EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1727

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1727/1999 tat-28 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2158/92 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità minn nar

ĠU L 203, 3.8.1999, p. 41–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2006; Imħassar b' 32006R1737

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1727/oj

31999R1727



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0041 - 0052


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1727/1999

tat-28 ta’ Lulju 1999

li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2158/92 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità minn nar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2158/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità minn nar [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 308/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

(1) Billi r-Regolament (KEE) Nru 2158/92 jipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri sabiex tittejjeb il-protezzjoni ta’ foresti minn nar;

(2) Billi l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-finanzjament mill-Komunità għandu jingħata primarjament għal programmi ta’ protezzjoni min-nar fil-foresti kif ippreżentati mill-Istati Membri;

(3) Billi, fl-interessi ta’ l-effettività u sabiex proċeduri fuq livelli nazzjonali u tal-Komunità jkunu simplifikati u razzjonalizzati, l-miżuri varji li għalihom tkun mitluba l-għajnuna tal-Komunità għandhom jinġiebu flimkien fi pjan nazzjonali annwali ta’ kull Stat Membru;

(4) Billi għandhom ikunu adottati regoli dettaljati dwar kif l-applikazzjonijiet għal għajnuna skond il-programmi nazzjonali li għandhom ikunu ppreżentati u l-informazzjoni li għandu jkun fihom sabiex jitħaffef l-eżami tagħhom;

(5) Billi għandha tkun introdotta sistema ta’ ħlasijiet bil-quddiem ta’ l-għajnuna tal-Komunità sabiex tgħin Stati Membri fl-amministrazzjoni finanzjarja xierqa tal-programm nazzjonali;

(6) Billi l-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għall-ħlas bil-quddiem jew ta’ bilanċi skond programmi nazzjonali għandu jkun fihom ċerta nformazzjoni sabiex tgħin fl-istabbelimentta’ regolarità fl-nfieq.

(7) Billi l-Kummissjoni għandha tkun infurmata li l-miżuri qed ikunu mplimentati bi qbil mal-kondizzjonijiet u fil-limitu ta’ żmien preskritt fid-deċiżjoni ta’ għotja ta’ għajnuna;

(8) Billi Stati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jassiguraw li qed jitwettqu kontrolli effettivi dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri skond il-programm nazzjonali;

(9) Billi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2158/92 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessifinanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [3] jeħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw l-effetività u n-natura regolari tal-ħidmiet iffinanzjati mill-Komunità u li jirkupraw is-somom mitlufa b’riżultat ta’ l-irregolaritajiet jew ta’ negliġenza; billi tali somom jirrapreżentaw spiża mhux ġustifikata mill-fondi tal-Komunità u għalhekk għandhom jintraddu lura lill-Komunità;

(10) Billi, jekk il-kontrolli tal-Kummissjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2158/92 jikxfu irregularità, l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità li jfisser l-opinjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni osservata; billi, fejn tkun ikkonfermata l-irregolarità u s-somom konċernati jirrapreżentaw spiża mhux ġustifikata mill-finanzi tal-Komunità, għandhom ikunu mrodda lura lill-Komunità;

(11) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1170/93 [4] kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1460/98 [5], għandu għalhekk ikun revokat;

(12) Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Foresterija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-programmi li għalihom hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2158/92 għandhom ikunu stabbiliti għal kull sena f’livell nazzjonali. Programmi nazzjonali għandhom ikopru l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna ippreżentati skond l-Artikolu 4 msemmi qabel. Għandu jkun fihom l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti murija fl-Anness I għal dan ir-Regolament u jgħaqqdu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jgħaddu l-programmi tagħhom lill-Kummissjoni f’kopji dupplikati, bil-mod kif muri fl-Anness I.

2. Il-programmi nazzjonali kif referuti fil-paragarfu 1 għandhom jaħdmu għal mhux aktar minn tlett snin mid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2158/92. Ma għandhomx ikunu mtawwla.

Artikolu 2

Programmi kif referuti fl-Artikolu 1 għandhom jinkludu:

(a) skeda ta’ dokumenti rilevanti li għandhom ikunu pprovduti minn dawk li jibbenefikaw;"dokumenti rilevanti" tfisser kull dokument stabbilit bi qbil mal-liġijiet jew mar-regolamenti tal-Istat Membru kkonċernat, jew ma’ miżuri adottati mill-awtorità kompetenti, li jipprovdu evidenza li l-kondizzjonijiet mehmuża ma’ kull applikazzjoni ndividwali ikunu ġew sodisfatti. L-iskeda għandha tagħti t-terminu applikat għal kull dokument u d-dispożizzjonijiet jew il-miżuri li taħthom hi stabbilita u deskrizzjoni qasira tal-kontenut ta’ tali dokumenti;

(b) abbozzi tal-formuli li fuqhom dawk li jibbenefikaw għandhom idaħħlu applikazzjonijiet tagħhom għal ħlas.Tali formuli għandhom mill-inqas jinkludu sommarju ta’ l-infieq li jkun sar u l-lista komparattiva li tagħti deskrizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-miżuri li għalihom hemm provvediment u dawk implimentati;

(ċ) deskrizzjoni tal-metodi tal-kontroll u ta’ l-amministrazzjoni stabbiliti sabiex jasiguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri skond il-programm, bi qbil ma’ l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2158/92.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll aġġornament sussegwenti tad-dokumentazzjoni referut fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 3

1. Awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw għal ħlas bil-quddiem sa 30 % ta’ l-għajnuna tal-Komunità għall-programm nazzjonali sa mhux aktar kmieni mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara d-data tan-notifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw għat-tieni ħlas bil-quddiem ta’ mhux aktar minn 30 % ladarba jkunu taw prova li 60 % ta’ l-ewwel ħlas bil-quddiem għall-istess programm ikun ġie użat. It-tieni ħlas bil-quddiem jista’ jkun miżjud sa 50 % jekk 90 % ta’ l-ewwel ħlas bil-quddiem ikun intefaq.

3. Il-bilanċ għandu jitħallas wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet u approvat ir-rapport finali, dikjarazzjoni finanzjarja definittiva u l-applikazzjoni li titlob ħlas finali għall-programm nazzjonali.

Artikolu 4

1. Mill-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara d-data tan-notifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu sitt dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar tal-ħlasijiet magħmula lill-dawk li jibbenefikaw bi qbil ma’ l-Anness II, u akkompanjati b’dikjarazzjoni li tiddeskrivi f’hiex ikun wasal ix-xogħol.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu applikazzjonijiet għal ħlasijiet bil-quddiem u l-bilanċi għall-programm nazzjonali tal-Kummissjoni, f’kopji iddupplikati, bi qbil ma’ l-Anness III.

Artikolu 5

1. Jekk Stat Membru jirkupra kwalunkwe ammonti mitlufa permezz ta’ l-irregolaritajiet jew ta’ negliġenza, għandu jroddhom lura lill-Komunità.

2. Jekk il-Kummissjoni, fi żmien erba’ snin mill-ħlas tal-bilanċ, tinnota kwalunkwe irregolarità f’ħidma finanzjata mill-Komunità meta l-ammont ikkonċernat ma jkunx ġie mrodd lura lill-Komunità skond il-paragrafu 1, hi għandha tavża lill-Istat Membru biha u tagħtih opportunità li jikkummenta.

3. Jekk, wara li tkun ġiet eżaminata s-sitwazzjoni u kkunsidrati kwalunkwe kummenti mill-Istat Membru; l-Kummissjoni tikkonferma l-irregolarità, l-Istat Membru għandu jrodd lura l-ammonti konċernati.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KEE) Nru 1170/93 huwa hawnhekk imħassar.

B’dana kollu, għandu jibqa japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna mdaħħla qabel l-1 ta’ Novembru 1998.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 217, tal-31.7.1992, p. 3.

[2] ĠU L 51, tal-21.2.1997, p. 11.

[3] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[4] ĠU L 118, ta’ l-14.05.1993, p. 23.

[5] ĠU L 193, tad-9.07.1998, p. 20.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Rimarki tal-bidu

Applikazzjonijiet għal ħlas bil-quddiem u ħlas, sitt dikjarazzjonijiet ta’ ħlas ta’ kull xahar u rapporti dwar il-progress tax-xogħol għandhom jiddaħħlu f’żewġ kopji għand:

European Commission

Directorate-General for Agriculture

Unit VI FII 2

Rue de la Loi/Wetstraat 200,B-1049

Brussels

Sitt dikjarazzjonijiet ta’ ħlas ta’ kull xahar magħmula lill-dawk li jibbenefikaw

Uża l-formola fit-Tabella 1.

Stat ta’ progress tax-xogħol

Uża l-formola fit-Tabella 2.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top