Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0003

    Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti ta' l-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti

    ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/3/oj

    31999L0003



    Official Journal L 066 , 13/03/1999 P. 0024 - 0025


    Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-22 ta' Frar 1999

    dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti ta' l-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti

    IL-PARLAMENT U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Wara li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni tad-9 ta' Diċembru 1998,

    Billi l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-ikel u l-ingredjenti ta' l-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti [4] minn issa 'l quddiem imsejħa "id-Direttiva qafas" tipprovdi għall-adozzjoni ta' lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel li, bl-esklużjoni ta' l-oħrajn kollha, jistgħu jiġu ttrattati bir-radjazzjoni jonizzanti; billi din il-lista għandha tiġi stabbilita fi stadji;

    Billi l-ħwawar aromatiċi mnixxfa, spices u t-taħwir mill-ħaxix ta' l-ikel huma spiss ikkontaminati u/jew infestati bl-organiżmi u l-metaboliti tagħhom li huma ta' ħsara għas-saħħa pubblika;

    Billi din il-kontaminazzjoni u/jew infestazzjoni ma tistax tiġi ttrattata iktar bil-fumiganti bħall-ossidu ta' l-etil minħabba l-potenzjal tossiku tar-residwi tagħhom;

    Billi l-użu tar-radjazzjoni jonizzanti huwa mezz effettiv biex jieħu l-post tas-sustanzi msemmija;

    Billi dan it-trattament ġie aċċettat mill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel;

    Billi dan it-trattament huwa għalhekk fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    1. Mingħajr preġudizzju għall-lista pożittiva Komunitarja li għandha tiġi stabbilita skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva qafas, din id-Direttiva tistabbilixxi lista inizjali pożittiva Komunitarja ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel, minn issa' l quddiem riferiti bħala "oġġetti ta' l-ikel", li jistgħu jiġu ttrattati bir-radjazzjoni jonizzanti, flimkien mad-dożi massimi awtorizzati għall-għan maħsub.

    2. It-trattament tal-prodotti fil-kwistjoni bir-radjazzjoni joizzanti jista' jitwettaq biss skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva qafas. B'mod partikolari, għandhom jintużaw metodi tat-test skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva qafas.

    3. L-oġġetti ta' l-ikel li jistgħu jiġu ttrattati bir-radjazzjoni jonizzanti u d-doża medja massima ġlobali li tista' tingħata huma elenkati fl-Anness.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri ma'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu it-tqegħid fis-suq ta' l-oġġetti ta' l-ikel irradjati skond id-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva qafas u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fuq il-bażi li jkunu ġew hekk itrattati.

    L-Artikolu 3

    Kull emenda għal din id-Direttiva għandha ssir skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 100(a) tat-Trattat.

    L-Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva hekk illi jippermettu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti ta' l-ikel irradjati li jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-20 ta' Settembru 2000.

    Għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Frar 1999.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. M. Gil-robles

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K.-H. Funke

    [1] ĠU C 336, tat-30.12.1988, p. 7 u ĠU C 303, tat-2.12.1989, p. 15.

    [2] ĠU C 194, tal-31.7.1989, p. 14.

    [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ottubru 1989 (ĠU C 291, tal-20.11.1989, p. 58), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1997 (ĠU C 389, tat-22.12.1997, p. 47) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Frar 1998 (ĠU C 80, tas-16.3.1998, p. 133). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Jannar 1999.

    [4] ĠU L 066, tat-13.3.99, p. 16.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    OĠĠETTI TA' L-IKEL AWTORIZZATI GĦAT-TRATTAMENT TA' L-IRRADJAZZJONI U D-DOŻI MASSIMI TAR-RADJAZZJONI

    Il-Kategorija ta' l-oġġett ta' l-ikel | Id-Doża medja massima globali tar-radjazzjoni assorbita |

    Il-ħwawar aromatiċi imnixxfa, spices u t-taħwir mill-ħaxix ta' l-ikel | 10 |

    --------------------------------------------------

    Top