċembru 2003

    li twaqqaf l-arranġamenti ta’ esperimenti u testijiet kumparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta’ tixrid li jġib l-isem ta’ Pelargonium l’Hérit. u Hosta Tratt., Euphorbia pulcherrima Willd. ex Klotzsch and Rosa L. taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE

    (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4626)

    (2003/865/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 fuq it-tpoġġija fis-suq ta’ materjal ta’ tixrid ta’ pjanti li jżejnu [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/61/KE [2], u l-aktar l-Artikolu 14(4), (5) u (6) tiegħu,

    Billi:

    (1) D-Direttiva 98/56/KE tipprovdi għall-arranġamenti meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel esperimenti u testijiet kumparattivi tal-Komunità fuq il-materjal ta’ tixrid.

    (2) L-arranġamenti tekniċi biex isiru l-esperimenti u t-testijiet tħejjew fi ħdan il-Kumitat Permanenti għall-Materjal ta’ Tixrid ta’ Pjanti li Jżejnu.

    (3) Kienet ġiet ippubblikata sejħa għall-proġetti (2003/K 159/08) [3] biex isiru dawn l-esperimenti u t-testijiet imsemmija fuq.

    (4) Il-proposti ġew valutati skond il-kriterji ta’ l-għażla u l-għoti stabbiliti fis-sejħa t’hawn fuq għall-proġetti. Għandhom jitwaqqfu l-proġetti, l-entitajiet responsabbli mit-twettiq ta’ l-esperimenti u t-testijiet u l-ispejjeż eliġibbli, kif ukoll l-għajnuna finanzjarja massima tal-Komunità li tkun tikkorrispondi għal 80 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.

    (5) L-esperimenti u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità għandhom isiru bejn is-snin 2004 u 2005 fuq materjal ta’ tixrid li jkun inħasad fl-2003, waqt li d-dettalji ta’ dawn l-esperimenti u t-testijiet, l-ispejjeż eliġibbli, kif ukoll l-għajnuna finanzjarja massima tal-Komunità għandhom ikunu stabbiliti kull sena bi ftehim iffirmat mill-uffiċjal tal-Kummissjoni li jawtorizza u mill-entità responsabbli mit-twettiq ta’ l-esperimenti.

    (6) Għall-esperimenti u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità li jdumu aktar minn sena, il-partijiet ta’ l-esperimenti u t-testijiet li jiġu wara l-ewwel sena għandhom ikunu awtorizzati mill-Kummissjoni mingħajr referenza oħra lejn il-Kumitat Permanenti għall-Materjal ta’ Tixrid ta’ Pjanti li Jżejnu, fuq kondizzjoni li l-approprjazzjonijiet meħtieġa jkunu disponibbli.

    (7) Għandha tkun żgurata r-rappreżentanza tajba tal-kampjuni li se jintużaw fl-esperimenti u t-testijiet, għall-inqas għal ċerti pjanti magħżula.

    (8) L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem fl-esperimenti u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità, sakemm il-materjal tat-tixrid tal-pjanti kkonċernati s-soltu jkun riprodotti jew imqiegħed fis-suq fit-territorji tagħhom stess, biex dawn jiżguraw li minn dawn l-esperimenti huma jkunu jistgħu jiġbdu l-konklużjonijiet tagħom.

    (9) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Materjal ta’ Tixrid ta’ Pjanti li Jżejnu,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L- Artikolu 1

    L-esperimenti u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità għandhom isiru bejn is-snin 2004 u 2005 fuq materjal ta’ tixrid tal-pjanti li hemm imniżżla fl-Anness.

    L-ispejjeż eliġibbli kif ukoll l-għajnuna finanzjarja massima tal-Komunità għall-esperimenti u t-testijiet għas-sena 2004 għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness.

    Id-dettalji fuq l-esperimenti u t-testijiet qed jitwaqqfu fl-Anness.

    L- Artikolu 2

    Sakemm il-materjal ta’ tixrid u ż-żerriegħa tal-pjanti msemmija fl-Anness jkunu s-soltu riprodotti jew imqiegħeda fis-suq fit-territorji tagħhom stess, l-Istati Membri għandhom jieħdu kampjuni ta’ dan il-materjal u jagħmluh disponibbli lill-Kummissjoni.

    L- Artikolu 3

    Jekk l-estimi jkunu disponibbli, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li fl-2005 din tkompli l-esperimenti u t-testijiet stabbiliti fl-Anness.

    L-għajnuna finanzjarja massima tal-Komunità, li tikkorrispondi għal 80 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ esperiment jew test li jitkompla fuq din il-bażi, m’għandhiex tkun aktar mill-ammont muri fl-Anness.

    L- Artikolu 4

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 226, tat-13.08.98, p. 16.

    [2] ĠU L 165, tat-3.07.03, p. 23.

    [3] ĠU C 159, tat-8.07.03, p. 19.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-esperimenti u t-testijiet li għandhom isiru fl-2004

    Speċi | L-entità responsabbli | Il-kondizzjonijiet li dwarhom għandha ssir valutazzjoni | Numru ta' kampjuni | L-ispejjeż eliġibbli (Ewro) | L-għajnuna finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli) |

    Perenni (Pelargonium l'Hérit. u Hosta Tratt.) | Naktuinbouw Roelofar-endsveen (NL) | Is-saħħa tal-pjanta | 50 + 50 | 43 367 | 34 694 |

    Euphorbia pulcherrima Willd. | Naktuinbouw Roelofar-endsveen (NL) | Is-saħħa tal-pjanta | 60 | 47 208 | 37 766 |

    Rosa L. (ward tal-ġnien) | BSA Bundessortenamt | Is-saħħa tal-pjanta | 80 | 17 982 | 14 386 |

    L-Għajnuna Finanzjarja Totali tal-Komunità | 86 846 |

    L-esperimenti u t-testijiet li għandhom isiru fl-2005

    Speċi | Entità Responsabbli | Il-Kondizzjonijiet li dwarhom trid issir valutazzjoni | Numru ta' kampjuni | Spejjeż eliġibbli (Ewro) | L-Għajnuna finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli) |

    Perenni ( Tratt.) | Naktuinbouw Roelofar-endsveen (NL) | Is-saħħa tal-pjantab'identitàu puritàdifferenti(fl-għalqa) is-saħħa tal-pjanta (fil-laboratorju) | 50 | 15 189 | 12 151 |

    L-Għajnuna Finanzjarja Totali tal-Komunità | 12 151 |

    --------------------------------------------------

    Top