Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1434

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem

    ĠU L 191, 7.7.1998, p. 10–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Imħassar b' 32015R0812

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1434/oj

    31998R1434



    Official Journal L 191 , 07/07/1998 P. 0010 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98

    tad-29 ta' Ġunju 1998

    li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jitsabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2115/77 tas-27 ta' Settembru 1977 li jipprojbixxi s-sajd dirett u l-ħatt ta' l-aringi għal skopijiet industrijali mhux għall-konsum dirett tal-bniedem [3] hu bbażat fuq sitwazzjoni ta' sfruttament eċċessiv li m'għadhiex teżisti f'ħafna inħawi ġeografiċi;

    Billi l-popolazzjonijiet ta' l-aringi fil-baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound bħalissa mhumiex fil-perikolu; billi t-titjib fl-utilizzazzjoni ekonomika ta' dawn il-popolazzjonijiet tippermetti li jsir sajd għalihom għal skopijiet mhux għall-konsum dirett tal-bniedem; billi m'hemmx bżonn li ssir restrizzjoni fuq l-iskop industrijali li għalih isir il-ħatt ta' dawn il-popolazzjonijiet;

    Billi s-sajd industrijali għall-aringi fil-Baħar Baltiku jista' jagħti bidu għal qabdiet imdaqqsa mhux intenzjonati ta' bakkaljaw; billi għalhekk dan is-sajd m'għandux ikun permess fl-inħawi fejn il-bakkaljaw ikun abbundanti;

    Billi l-istat tal-popolazzjoni ta' l-aringi fil-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak u Kattegat iqanqal tħassib serju;

    Billi fil-każ tal-popolazzjonijiet l-oħra ta' l-aringi fl-Atlantiku tal-Grigal, il-prattika preżenti tas-sajd jiġifieri s-sajd għall-konsum tal-bniedem, jikkawża rati għolja biżżejjed ta' sfruttament; billi, għalhekk, mhumiex mixtieqa bidliet fil-prattika tas-sajd għal dawn il-popolazzjonijiet;

    Billi l-livell tal-qabdiet mhux intenzjonati għandu jiġi limitat fil-każ tas-sajd industrijali mmirat għal speċi oħra; billi l-qabdiet mhux intenzjonati taħt dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jintużaw għal skopijiet industrijali;

    Billi Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd [4] tipprovdi għall-kontroll bl-użu tas-satellita ta' bastimenti li jkunu jistadu għal skopijiet industrijali mill-1 ta' Lulju 1998 'l quddiem;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 88/98 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra tal-Baħar Baltiku, l-Belts u s-Sound [5] jistipula l-kondizzjonijiet għas-sajd ta' l-aringi f'dawn l-ibħra;

    Billi Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97 tad-29 ta' April 1997 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd [6] jistipula l-kondizzjonijiet għaż-żamma abbord u għall-ħatt ta' l-aringi maqbuda fir-Reġjuni 1 u 2 b'tagħmir tas-sajd użat fil-preżent f'sajd għal skopijiet industrijali li ma jkunx għall-konsum tal-bniedem,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet ta' l-ibħra li ġejjin:

    Ir-Reġjun 1:

    L-ibħra kollha li qegħdin fit-tramuntana u l-punent ta' linja għaddejja mill-punt fil-latitudni 48o T, lonġitudni 18o P, u minn hemm għat-tramuntana għal-latitudni 60o T, u minn hemm lejn il-lvant għal-lonġitudni 5o P, u minn hemm għat-tramuntana għal-latitudni 60o30' T, u minn hemm lejn il-lvant għal-lonġitudni 4o P, u minn hemm għat-tramuntana għal-latitudni 64o T, u minn hemm lejn il-lvant għall-kosta tan-Norveġja.

    Ir-Reġjun 2:

    L-ibħra kollha li jinsabu fit-tramuntana tal-latitudni 48o T, iżda minbarra l-ibħra tar-Reġjun 1 u d-Diviżjonijiet ta' l-ICES IIIb, IIIċ and IIId.

    Ir-Reġjun 3:

    L-ibħra kollha li jikkorrispondu mas-Sub-żoni ta' l-ICES VIII u IX.

    2. Id-Diviżjonijiet ta' l-ICES IIIb, IIIċ u IIId diviżi fi 11-il sub-diviżjoni nnumerati minn 22 sa 32 li huma spjegati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 88/98.

    L-Artikolu 2

    1. L-aringi li jinqabdu waqt is-sajd:

    - fir-Reġjuni 1 u 2 bi xbieki li t-toqob tagħhom ikunu ta' lanqas iżgħar minn 32 mm jew,

    - fir-Reġjuni 3 bi xbieki li t-toqob tagħhom ikunu ta' lanqas iżgħar minn 40 mm jew,

    ma jistgħux jinżammu abbord sakemm dawn il-qabdiet:

    (i) ma jkunux inqabdu fis-Sub-żona IV ta' l-ICES, u ikunu jikkonsistu f'taħlita ta' aringi u speċi oħra, ma jkunux magħżula u l-aringi ma jkunux jaqbżu l-20 % bl-użin tal-piż totali kkombinat ta'l-aringi u l-ispeċi l-oħra maqbuda b'dan it-tagħmir u miżmuma abbord jew;

    (ii) ma jkunux inqabdu fid-Diviżjoni IIIa ta' l-ICES, ikunu jikkonsistu f'taħlita ta' sardin u aringi biss, ma jkunux magħżula u l-aringi ma jkunux jaqbżu l-10 % bl-użin tal-piż totali ikkombinat ta' l-aringi u s-sardin maqbuda b'dan it-tagħmir u miżmuma abbord jew;

    (iii) ma jkunux inqabdu fid-Diviżjoni IIIa ta' l-ICES, ikunu jikkonsistu f'taħlita ta' aringi u speċi oħra, kemm jekk ikun fiha sardin kif ukoll jekk le, ma jkunux magħżula u l-aringi ma jkunux jaqbżu l-5 % bl-użin tal-piż totali kkombinat ta' l-aringi u l-ispeċi l-oħra maqbuda b'dan it-tagħmir u miżmuma abbord jew;

    (iv) ma jkunux inqabdu barra s-Sub-żona IV ta' l-ICES, jew id-Diviżjoni IIIa ta'l-ICES, ikunu jikkonsistu f'taħlita ta' aringi u speċi oħra, ma jkunux magħżula u l-aringi ma jkunux jaqbżu l-10 % bl-użin tal-piż totali kkombinat ta' l-aringi u l-ispeċi l-oħra maqbuda b'dan it-tagħmir u miżmuma abbord.

    2. L-aringi li ma jkunux inqabdu b'bastimenti tas-sajd tal-Komunità meta dawn ikunu qed jistadu fid-Diviżjonijiet IIIb, jew IIIċ ta' l-ICES Diviżjoni IIId ta' ICES lejn il-Punent ta' 16o L bi xbieki li l-iżgħar toqob tagħhom ikunu anqas minn 32 mm, ma jistgħux jinżammu abbord sakemm dawk il-qabdiet ma jkunux jikkonsistu f'taħlita ta' aringi u speċi oħra, ma jkunux magħżula, u l-aringi ma jaqbżux l-20 % bl-użin tal-piż totali kkombinat ta' l-aringi u l-ispeċi l-oħra maqbuda b'dan it-tagħmir u miżmuma abbord.

    3. L-aringi li jinqabdu b'bastimenti tas-sajd tal-Komunità waqt li jkunu jistadu:

    - fil-lvant ta' 16o L fis-Sud-diviżjonijiet minn-25 sa 27 tad-Diviżjoni IIId ta'l-ICES bi xbieki li l-iżgħar toqob tagħhom ikunu anqas minn 32 mm jew,

    - fis-Sud-diviżjoni 28 tad-Diviżjoni IIId ta' l-ICES jew f'dik il-parti ta' Sud-diviżjoni 29 ta' Diviżjoni IIId ta' l-ICES li qiegħda fin-nofsinhar tal-latitudni 59o30' T bi xbieki li l-iżgħar toqob tagħhom ikunu anqas minn 28 mm jew,

    - fis-Sud-diviżjonijiet minn 30 sa 32 tad-Diviżjoni IIId ta'l-ICES jew f'dik il-parti tas-Sud-diviżjoni 29 tad-Diviżjoni IIId ta' l-ICES li qiegħda fit-tramuntana tal-latitudni 59o30' N bi xbieki li l-iżgħar toqob tagħhom ikunu anqas minn 16 mm jew,

    ma jistgħux jinżammu abbord sakemm dawn il-qabdiet ma jkunux jikkonsistu f'taħlita ta' aringi u speċi oħra, ma jkunux magħżula u l-aringi ma jaqbżux 45 % bl-użin tal-piż totali kkombinat ta' l-aringi u l-ispeċi l-oħra maqbuda b'dan it-tagħmir u miżmuma abbord.

    L-Artikolu 3

    1. Il-qabdiet ta' l-aringi li jinqabdu:

    - fir-Reġjuni 1 u 2 bi xbieki mkarkra li l-iżgħar toqob tagħhom jistgħu jkunu ta'32 mm jew aktar jew,

    - fir-Reġjun 3 bi xbieki mkarkra li l-iżgħar toqob tagħhom jistgħu jkunu ta' 40 mm jew aktar jew,

    - fid-Diviżjonijiet IIIb jew IIIċ ta' l-ICES bi xbieki miġbuda li l-iżgħar toqob tagħhom ikunu daqs jew aktar minn 32 mm jew,

    - fis-Sud-diviżjoni 24 jew f'dik il-parti tas-Sud-diviżjoni 25 fil-punent ta' 16o00' L tad-Diviżjoni IIId ta' l-ICES bi xbieki mkarkra li l-iżgħar toqob tagħhom ikunu ta' lanqas ta' 32 mm jew

    - fir-Reġjuni 1 jew 2 jew 3 fid-Diviżjonijiet IIIb jew IIIċ ta' l-ICES jew fid-Diviżjoni IIId ta' l-ICES fil-punent ta' 16o00' L b'kull tagħmir tas-sajd minbarra bi xbieki mkarkra,

    m'għandhomx jinħattu ħlief għall-konsum dirett tal-bniedem sakemm ma jkunux inħarġu fis-suq għall-konsum dirett tal-bniedem u ma jkunx instab xerrej għalihom.

    2. Iżda,

    - l-aringi li jinqabdu bi kwalunkwe tagħmir tas-sajd fid-Diviżjoni IIId ta' l-ICES fil-lvant ta' 16o00' L jew,

    - l-aringi li jinqabdu bi kwlunkwe tagħmir tas-sajd taħt il-kondizzjonijiet spjegati fl-Artikolu 2,

    jistgħu jinħattu għal skopijiet oħra minbarra dak tal-konsum dirett tal-bniedem.

    L-Artikolu 4

    Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002 il-Kunsill għandu jiddeċiedi, fuq il-bażi ta' Rapport jew Proposta mill-Kummissjoni, dwar xi aġġustamenti meħtieġa għal dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 5

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2115/77 qiegħed b'hekk jitħassar.

    L-Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġI wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 1999.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Cook

    [1] ĠU C 25, ta' l-24.1.1998, p. 19.

    [2] L-Opinjoni mogħtija nhar id-19 ta' Ġunju 1998 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 247, tat-28.9.1977, p. 2.

    [4] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2205/97 (ĠU L 304, tas-7.11.1997, p. 1).

    [5] ĠU L 9, tal-15.1.1998, p. 1.

    [6] ĠU L 132, tat-23.5.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top