Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2719

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2719/1999 tal-20 ta’ Diċembru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jipprovdi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti pprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94

ĠU L 327, 21.12.1999, p. 48–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1385

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2719/oj

31999R2719



Official Journal L 327 , 21/12/1999 P. 0048 - 0048


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2719/1999

tal-20 ta’ Diċembru 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1431/94 li jipprovdi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti pprovvduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 tad-29 ta’ Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi tan-nuħħala, il-frak iebes tal-qamħ u fdalijiet oħra [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 [4] u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 [5] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1514/97 [6], jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati, fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-arranġamenti dwar l-importazzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament (KE) Nru 774/94.

(2) Sabiex jiġi żgurat il-kontroll aħjar fuq l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi, irid jiġi mitlub kuntratt tal-provvista meta tiġi ddepożitata applikazzjoni għal-liċenjza.

(3) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni tal-laħam tat-tjur u tal-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1431/94:

"1a. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jridu jkunu akkumpanjati b’kuntratt tal-provvista li jispeċifika illi provvisti tat-tjur huma disponibbli sabiex jiġu kkunsinnati lill-Kommunità Ewropea matul il-perjodu taż-żmien tal-kwoti mill-oriġni mitluba u sal-kwantitajiet tal-kwota li għalihom tkun saret applikazzjoni.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-prodotti fil-gruppi 1, 2 u 4 u l-perjodu taż-żmien tal-kwota għandu jkun dak il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 91, tal-5.8.1978, p. 1.

[2] ĠU L 221, tal-5.8.1978, p. 4.

[3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.

[4] ĠU L 305, tat-13.6.1989, p. 49.

[5] ĠU L 156, tal-5.8.1978, p. 9.

[6] ĠU L 204, tal-5.8.1978, p. 16.

--------------------------------------------------

Top