Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0531

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Lulju 1999 li temenda d-Deċiżjoni 97/427/KE li tistipula l-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bi-valvoli ħajjin, ekinodermi, tunicates u gastropodi marini li joriġinaw fl-Awstralja (notifikata taħt dokument numru C(1999) 2064) (Test b’relevanza għall-Ftehim ŻEE)

ĠU L 203, 3.8.1999, p. 77–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/531/oj

31999D0531



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0077 - 0077


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-14 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjoni 97/427/KE li tistipula l-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bi-valvoli ħajjin, ekinodermi, tunicates u gastropodi marini li joriġinaw fl-Awstralja

(notifikata taħt dokument numru C(1999) 2064)

(Test b’relevanza għall-Ftehim ŻEE)

(1999/531/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ molluski bi-valvoli ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

(1) Billi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/427/KE tal-25 ta’ Ġunju 1997 jistipula kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bi-valvoli ħajjin, ekinodermi, tunicates u gastropodi tal-baħar li joriġinaw fl-Awstralja [3], jiddikjara li d-Departiment ta’ l-Industriji Primarji u l-Enerġija — Australian Quarantine and Inspection Service (AQIS) għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Awstralja li jivverifika u jiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/492/KEE;

(2) Billi, wara ristrutturar ta’ l-amministrazzjoni Awstraljana, l-awtorità kompetenti taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti tas-sajd (AQIS) inbidlet mid-Dipartiment ta’ l-Industriji Primarji u Enerġija għad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Forestrija u li din l-awtorità ġdida hija kapaċi li effettivament tivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi huwa, għalhekk, meħtieġ li tiġi modifikata in-nominazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni 97/427/KE;

(3) Billi huwa konvenjenti li jiġi armonizzat il-kliem tat-Titolu tad-Deċiżjoni 97/427/KE mal-kliem ta’ l-Artikoli ta’ din id-Deċiżjoni, u b’mod partikolari biex jiġi ċċarat li din id-Deċiżjoni tistipula l-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni ta’ molluski bi-valvoli ffriżati jew proċessati ekinodermi, tunicates u gastropodi tal-baħar li joriġinaw fl-Awstralja;

(4) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 97/427/KE għandha tiġi modifikata kif ġej:

1. it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 1997 li tistipula kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bi-valvoli ħajjin, ekinodermi, tunicates u gastropodi marini li joriġinaw fl-Awstralja"

;

2. L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

L-"Australian Quarantine and Inspection Service (AQIS) tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Forestrija"; għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Awstralja għall-verifikazzjoni u ċertifikar li molluski bivalvoli ħajjin, ekinodermi, tunicates u gastropodi tal-baħar jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/492/KEE";

3. L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Molluski bivalvoli, ekinodermi, tunicates u gastropodi tal-baħar li joriġinaw fl-Awstralja u maħsuba għall-konsum uman għandhom ikun joriġinaw miż-żoni awtorizzati ta’ produzzjoni elenkati fl-Anness hawn mehmuż."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 183, tal-11.7.1997, p. 38.

--------------------------------------------------

Top