Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0039

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa ta' l-annimali applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju fi u fl-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestici ta' l-ispeċje tal-majjali (innotifikat permezz tad-dokument C(1999) 4507)Test b'relevanza ŻEE

    ĠU L 13, 19.1.2000, p. 21–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/39(1)/oj

    32000D0039



    Official Journal L 013 , 19/01/2000 P. 0021 - 0021


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-16 ta' Diċembru 1999

    li temenda l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar is-saħħa ta' l-annimali applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju fi u fl-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestici ta' l-ispeċje tal-majjali

    (innotifikat permezz tad-dokument C(1999) 4507)

    (Test b'relevanza ŻEE)

    (2000/39/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju fi u fl-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali [1] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/608/KE [2], u partikolarment, l-Artikolu 17 tagħha,

    Billi:

    (1) fil-każ tal-marda Aujeszkys, perjodu ta' 30 jum wara t-twettiq tat-tindif u d-disinfettazzjoni ta' qasam, b'segwiment ta' l-eliminazzjoni ta' konsenja ssuspettata, ikun meqjus bħala mingħajr periklu;

    (2) l-Anness B(I)(4)(b) tad-Direttiva 90/429/KEE għandu għalhekk ikun emendat;

    (3) il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness B(I)(4) tad-Direttiva 90/429/KEE, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

    "l-ebda xhieda klinika, patoloġika jew seroloġika tal-marda Aujeszkys ma tkun ġiet irreġistrata ma' tul l-aħħar 30 jum."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 62.

    [2] ĠU L 242, ta’ l-14.9.1999, pġ. 20.

    --------------------------------------------------

    Top