This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0046
Commission Directive 1999/46/EC of 21 May 1999 amending Council Directive 93/16/EEC to facilitate the free movement of doctors and the mutual recognition of their diplomas, certificates and other evidence of formal qualifications (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 1999/46/KE tal-21 ta’ Mejju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali (Test b’relevanza għaz-ZEE)
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 1999/46/KE tal-21 ta’ Mejju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali (Test b’relevanza għaz-ZEE)
ĠU L 139, 2.6.1999, p. 25–26
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993L0016 | Tlestija | artikolu 7.2 | 22/06/1999 | |
Modifies | 31993L0016 | Tlestija | artikolu 26 | 22/06/1999 | |
Modifies | 31993L0016 | Emenda | artikolu 27 | 22/06/1999 | |
Modifies | 31993L0016 | Tlestija | artikolu 5.3 | 22/06/1999 |
Official Journal L 139 , 02/06/1999 P. 0025 - 0026
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 1999/46/KE tal-21 ta’ Mejju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u provi oħra ta’ kwalifiki formali (Test b’relevanza għaz-ZEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 40, l-Artikolu 47(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenzi, u l-Artikolu 55 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi oħra ta’ kwalifiki formali [1], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/63/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 44a tagħha, (1) Billi l-Italja għamlet talba rraġunata biex jiġu emendati it-titoli tal-mediċina tal-ġinekologija-ostetrika, l-oftalmologija u l-mediċina respiratorja għal dak l-Istat Membru fil-lista tal-mediċina speċjalizzata komuni għall-Istati Membri kollha, u biex jiġu emendati it-titoli tal-bioloġija klinika, il-mikrobioloġija-bakterioloġika, il-kirurġija plastika, il-gastro-enteroloġija, l-endokrinoloġija u l-fisioterapija għal dak l-Istat Membru fil-lista ta’ mediċina speċjalizzata partikulari għal żewġ Stati Membri jew aktar; (2) Billi l-Italja għamlet talba rraġunata biex jiġu nklużi t-titoli tal-kimika bioloġika, ir-radioloġija djagnostika, r-radioterapija u l-ġerjatrika għal dak l-Istat Membru fil-lista ta’ mediċina speċjalizzata partikulari għal żewġ Stati Membri jew aktar: Billi, rigward ir-radioloġija diagnostika u r-radioterapija, il-lista ta’ mediċina speċjalizzata komuni għall-Istati Membri kollha għandha għalhekk tiġi emendata; (3) Billi Spanja u l-Italja għamlu talba rraġunata biex tiġi inkluża l-mediċina komunitarja għal dawn l-Istati Membri fil-lista ta’ mediċina speċjalizzata karatteristika għal żewġ Stati Membri jew aktar; (4) Billi l-miżuri pprovduti b’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Uffiċjali Għolja dwar is-Saħħa Pubblika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 75/365/KEE [3]. ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 93/16/KEE huwa emendata kif ġej: (a) taħt "ġinekoloġija-ostetrika" it-titolu "ostetricia e ginecologia" li jidhru faċċata ta’ "l-Italja" jinbidel bit-titolu "ginecologia e ostetrica", (b) taħt "oftalmoloġija", it-titolu "oculistica" li tidher faċċata ta’ "l-Italja" jinbidel bit-titolu "oftalmologia", (ċ) taħt "mediċina respiratorja", it-titolu "tisiologia e malattie dell’apparato respiratorio" li jidhru faċċata "l-Italja" jinbidel bit-titolu "malattie dell’apparato respiratorio", (d) iż-żewġ punti li ġejjin huma miżjuda: "— radioloġija diagnostika Il-Belġju: | radiodiagnosticröntgendiagnose, | Il-Danimarka: | diagnostisk radiologi eller røntgenundersøgelse, | Il-Ġermanja: | Radiologische Diagnostik, | Il-Greċja: | ακτινοδιαγνωστική, | Spanja: | radiodiagnóstico, | Franza: | radiodiagnostic et imagerie médicale, | L-Irlanda: | diagnostic radiology, | l-Italja: | radiodiagnostica, | Il-Lussemburgu: | radiodiagnostic, | L-Olanda: | radiodiagnostiek, | L-Awstrija: | Medizinische Radiologie-Diagnostik, | Il-Portugall: | radiodiagnóstico, | Il-Finlandja: | radiologiaradiologi, | L-Isveżja: | medicinsk radiologi, | Ir-Renju Unit: | diagnostic radiology, | — Radioterapija Il-Belġju: | radio- et radiumthérapierado- en radiumtherapie, | Id-Danimarka: | terapeutisk radiologi eller strälebehandling, | Il-Ġermanja: | Strahlentherapie, | Il-Greċja: | ακτινοθεραπευτική, | Spanja: | oncologia radioterápica, | Franza: | oncologie, option radiothérapie, | L-Irlanda: | radiotherapy, | L-Italja: | radioterapia, | Il-Lussemburgu: | radiothérapie, | L-Olanda: | radiotherapie, | L-Awstrija: | Strahlentherapie-Radioonkologie, | Il-Portugall: | radiotherapy radiodiagnóstico, | Il-Finlandja: | syöpätaudit ja sädehoito-; cancersjukdomar och radioterapi, | L-Isvezja: | onkology, | Ir-Renju Unit: | radiotherapy." | L-Artikolu 2 L-Artikolu 7(2), tad-Direttiva 93/16/KEE huwa mmodifikat kif ġej: (a) taħt "bioloġija klinika", it-titolu "patologia diagnostica di laboratorio" li tidher faċċata ta’ "l-Italja" jinbidel bit-titolu "patologia clinica", (b) taħt "mikrobioloġija bakterioloġika", it-titolu "microbiologia" li tidher faċċata ta’ "L-Italja" jinbidel bit-titolu "microbiologia e virologia", (ċ) taħt "kimika bioloġika" , dan li ġej huwa miżjud: "L-Italja: | biochimica clinica". | (d) taħt "kirurġija plastika", it-titolu "chirurgia plastica" li tidher faċċata ta’ "L-Italja" jinbidel bit-titolu "chirurgia plastica e ricostruttiva", (e) taħt "gastro-enteroloġija", it-titolu "malattie dell’apparato digerente, della nutrizione e del ricambio" li tidher faċċata ta’ "L-Italja" tinbidel bid-deskrizzjoni "gastroenterologia"; (f) taħt "endokrinoloġija", it-titolu "endocrinologia" li tidher faċċata ta’ "L-Italja" tinbidel bit-titolu "endocrionologia e malattie del ricambio"; (g) taħt "fisioterapija" id-deskrizzjoni "fisioterapia" li tidher faċċata ta’ "l-Italja" tinbidel bid- deskrizzjoni "medicina fisica e riabilitazione"; (h) taħt "geniatrika" , dan li ġej huwa miżjud: "L-Italja: | geriatria’"; | (i) taħt "mediċina komunitarja" , dan li ġej huwa miżjud: "Spanja: | medicina preventiva y salud pública | L-Italja: | igiene e medicina sociale". | (j) it-termini "radioloġija diagnostika" u "radioterapija" huma mħassra. L-Artikolu 3 Dawn li ġejjin huma miżjuda mat-tieni grupp (erba’ snin) fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 93/16/KEE: "— radjoloġija diagnostika — radioterapija’" . L-Artikolu 4 Dawn li ġejjin huma mħassra mit-tieni grupp (erba’ snin) ta’ l-Artikolu 27 tad-Direttiva 93/16/KEE: "— radjologija diagnostika — radjoterapija" . L-Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1999. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni hekk kif jagħmlu dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, id-disposizzjonijiet għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-arranġamenti għal din ir-referenza għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. L-Artikolu 6 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Mejju 1999. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 165, tas-7.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 253, tal-15.9.1998, p. 24. [3] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19. --------------------------------------------------