Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0844

    Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni tat-23 ta' Ottubru ta' l-2002 li temenda d-Direttiva 2001/14/KE fir-rigward tad-data għat-tibdil ta' l-iskeda tax-xogħol għat-trasport bil-ferrovija (in notifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 3997)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 289, 26.10.2002, p. 30–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/06/2015; Imħassar b' 32012L0034

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/844/oj

    32002D0844



    Official Journal L 289 , 26/10/2002 P. 0030 - 0030


    Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni

    tat-23 ta' Ottubru ta' l-2002

    li temenda d-Direttiva 2001/14/KE fir-rigward tad-data għat-tibdil ta' l-iskeda tax-xogħol għat-trasport bil-ferrovija

    (in notifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 3997)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/844/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar ta' l-2001 dwar l-allokazzjoni ta' l-infrastruttura tal-kapaċità ta' binarji tal-ferrovija u l-imposta ta' piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura ta' binarji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 34(3) tagħha,

    Billi:

    (1) L-Anness III tad-Direttiva 2001/14/KE jistabbilixxi l-iskeda għall-proċess ta' l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u jistipula li bidliet fl-iskeda tax-xogħol għandhom iseħħu kull sena f'nofs il-lejl fl-aħħar Sibt f'Mejju.

    (2) Għal raġunijiet ta' operazzjoni kummerċjali, amministraturi ta' l-infrastruttura u kumpanniji tal-ferrovija qegħdin jipproponu li d-data għal bidliet għall-iskeda tax-xogħol jiġu spustjati għal Diċembru ta' kull sena.

    (3) L-Anness III għad-Direttiva 2001/14/KE għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

    (4) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma in konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond id-Direttiva 2001/14/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Paragrafu 2 ta' l-anness III għad-Direttiva 2001/14/KE huwa hawnhewkk issostitwit b'li ġej:

    "2. Il-bidla ta' l-iskeda tax-xogħol għandha sseħħ f'nofs il-lejl fit-tieni Sibt f'Diċembru. Meta bidla jew aġġustament jitwettqu wara x-xitwa, b'mod partikolari sabiex jittieħed kont, meta approprjat, tal-bidliet fi skedi ta' traffiku ta' passiġġieri reġjonali, għandhom isseħħu f'nofs il-lejl fit-tieni Sibt f'Ġunju u f'dawn l-intervalli l-oħrajn bejn dawn id-dati kif meħtieġ. Amministraturi ta' l-infrastruttura jistgħu jiftiehmu fuq dati differenti u f'dan il-każ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk traffiku internazzjonali jista' jiġi effettwat."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata għall-iskeda ta' l-2003, li tibda fl-14 ta' Diċembru ta' l-2002. Minħabba s-sistema speċifika regolatorja fl-Ingilterra r-Renju Unit jista' japplikaha mill-iskema ta' l-2004, li tibda f'Diċembru ta' l-2003, sakemm id-disposizzjonijiet l-oħrajn tad-Direttiva, u b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kooperazzjoni internazzjonali, mhumiex affettwati.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-23 ta' Ottubru ta' l-2002.

    Għall-Kumissjoni

    Loyola De Palacio

    Viċi-President

    [1] ĠU L 75, tal-15.3.2001, p.29.

    --------------------------------------------------

    Top