Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0862

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2003 li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni 2003/861/KE dwar l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigward ta' muniti foloz ta' l-euro f'dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom

    ĠU L 325, 12.12.2003, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/862/oj

    32003D0862



    Official Journal L 325 , 12/12/2003 P. 0045 - 0045


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-8 ta' Diċembru 2003

    li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni 2003/861/KE dwar l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigward ta' muniti foloz ta' l-euro f'dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom (2003/862/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2003/861/KE dwar l-analiżi l-koperazzjoni fir-rigward ta' muniti foloz tal-euro il-Kunsill ipprovda li għandha tkun applikabbli f'dawk l-Istati Membri li adottaw il-euro bħala l-munita unika tagħhom.

    (2) Huwa importanti li l-euro għandu jgawdi l-istess livell ta' protezzjoni f'dawk l-Istati Membri li ma adottawhiex u għandhom jittieħdu d-disposizzjonijiet meħtieġa għal dak il-għan,

    ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE dwar l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigward ta' muniti tal-euro ffalsifikati għandha tiġi estiża għal dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. Frattini

    [1] Opinjoni mogħtija fit-18 ta' Novembru 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    --------------------------------------------------

    Top