Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0879

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1999 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni tas-somatotrofina bovina (BST) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 90/218/KEE

    ĠU L 331, 23.12.1999, p. 71–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/879/oj

    31999D0879



    Official Journal L 331 , 23/12/1999 P. 0071 - 0072


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-17 ta’ Diċembru 1999

    li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni tas-somatotrofina bovina (BST) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 90/218/KEE

    (1999/879/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 miġjub fih,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/218/KEE tal-25 ta’ April 1990 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni tas-somatotrofina bovina (BST) [3], tipprovdi fl-Artikolu 1 li l-Istati Membri għandhom jassiguraw li, sal-31 ta’ Diċembru 1999, it-tqegħid fis-suq tas-somatotrofina bovina għall-għanijiet tal-marketing tagħha u l-amministrazzjoni tagħha fit-territorju tagħhom lill-baqar tal-ħalib ikun liema jkun il-mezz m’għandhomx ikunu awtorizzati;

    (2) Skond l-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kunsill ta struzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tqabbad Grupp tax-Xogħol ta’ xjenzjati indipendenti, bil-kollaborazzjoni ta’ l-Istati Membri, bl-inkarigu li jagħmel stima ta’ l-effetti ta’ l-użu tal-BST, filwaqt li jingħata kont ta’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-impatt ta’ l-użu ta’ dan il-prodott fuq każijiet ta’ mastite;

    (3) L-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Deċiżjoni ppermetta lill-Istati Membri li jwettqu testijiet limitati prattiċi fuq l-użu tas-somatotrofina bovina, taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali, sabiex jinkiseb kull tagħrif ieħor xjentifiku li tiegħu jista’ jingħata kont mill-Kunsill meta jiġi għal deċiżjoni finali. Il-Kummissjoni ma rċiviet ebda informazzjoni dwar dawn it-testijiet u fid-dawl tal-projbizzjoni preskritta f’din id-Deċiżjoni m’hemmx il-ħtieġa li tkompli aktar l-awtorizzazzjoni għal testijiet oħra bħal dawk;

    (4) Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-welfare ta’ l-annimali anness mat-Trattat jitlob mingħand il-Komunità u l-Istati Membri, meta jifformulaw u jimplimentaw il-politika agrikola tal-Komunità, li jqisu fis-sħiħ il-ħtiġiet tas-saħħa u l-welfare ta’ l-annimali;

    (5) Bid-Deċiżjoni 78/923/KEE [4], il-Komunità approvat il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta’ l-Annimali Miżmuma għal Trobbija fl-Irziezet (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni") u ddepożitat l-istrument tagħha ta’ approvazzjoni; l-Istati Membri kollha rratifikaw ukoll din il-Konvenzjoni;

    (6) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta’ l-20 ta’ April 1998 li tirrigwarda l-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għat-trobbija fl-irziezet [5] tiddikjara fil-punt 18 ta’ l-Anness li ebda sustanza oħra, ħlief dawk mogħtija għal għanijiet terapewtiċi jew profilattiċi, m’għandha tiġi ssomministrata lil xi annimal sakemm jiġi ppruvat bi studju xjentifiku tal-welfare ta’ l-annimali jew mill-esperjenza stabbilita li l-effett tas-sustanza mhux ta’ ħsara għas-saħħa jew il-welfare ta’ l-annimal;

    (7) Il-BST mhux prodott li għandu jintuża fuq frat għal għanijiet terapewtiċi, iżda biss biex ikattar il-produzzjoni tal-ħalib;

    (8) Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Welfare ta’ l-Annimali (SCAWAH) adotta fl-10 ta’ Marzu 1999 ir-rapport tiegħu dwar l-Aspetti ta’ Welfare ta’ l-Annimali ta’ l-Użu tas-somatotrofina bovina u ddikjara li l-BST iżid ir-riskju ta’ mastite klinika kif ukoll it-tul ta’ żmien tat-trattament tal-mastite, li jżid l-inċidenza ta’ mard tas-sieq u r-riġel u li jista’ jeffettwa ħażin it-tnissil kif ukoll iġib reazzjonijiet qawwija fil-post ta’ l-injezzjoni;

    (9) Huwa importanti għas-saħħa u l-produttività ta’ l-ifrat tal-ħalib li jiġu suġġetti mill-inqas għat-tensjoni li tista’ twassal għal żieda fil-mard bħall-mastite, leżjonijiet fis-sieq u reazzjonijiet fil-post ta’ l-injezzjoni skond l-opinjoni ta’ l-iSCAWAH, l-użu tal-BST instab li jwassal għal żieda f’dawn il-kondizzjonijiet, li jġibu sew uġieħ kif dg[jufija, u li jistgħu jwasslu għall-anqas welfare u aktar stat ta’ mard ta’ l-annimal. L-iSCAHAW jqis għalhekk li l-BST m’għandux jintuża fil-baqar tal-ħalib,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Miż-żmien li fih din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jaraw li t-tqegħid fis-suq tas-somatotrofina bovina fit-territorju tal-Komunità jew fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom bil-għan tal-kummerċ jew somministrazzjoni tagħha lill-baqar tal-ħalib b’kull mezz hu liema hu għandu jiġi pprojbit.

    Artikolu 2

    L-Impriżi li jbigħu jew jipproduċu sustanzi ta’ somatotrofina bovina u impriżi awtorizzati f’kull irwol biex iqiegħdu fis-suq dawn is-sustanzi għandhom jintalbu jżommu reġistri bid-dettalji, f’ordni kronoloġika, tal-kwantitajiet prodotti jew mixtrija u dawk mibjugħa jew użati għal għanijiet oħra minn dawk ta’ tqegħid fis-suq li għalihom hemm ipprovdut fl-Artikolu 1 u l-ismijiet tal-persuni li lilhom inbiegħu dawn il-kwantitajiet jew li mingħandhom inxtraw. L-informazzjoni ta’ hawn fuq għandha tkun disponibbli għal l-awtorità kompetenti fuq talba tagħha u, fil-każ ta’ informazzjoni kkomputerizzata, taħt forma ta’ karta stampata.

    Artikolu 3

    Il-projbizzjoni kif ipprovdut għaliha fl-Artikolu 1 m’għandhiex teffettwa l-produzzjoni tas-somatotrofina bovina fl-Istati Membri, jew l-importazzjoni, għall-għanijiet ta’ esportazzjoni tagħha lejn pajjiżi terzi.

    Artikolu 4

    Id-Deċiżjoni 90/218/KEE għandha titħassar.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-1 ta’ Jannar 2000.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1999.

    Għall-Kunsill

    K. Hemilä

    Il-President

    [1] Opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 1999 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Opinjoni mogħtija fid-9 ta’ Diċembru 1999 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 116, tat-8.5.1990, p. 27. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/936/KE (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 19).

    [4] ĠU L 323, tas-17.11.1978, p. 12.

    [5] ĠU L 221, tat-8.8.1998, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top