Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0070

Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE

ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/11/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/70/oj

31998L0070



Official Journal L 350 , 28/12/1998 P. 0058 - 0068


Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-13 ta' Ottubru 1998

dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3] fid-dawl tat-test konġunt approvat fid-29 ta' Ġunju 1998 mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni,

(1) Billi d-differenzi bejn il-liġijiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri fuq speċifikazzjonijiet ta' karburanti konvenzjonali u alternattivi użati minn vetturi mgħammra b'magni b positive ignition u li jaqbdu bil-kompressjoni joħolqu xkiel għall-kummerċ fil-Komunità u jistgħu b'hekk jaffettwaw direttament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività internazzjonali ta' l-industriji Ewropej tal-vetturi u tar-raffinar; billi skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3b tat-Trattat, jidher għalhekk meħtieġ li jkunu approssimati l-liġijiet f'dan il-qasam;

(2) Billi l-Artikolu 100a(3) tat-Trattat jaħseb biex proposti tal-Kummissjoni mmirati għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u li jikkonċernaw, inter alia, is-saħħa u l-protezzjoni ta' l-ambjent ser jieħdu bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni;

(3) Billi sustanzi tat-tniġġis primarji bħall-ossidi tan-nitroġenu, idrokarburi mhux maħruqa, għabra, monossidu tal-karbonju, benżeni u emissjonijiet tossiċi oħra ta' l-exhaust li jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' sustanzi ta' tniġġis sekondarji bħall-ożonu joħorġu f'ammonti mdaqqsa mill-exhaust u dħaħen evaporattivi tal-vetturi bil-mutur u li għalhekk huma ta' riskju konsiderevoli direttament u indirettament għall-saħħet il-bniedem u l-ambjent;

(4) Billi minkejja s-severità dejjem tiżdied tal-valuri tal-limitu ta' emissjoni tal-vetturi stipulati mid-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [4], u mid-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE [5], miżuri oħra biex inaqqsu t-tniġġis atmosferiku kkawżat mill-vetturi u sorsi oħra huma meħtieġa biex tintlaħaq kwalità ta' arja sodisfaċenti;

(5) Billi l-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6] introduċa approċċ ġdid rigward il-politika ta' tnaqqis ta' emissjonijiet għal u lil hinn mis-sena 2000 u ħtieġ li l-Kummissjoni teżamina, inter alia, il-kontribuzzjoni li t-titjib fil-kwalità tal-petrol u d-diżil u karburanti oħrajn jista' jagħmel biex inaqqas it-tniġġiż ta' l-arja

(6) Billi, b'żieda ma' l-istadju tal-bidu ta' speċifikazzjonijiet tal-karburanti li jibda fis-sena 2000, trid issir dispożizzjoni għat-tieni stadju, li tidħol fis-seħħ fl-2005, biex jippermetti lill-industrija biex tagħmel l-investimenti meħtieġa biex tadatta l-pjanijiet tal-produzzjoni tagħha;

(7) Billi karburanti tal-petrol u tad-diżil li jħarsu l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Annessi I, II, III u IV huma diġà disponibbli fis-suq fil-Komunità Ewropea;

(8) Billi l-programm Ewopew auto/oil, li d-dettalji tiegħu jinsabu ppreżentati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija fil-gejjieni għall-kontroll ta' l-emissjonijiet atmosferiċi mit-trasport bit-triq, jikkontribwixxi għall-bażi xjentifika, teknika u ekonomika biex tkun rakkomandata l-introduzzjoni fuq livell Komunitarju ta' speċifikazzjonijiet ambjentali ġodda ta' karburant għall-karburanti tal-petrol u tad-diżil;

(9) Billi l-introduzzjoni ta' speċifikazzjonijiet ambjentali tal-karburant għall-karburanti tal-petrol u tad-diżil hija element importanti tal-pakkett ta' cost-effectiveness ta' miżuri ġewwa l-Ewropa kollha u dawk nazzjonali/reġjonali/lokali li għandhom jitwettqu, waqt li jittieħed kont ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' kull azzjoni;

(10) Billi l-implimentazzjoni ta' kombinazzjoni ta' miżuri ġewwa l-Ewropa kollha u nazzjonali/reġjonali/lokali biex inaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi huma parti mill-istrateġija globali tal-Kummissjoni li tnaqqas l-emissjonijiet fl-arja minn sorsi mobbli u stazzjonarji b'mod li hu bilanċjat u li jissodisfa l-kriterju ta' cost-benefit.

(11) Billi huwa meħtieġ li jinkiseb fi żmien qasir tnaqqis, partikolarment f'inħawi urbani, ta' emissjonijiet li jniġġsu minn vetturi, inkluż sustanzi ta' tniġġis primarji bħal idrokarburi mhux maħruqa u monossidu tal-karbonju, sustanzi ta' tniġġis sekondarji bħal ożonu, emissjonijiet tossiċi bħal benżene u emissjonijiet ta' l-għabra; billi t-tnaqqis ta' emissjonijiet tat-tniġġis tal-vetturi f'inħawi urbani jista' jintlaħaq minnufih billi tinbidel il-kompożizzjoni tal-karburant;

(12) Billi l-inkorporazzjoni ta' ossiġenu u r-riduzzjoni mdaqqsa ta' aromatiċi, oleofini, ta' benżina u kubrit jistgħu jippermettu li tinkiseb kwalità aħjar ta' karburant mil-lat ta' kwalità ta' l-arja;

(13) Billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq iż-żjut minerali [7], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(4) tiegħu, jiskoraġġixxu u jistgħu jipprevienu Stati Membri milli joperaw differenzazzjoni fit-taxxa tas-sisa maħsuba biex taċċellera l-kwalità tal-karburant 'il fuq mill-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant ġewwa l-Komunità;

(14) Billi l-użu minn Stati Membri ta' tassazzjoni tas-sisa differenzjata jista' jħajjar l-introduzzjoni ta' karburanti aktar avvanzati skond il-prijoritajiet, kapaċità u ħtiġiet nazzjonali;

(15) Billi l-Kummissjoni ippreżentat proposta għal Direttiva fuq Prodotti ta' l-Enerġija; billi din il-proposta ghandha l-iskop li, fost oħrajn, tippermetti li Stati Membri jagħmlu użu aktar attiv ta' inċentivi fiskali permezz ta' tassazzjoni tas-sisa differenzjata, biex tiffaċilita l-introduzzjoni ta' karburanti aktar avvanzati;

(16) Billi speċifikazzjonijiet ta' karburant bl-iskop li jnaqqsu kemm l-emissjonijiet ta' exhaust u dawk evaporattivi huma ġeneralment neqsin;

(17) Billi t-tniġġis atmosferiku biċ-ċomb li jiġi mill-kombustjoni ta' petrol biċ-ċomb jikkostitwixxi riskju għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent; billi huwa pass kbir 'il quddiem li sa l-2000 kważi l-vetturi tat-triq li jaħdmu bil-petrol ser ikunu jistgħu jaħdmu b'petrol bla ċomb u billi għalhekk huwa xieraq li jkun ristrett bil-qawwa il-marketing tal-petrol biċ-ċomb;

(18) Billi l-bżonn għat-tnaqqis ta' emissjonijiet minn vetturi u d-disponibbilità tat-teknoloġija meħtieġa tar-raffinar jiġġustifikaw it-twaqqif ta' speċifikazzjonijiet ambjentali tal-karburant għall-marketing ta' karburanti tal-petrol bla ċomb u diżil;

(19) Billi jidher xieraq li jkun provdut għad-disponibbilità ta' żewg tipi ta' karburanti ta' diżil u petrol, li wieħed minnhom ikun diżil ta' kwalità ogħla u li wieħed ikun petrol ta' kwalità ogħla; billi huwa xieraq għal dan id-diżil jew petrol ta' kwalità ogħla li jieħu post diżil jew petrol ta' kwalità anqas fuq is-suq sa l-2005; billi, iżda, dispożizzjoni xierqa għandha ssir biex dan it-tibdil ikun ittardjat meta l-applikazzjoni tad-data ta' l-2005 f'xi Stat Membru jikkawża diffikultajiet kbar għall-industriji tiegħu biex jagħmlu l-bidliet meħtieġa fil-faċilitajiet ta' manifattura tiegħu;

(20) Billi, sabiex titħares saħħet il-bniedem u/jew l-ambjent f'agglomerazzjonijiet speċifiċi jew f'żoni ekoloġikament sensittivi speċifiċi bi problemi speċjali ta' kwalità ta' l-arja, l-Istati Membri għandhom jitħallew, bla ħsara għall-proċedura stabbilita f'din id-Direttiva, jeħtieġu li karburanti jistgħu jkunu kkummerċjalizzati biss jekk jaqblu ma' speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti minn dawk stipulati fid-Direttiva 98/34/KE tat-22 ta' Ġunju 1998 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi proċedura għall-għoti ta' tagħrif fil-qasam ta' standards tekniċi u regolamenti u regoli dwar servizzi tas-soċjetà ta' l-informatika [8];

(21) Billi, sabiex tkun żgurata konformità ma' l-istandards tal-kwalità tal-karburant meħtieġ taħt din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' sorveljanza; billi dawn is-sistemi ta' sorveljanza għandhom ikunu bbażati fuq proċeduri komuni għat-teħid ta' kampjuni u ttestjar u billi l-informazzjoni fuq il-kwalità tal-karburant miġbura mill-Istati Membri għandha tkun ikkomunikat lill-Kummissjoni skond format komuni;

(22) Billi, fuq il-bażi ta' stima komprensiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta li tikkumplimenta l-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji għall-karburanti tal-petrol u tad-diżil imsemmija fl-Annessi III u IV biex ikunu applikati mill-1 ta' Jannar 2005; billi l-proposta tal-Kummissjoni tista', kif xieraq, tistipula speċifikazzjonijiet ambjentali għal tipi oħra ta' karburant bħal gass likwidu miż-żejt, gass naturali u biokarburanti; billi jeżistu flotot ta' vetturi vinkolati (karozzi tal-linja, taxis, vetturi kummerċjali, eċċ.) li huma responsabbli għal proporzjon kbir tat-tniġġis fl-ibliet u li għandhom jibbenefikaw minn speċifikazzjonijiet diversi;

(23) Billi żviluppi oħra fir-rigward ta' metodi ta' referenza għall-kejl ta' l-ispeċifikazzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva jistgħu ikunu desiderabbli fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku; billi għal dan l-iskop, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex ikunu adattati l-Annessi għal din id-Direttiva għall-progress tekniku;

(24) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 85/210/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kontenut taċ-ċomb fil-petrol [9], id-Direttiva tal-Kunsill 85/536/KEE tal-5 ta' Diċembru 1985 dwar l-iffrankar taż-żejt mhux raffinat bl-użu ta' komponenti sostituti tal-karburant fil-petrol [10], u l-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-kontenut tal-kubrit ta' ċerti karburanti likwidi [11], għandhom ikunu għalhekk imħassra;

(25) Billi l-miżuri transitorji għall-Awstrija msemmija fl-Artikolu 69 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994 jinkludu l-Artikolu 7 tad-Direttiva 85/210/KEE; billi l-applikazzjoni ta' din il-miżura transitorja għandha, għar-raġunijiet speċifiċi tal-ħarsien ta' l-ambjent, tittawwal sa l-1 ta' Jannar 2000;

(26) Billi modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni għall-atti adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 189b tat-Trattat [12] intlaħaq fl-20 ta' Diċembru 1994,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ta' saħħa u ambjent għal karburanti li jintużaw għall-vetturi mgħammra b'magni b positive ignition u magni li jaqbdu bil-kompressjoni.

L-Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-iskop ta' din id-Direttiva:

1. "petrol" ifisser kull żejt minerali volatili maħsub għall-operazzjoni f'magni b'positive ignition ta' kombustjoni interna għall-propulsjoni ta' vetturi u li jaqa taħt il-kodiċij NM 27100027, 27100029, 27100032, 27100034 u 27100036;

2. "karburanti tad-diżil" tfisser żjut tal-gass li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 27100066 u użati għal vetturi ta' propulsjoni awtomatika kif imsemmija fid-Direttiva 70/220/KEE u fid-Direttiva 88/77/KEE.

Għal żjut tal-gass użati għall-magni f'makkinarju mobbli mhux għat-triq u tratturi agrikoli l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-istess kontenut ta' kubrit kif definit għall-karburanti tad-diżil f'din id-Direttiva jew il-kontenut tal-kubrit kif definit għall-karburanti tad-diżil fid-Direttiva 93/12/KEE.

L-Artikolu 3

Petrol

1. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-bejgħ ta' petrol biċ-ċomb ġewwa t-territorju tagħhom.

2. (a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000, petrol bla ċomb jista' jkun ikkumerċjalizzat ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk ikunu mħarsa l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness I.

(b) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-sotto-paragrafu (a), l-Istati Membri għandhom, mill-1 ta' Jannar 2000, jippermettu l-marketing ġewwa t-territorju tagħhom ta' petrol bla ċomb li jħares l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Anness III.

(ċ) L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005, petrol bla ċomb jista' jkun ikkumerċjalizzat ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness III.

3. B' deroga għall-paragrafu 1, Stat Membru jista jitħalla, fuq talba li għandha ssir lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu 1999, jissokta jippermetti l-marketing ta' petrol biċ-ċomb, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005, jekk jista' juri li l-introduzzjoni ta' projbizzjoni għad tirriżulta fi problemi severi soċjo-ekonomiċi jew ma twassalx għall-benefiċċji globali għall-ambjent jew saħħa minħabba, fost oħrajn, is-sitwazzjoni klimatika f'dak l-Istat Membru.

Il-kontenut ta' ċomb fil-petrol biċ-ċomb m'għandux jaqbeż 0,15g/l u l-kontenut tal-benżene għandu jħares l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness I. Il-valuri l-ohra ta' l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jibqgħu l-istess ipparagunati mas-sitwazzjoni preżenti.

4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, Stat Membru jista' jkun awtorizzat, fuq talba li għandha ssir lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu 1999, jissokta jippermetti l-marketing ġewwa t-territorju tiegħu, sa l-iżjed tard l-1 ta' Jannar 2003, ta' petrol bla ċomb b'kontenut tal-kubrit li ma jħarisx l-ispeċifikazzjoni għall-kontenut tal-kubrit fl-Anness I imma li ma jaqbiżx il-kontenut kurrenti, jekk jista jipprova li diffikultajiet severi għad jirriżultaw għall-industriji tiegħu biex jagħmlu l-bidliet meħtieġa fil-faċilitajiet ta' manifattura tagħhom matul il-perjodu ta' żmien bejn id-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u l-1 ta' Jannar 2000.

5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, Stat Membru jista' jkun awtorizzat, fuq talba li għandha ssir lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu 2003, li jissokta jippermetti l-marketing ġewwa t-territorju tiegħu, sa l-iżjed tard l-1 ta' Jannar 2007, ta' petrol bla ċomb b'kontenut tal-kubrit li ma jħarisx l-Anness III imma li jħares l-Anness I, jekk jista jipprova li diffikultajiet severi għad jirriżultaw għall-industriji tiegħu biex jagħmlu l-bidliet meħtieġa fil-faċilitajiet ta' manifattura tagħhom matul il-perjodu ta' żmien bejn id-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u l-1 ta' Jannar 2005.

6. Il-Kummissjoni tista' tawtorizza d-derogi msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 skond it-Trattat.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istati Membri u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deciżjoni tagħha.

7. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw iħallu l-marketing ta' kwantitajiet żgħar ta' petrol biċ-ċomb bl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 3 għal massimu ta' 0,5 % tal-bejgħ kollu biex jintuża minn vetturi qodma ta' natura karatteristika u biex jiġi distribwit permezz ta' gruppi speċjali ta' interess.

L-Artikolu 4

Karburant tad-diżil

1. (a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000, karburant tad-diżil jista' jinbiegħ ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali stabbiliti fl-Anness II.

(b) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-sotto-paragrafu (a) l-Istati Membri għandhom, mill-1 ta' Jannar 2000, iħallu l-marketing ġewwa t-territorju tagħhom ta' karburant tad-diżil li jħares l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Anness IV.

(ċ) L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005, karburant tad-diżil jista' jinbiegħ ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali pprovduti fl-Anness IV.

2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, Stat Membru jista' jkun awtorizzat, fuq talba li għandha ssir lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu 1999, li jissokta jippermetti l-marketing ġewwa t-territorju tiegħu, sa l-iżjed tard l-1 ta' Jannar 2003, ta' karburant tad-diżil b'kontenut ta' kubrit li ma jħarisx l-ispeċifikazzjoni għall-kontenut tal-kubrit fl-Anness II imma li ma jaqbiżx il-kontenut kurrenti, jekk jista jipprova li diffikultajiet severi għad jirriżultaw għall-industriji tiegħu biex jagħmlu l-bidliet meħtieġa fil-faċilitajiet ta' manifattura tagħhom matul il-perjodu ta' żmien bejn id-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u l-1 ta' Jannar 2000.

3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, Stat Membru jista' jkun awtorizzat, fuq talba li għandha ssir lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu 2003, jissokta jippermetti l-marketing ġewwa t-territorju tiegħu, sa l-iżjed tard l-1 ta' Jannar 2007, ta' karburant tad-diżil b'kontenut tal-kubrit li ma jħarisx l-Anness IV imma li jħares l-Anness II, jekk jista jipprova li diffikultajiet severi għad jirriżultaw għall-industriji tiegħu biex jagħmlu l-bidliet meħtieġa fil-faċilitajiet ta' manifattura tagħhom matul il-perjodu ta' żmien bejn id-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u l-1 ta' Jannar 2005.

4. Il-Kummissjoni tista' tawtorizza d-derogi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 skond it-Trattat.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istati Membri u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bid-deciżjoni tagħha.

L-Artikolu 5

Ċirkolazzjoni libera

L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jipprevieni t-tqiegħid fis-suq ta' karburanti li jaqblu mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Marketing ta' karburanti bi speċifikazzjonijiet ambjentali aktar stretti

1. B' deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5, Stati Membri jistgħu jeħtieġu li f'oqsma speċifiċi karburanti jistgħu ikunu kummerċjalizzati biss jekk iħarsu l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali aktar iebsa minn dawk ipprovduti f'din id-Direttiva għall-flotta ta' vetturi kollha jew parti minnha bl-iskop li titħares is-saħħa tal-popolazzjoni f'agglomerazzjoni speċifika jew l-ambjent ta' żona ekoloġikament sensittiva fi Stat Membru, jekk it-tniġġis atmosferiku jikkostiwixxi jew raġonevolment jista jkun mistenni li jikkostitwixxi problema serja u rikorrenti għall-saħħet il-bniedem jew għall-ambjent.

2. Stat Membru li jixtieq li juża deroga pprovduta fil-paragrafu 1 għandu jissottometti t-talba tiegħu bil-quddiem, inkluża il-ġustifikazzjoni għaliha, lill-Kummissjoni. Din il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi xhieda li d-deroga tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u li ma tħarbatx il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija.

3. L-Istati Membri involuti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data fuq il-kwalità ta' l-arja ambjentali għaż-żona inkwistjoni kif ukoll l-effetti mbassra fuq il-kwalità ta' l-arja tal-miżuri proposti.

4. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom fuq it-talba u l-ġustifikazzjoni tagħha fi żmien xahrejn mid-data minn meta jingħata t-tagħrif mill-Kummissjoni.

6. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi t-talba ta' l-Istati Membri fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-Istati Membri jkunu taw il-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kummenti ta' l-Istati Membri u għandha tinnotifikhom bid-deċiżjoni tagħha u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess żmien.

7. Kull Stat Membru jista' jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f'każ fejn ma jkunx hemm deċiżjoni, jirriferi l-kwistjoni lill-Kunsill fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 6.

8. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista jieħu deċiżjoni differenti fiż-żmien xahrejn minn meta l-kwistjoni tkun riferita lilu.

L-Artikolu 7

Bidla fil-provvista ta' żjut mhux raffinati

Jekk, bħala riżultat ta' avvenimenti eċċezzjonali, bidla f'daqqa fil-provvista ta' żjut mhux raffinati jew prodotti petroliferi jagħmluha diffiċli għar-raffineriji fi Stat Membru li jirrispettaw il-ħtiġiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant ta' l-Artikoli 3 u 4, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni, wara li tinforma lill-Istati Membri l-oħra, tista' tawtorizza valuri tal-limitu ogħla f'dak l-Istat Membru għall-komponent wieħed jew aktar tal-karburant għall-perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha.

Kull Stat Membru jista' jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika tagħha.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn minn meta l-kwistjoni tkun riferita lilu.

L-Artikolu 8

Eżami ta' konformità u rappurtar

1. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-konformità mal-ħtiġiet ta' l-Artikoli 3 u 4 fuq il-bażi tal-metodi analitiċi stabbiliti fl-Anness I u II.

2. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iżvilupp ta' sistema uniformi għall-kontroll tal-kwalità tal-karburant. Il-Kummissjoni tista' għall-iskop ta' żvilupp ta' sistema bħal din titlob l-għajnuna tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi format komuni għas-sottomissjoni ta' sommarju ta' data nazzjonali fuq il-kwalità tal-karburant mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2000.

4. Kull sena sat-30 ta' Ġunju l-Istati Membri għandhom jissottomettu s-sommarju tagħhom għas-sena kalendarja preċedenti għall-ewwel darba sat-30 ta' Ġunju 2002.

L-Artikolu 9

Process ta' reviżjoni

1. Il-Kummissjoni għandha, perjodikament u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva imma f'kull każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, u fid-dawl ta' l-istima magħmula skond il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġiż ta' l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [13], tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva bħala parti integrali ta' l-istrateġija maħsuba biex tipproduċi effetti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-istandards tal-kwalità ta' l-arja tal-Komunità u l-iskopijiet relatati.

2. Il-proposta għandu jkollha speċifikazzjonijiet ambjentali li jikkumplimentaw l-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji stipulati fl-Anness III għall-petrol u fl-Anness IV għall-karburanti tad-diżil fuq il-bażi, inter alia, ta' tagħrif akkumulat dwar il-ħtiġiet fuq tnaqqis ta' l-emissjonijiet relatat mal-kwalità ta' l-arja, il-funzjonament effettiv ta' teknoloġiji ġodda li jnaqqsu t-tniġġis u l-iżviluppi li jaffettwaw is-swieq internazzjonali tal-karburanti.

3. Minbarra dan mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tista', inter alia, tressaq

- proposti li jikkunsidraw is-sitwazzjoni partikolari ta' flotot vinkolati u l-bżonn li jkunu proposti livelli ta' speċifikazzjonijiet għall-karburanti speċjali li huma jużaw,

- proposti li jiffissaw il-livelli ta' speċifikazzjonijiet applikabbli għall-gas likwidu miż-żejt, gass naturali u biokarburanti.

L-Artikolu 10

Proċedura għall-adattament għall-progress tekniku

Kull emenda li hi neċessarja biex tadatta l-metodi ta' kejl kif imsemmi fit-taqsima tal-lemin ("testijiet") ta' l-Annessi I, II, III u IV għal din id-Direttiva, biex tikkonsidra l-progress tekniku, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni assistita mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 96/62/KE [14] u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva.

Adattament bhal dan m'għandux jirriżulta f'modifika diretta jew indiretta tal-valuri tal-limitu stipulati f'din id-Direttiva jew f'xi bidla fid-dati li minnhom japplikaw.

Artikolu 11

Proċedura tal-Kumitat

1. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz f'limitu taż-żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-kumitat għandhom jiġu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President m' għandux jivvota.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

Jekk il-miżuri previsti m'humiex skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti, mingħajr dewmien, lill-Kunsill proposta li jkollha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 12

Tħassir u emenda tad-Direttivi dwar il-kwalità tal-karburant tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil

1. Id-Direttivi 85/210/KEE, 85/536/KEE u 87/441/KEE huma mħassra mill-1 ta' Jannar 2000.

2. Id-Direttiva 93/12/KEE hija emendata billi jitħassru l-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 2(1) mill-1 ta' Jannar 2000.

L-Artikolu 13

Traspożizzjoni f'leġislazzjoni nazzjonali

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1999. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-ewwel.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2000.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 14

L-Awstrija

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 85/210/KEE, sa fejn jikkonċerna l-kontenut ta' benżene msemmi fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, m'għandux, sa l-1 ta' Jannar 2000, japplika għall-Awstrija.

L-Artikolu 15

Dħul fis-seħħ tad-Direttiva

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-13 ta' Ottubru 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

C. Einem

[1] ĠU C 77, tal-11.3.1997, p. 1 u ĠU C 209, ta' l-10.7.1997, p. 25.

[2] ĠU C 206, tas-7.7.1997, p. 113.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 1997 (ĠU C 132, tat-28.4.1997, p. 170), Pożizzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Ottubru 1997 (ĠU C 351, tad-19.11.1997, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Frar 1998 (ĠU C 80, tas-16.3.1998, p. 92). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 1998 (ĠU C 313, tat-12.10.1998). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 1998.

[4] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 36, tad-9.2.1988, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 40, tas-17.2.1996, p. 1).

[6] ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 42.

[7] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/74/KE (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 46).

[8] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

[9] ĠU L 96, tat-3.4.1985, p. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[10] ĠU L 334, tat-12.12.1985, p. 20. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 87/441/KEE (ĠU L 238, tal-21.8.1987, p. 40).

[11] ĠU L 74, tas-27.3.1993, p. 81.

[12] ĠU C 102, ta' l-4.4.1996, p. 1.

[13] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[14] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ BIEX JINTUŻAW GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI B' POSITIVE IGNITION

Tip: Petrol

Parametru | Unità | Limiti | Test |

Minimu | Massimu | Metodu | Data ta' pubblikazzjoni |

In-numru riċerka ta' l-ottan | 95 | — | EN 25164 | 1993 |

In-numru ta' l-ottan tal-mutur | | 85 | — | EN 25163 | 1993 |

Il-pressjoni tal-fwar Reid, perjodu tas-sajf | KPa | — | 60,0 | EN 12 | 1993 |

Distillazzjoni: | | | | | |

Evaporat f' 100 °C | % v/v | 46,0 | — | EN-ISO 3405 | 1988 |

Evaporat f' 150 °C | % v/v | 75,0 | — | | |

Analiżi ta' l-idrokarbun: | | | | | |

—olefini | % v/v | — | 18,0 | ASTM D1319 | 1995 |

—aromatiċi | | — | 42,0 | ASTM D1319 | 1995 |

—benżina | | — | 1,0 | pr. EN 12177 | 1995 |

Il-Kontenut ta' l-ossiġenu | % m/m | — | 2,7 | EN 1601 | 1996 |

Ossiġenati: | | | | | |

—Methanol, aġenti li jistabilizzaw għandhom jiżdiedu | % v/v | — | 3 | EN 1601 | 1996 |

—J Ethanol, jistgħu ikunu neċessarji aġenti li jistabilizzaw | % v/v | — | 5 | EN 1601 | 1996 |

—Alkoħol iso-propil | % v/v | — | 10 | EN 1601 | 1996 |

—Alkoħol tert-butil | % v/v | — | 7 | EN 1601 | 1996 |

—Alkoħol iso butil | % v/v | — | 10 | EN 1601 | 1996 |

—Eteri li jikkontjenu 5 atomi tal-karbon jew aktar għal kull molekula | % v/v | — | 15 | EN 1601 | 1996 |

Ossiġenati oħrajn | % v/v | — | 10 | EN 1601 | 1996 |

Kontenut taċ-ċomb | mg/kg | — | 150 | pr. EN-ISO/DIS 14596 | 1996 |

Kontenut tal-kubrit | g/l | — | 0,005 | EN 237 | 1996 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ BIEX JINTUŻAW GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI LI JAQBDU BIL-KOMPRESSJONI

Tip: Karburant tad-diżil

Parametru | Unità | Limiti | Test |

Minimu | Massimu | Metodu | Data tal-pubblikazzjoni |

Numru tas-cetane | 51,0 | — | EN-ISO 5165 | 1992 |

Densità bi 15 °C | kg/m3 | — | 845 | EN-ISO 3675 | 1995 |

Distillazzjoni: | | | | | |

Il-punt 95 % | °C | — | 360 | EN-ISO 3405 | 1988 |

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi | % m/m | — | 11 | IP 391 | 1995 |

Il-kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 350 | pr. EN-ISO/DIS 14596 | 1996 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ BIEX JINTUŻAW MINN VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI LI JAQBDU B'POSITIVE IGNITION

Tip: Petrol

Parametru | Unità | Limiti | Test |

Minimu | Massimu | Metodu | Data tal-pubblikazzjoni |

Numru ottan ta' riċerka | 95 | | EN 25164 | 1993 |

Numru ottan tal-mutur | | 85 | | EN 25163 | 1993 |

Pressjoni tal-fwar Reid, perjodu tas-sajf | kPa | — | | | |

Distillazzjoni: | | | | | |

Evaporat b' 100 °C | % v/v | — | — | | |

Evaporat b' 150 °C | | — | — | | |

Analiżi ta' l-idrokarbun: | | | | | |

—olefini | % v/v | — | | | |

—aromatiċi | % v/v | — | 35,0 | ASTM D1319 | 1995 |

—benżina | % v/v | — | | | |

Kontenut ta' l-ossiġenu | % m/m | — | | | |

Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 50 | pr. EN-ISO/DIS 14596 | 1996 |

Kontenut taċ-ċomb | g/l | — | | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ BIEX JINTUŻAW GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B'MAGNI LI JAQBDU BIL-KOMPRESSJONI

Tip: Karburant tad-Diżil

Parametru | Unità | Limiti | Test |

Minimu | Massimu | Metodu | Data tal-pubblikazzjoni |

Numru tas-cetane | | — | | |

Densità bi 15 °C | kg/m3 | | — | | |

Distillazzjoni: | | | | | |

Punt 95 % | °C | — | | | |

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi | % m/m | — | | | |

Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 50 | pr. EN-ISO/DIS 14596 | 1996 |

--------------------------------------------------

Top