EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0059

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT)

ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/08/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/59/oj

31996L0059

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT)

Official Journal L 243 , 24/09/1996 P. 0031 - 0035
CS.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
ET.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
HU.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
LT.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
LV.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
MT.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
PL.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
SK.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79
SL.ES Chapter 15 Volume 03 P. 75 - 79


Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/59/KE

tas-16 ta' Settembru 1996

dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Huwa u jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/403/KEE tas-6 t'April 1976 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls [4] ġabet approssimazzjoni sewwa tal-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam; billi dawk ir-regoli ma’ kienux suffiċjenti; billi l-iprem kwalità titlob li l-kundizzjonijiet tar-rimi tal-PCBs jistgħu jiġu mtejjba; billi dik id-Direttiva allura għandha tiġi mibdula b'Direttiva ġdida;

(2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mar-restrizzjonijiet fuq ir-reklamar u l-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi u preparamenti [5] tagħmel enfasi fuq il-bżonn ta' reviżjoni perjodika tal-problema kollha bl-għan li bil-mod twassal għall-projbizzjoni kompleta tal-PCBs u PCTs;

(3) Billi r-rimi mingħajr ħsara ta' skart li mhux riċiklat u li mhux se jerġa’ jintuża huwa wieħed mill-għanijiet tar-Risoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1990 dwar il-politika tal-iskart [6], kif inhu konfermat mill-Programm tal-Ħames Azzjoni fuq l-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli, li l-metodu u l-istrateġija ġenerali tiegħu ġew approvati mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltagħqu fil-Kunsill, fir-Risoluzzjoni tagħhom tal-1 ta' Frar 1993 [7];

(4) Billi bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [8], miżuri xierqa għandhom jittieħdu sabiex jiġi evitat l-abbandun, r-rimi jew rimi mhux kontrollat ta' skart, u l-użu ta' proċessi jew metodi li jistgħu jipperikolaw l-ambjent;

(5) Billi sabiex teħles mill-PCBs, minħabba r-riskji li jippreżentaw lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem, obligi ġenerali dwar ir-rimi kontrollat tal-PCBs u t-tneħħija tal-kontaminazzjoni jew ir-rimi t'apparat huma neċessarji;

(6) Billi dawn il-miżuri għandhom jittieħdu mill-aktar fis possibli mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri, partikolarment dawk li jinsabu fid-Deċiżjoni PARCOM 92/3 [9]; billi l-PCBs li huma s-suġġett ta' inventarju għandhom jinqerdu sa’ mhux aktar tard mill-2010;

(7) Billi r-rimi tal-PCBs jippreżenta problema transitorja u temporanja u xi Stati Membri li m'għandhomx l-abbilità għar-rimi tal-PCB għandhom sitwazzjoni ta' problema maġġuri quddiemhom; billi l-prinċipju ta' qrubija għandu jiġi nterpretat b'mod flessibbli sabiex jippermetti solidarjetà Ewropea f'dan il-qasam; billi, kif ukoll, għandhom jiġu stabbiliti installazzjonijiet fil-Komunità għar-rimi, tneħħija tal-kontaminazzjoni u l-ħżin tal-PCBs;

(8) Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' żjut maħruqa [10] tistabbilixxi 50 ppm bħala l-limitu massimu għall-kontenut taż-żjut li jerġgħu jiġu ġenerati jew żjut użati għall-karburanti tal-PCB jew PCT;

(9) Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/339/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991, li temenda d-Direttiva Nru 76/769/KEE għal-ħdax-il-darba [11], tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-marketing ta' ċerti sostituti tal-PCB, u billi allura anki dawn għandhom jiġu meqruda kompletatment;

(10) Billi huwa essenzjali li tkun taf kemm jeżistu kwantitajiet ta' PCBs sabiex tkun tista’ tqabbel l-abbiltà tar-rimi mal-bżonnijiet; billi huwa allura neċessarju li timmarka l-apparat li jkollu fih il-PCBs u li tiġbor inventarji ta' dan l-apparat; billi dawn l-inventarji għandhom jiġu aġġornati regolarment;

(11) Billi, minħabba l-ispejjeż u d-diffikultajiet tekniċi nvoluti f'inventarju tal-apparat li jkun ikkontaminat ftit mill-PCBs, inventarju simplifikat għandu jiġi użat; billi, kif ukoll, għandu jkun hemm provvediment għall-apparat li jkun ftit ikkontaminat mill-PCBs sabiex dan jiġi mormi fl-aħħar tal-ħajja ta' użu tiegħu, minħabba r-riskji baxxi li dan għandu fuq l-ambjent;

(12) Billi l-marketing tal-PCBs huwa projbit, u billi s-separazzjoni tal-PCBs mis-sustanzi l-oħra biex jerġgħu jiġu wżati u ż-żieda tat-transformers mal-PCBs għandha allura tiġi projbita; billi, iżda, fuq art sigura, l-manutenzjoni tat-transformers jista’ jitkompla sabiex iżommu l-kwalità insulanti tal-PCBs li jkunu jinsabu fihom;

(13) Billi impriżi li jieħdu ħsieb ir-rimi u/jew it-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-PCBs irridu jiksbu l-permessi;

(14) Billi l-kundizzjonijiet għall-apparat tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni li jkun fih il-PCBs għandhom jiġu definiti u billi l-apparat għandu jkun ittikketjat speċifikament;

(15) Billi ċerti biċċiet ta' xogħol tekniċi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom isiru mill-Kummissjoni, skond il-proċedura tal-Kumitat riferuta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva Nru 75/442/KEE;

(16) Billi in-numru ta' impjanti tar-rimi u tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-PCB huwa żgħir u l-kapaċità tagħhom hija limitata u r-rimi u/jew it-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-PCBs fl-inventarju allura trid tkun ippjanata sew; billi, aktar u aktar, il-qafas tal-ġbir u sussegwentament tar-rimi ta' apparat li mhux fl-inventarju għandu jitwaqqaf; billi dan il-qafas, jekk ikun hemm bżonn, jista’ juża makkinarju eżistenti dwar l-iskart in ġenerali u ma’ jkunx hemm għalfejn jikkonsidra kwantitajiet żgħar ħafna tal-PCBs li fil-prattika ma’ jkunux jistgħu jiġu identifikati,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet tal-Istati Membri dwar ir-rimi kontrollat tal-PCBs, it-tneħħija tal-kontaminazzjoni jew ir-rimi ta' apparat li jkun fih il-PCBs u/jew ir-rimi ta' PCBs użati sabiex jiġu eleminati kompletament fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "PCBs" ifissru:

- polychlorinated biphenyls,

- polychlorinated terphenyls,

- Monomethyl-tetrachlorodiphenyl methane, Monomethyl-dichloro-diphenyl methane, Monomethyl-dibromo-diphenyl methane,

- kull taħlita li jkun fiha xi sustanza msemmija hawn fuq f'total ta' iktar minn 0,005 % fil-piż;

(b) "apparat li jkun fih il-PCBs" ifisser kull apparat li jkun fih il-PCBs jew li kellhu l-PCBs (per eżempju, transformers, akkumulaturi ta' l-elettriku , reċipjenti li jkun fihom ħażniet milli jkun fadal) li ma’ jkunux ġew immnaddfa mill-kontaminazzjoni. Apparat ta' tip li jista’ jkollu l-PCBs għandhu jiġi trattat daqs li kieku jkollu l-PCBs sakemm ma’ jkunx hemm raġuni għalfejn ma’ tassumiex bil-maqlub;

(ċ) "PCBs" użati jfissru kull PCBs li huma skart skond it-tifsira tad-Direttiva Nru 75/442/KEE;

(d) "sid" ifisser il-persuna naturali jew legali li għandha fil-pussess tagħha l-PCBs, PCBs użati, u/jew apparat li fih il-PCBs;

(e) "tneħħija ta’ kontaminazzjoni" tfisser kull operazzjoni li tiffaċilita sabiex apparat, oġġetti, materjali jew fluwidi kontaminati bil-PCBs jerġgħu jiġu wżati, riċiklati jew mormijja b'kundizzjonijiet siguri, u li jistgħu jinkudu tibdil, jiġifieri kull operazzjoni fejn il-PCBs jiġu mibdula bi fluwidi xierqa li ma’ jkollhomx il-PCBs;

(f) "rimi" jfisser operazzjonijiet D 8, D 9, D 10, D 12 (f’ħażna sigura, fonda u ta' taħt l-art biss f'formazzjonijiet ta' blat niexef u għall-apparat li jkun fih il-PCBs u PCBs użati li ma’ jistgħux jitneħħilhom il-kontaminazzjoni biss) u D 15 provduta fl-Anness II A tad-Direttiva 75/442/KEE.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-PCBs użati qed jiġu mormija u l-PCBs u l-appart li fih il-PCBs qed jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni jew mormija malajr kemm jista’ jkun. Għall-apparat u l-PCBs li jkunu jinsabu fihom, li huma suġġetti għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1), it-tneħħija tal-kontaminazzjoni u/jew ir-rimi għandu jibda jseħħ mhux aktar tard mill-aħħar tal-2010.

Artikolu 4

1. Sabiex jiġi mħares l-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inventarji jiġbru fihom apparat bil-volumi tal-PCB ta' iktar minn 5 dm3, u għandhom jibgħatu sommarji ta' dawn l-inventarji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tlett snin mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva. Fil-każ ta' akkumulaturi ta' l-elettriku tal-voltaġġ, il-limitu ta' 5 dm3 għandha tiġi mifhumha li tinkludi l-elementi separati kollha ta' set kombinat.

2. Dak l-apparat li għalih tajjeb li tassumi li l-fluwidi jkun fihom bejn 0,05 % u 0,005 % f'piż ta' PCBs jistgħu jiġu inklużi f'inventarju mingħajr l-informazzjoni mitluba fit-tielet u r-raba’ punti tal-paragrafu 3, u jistgħu jiġu ttikkettjati bħala "PCBs kontaminati < 0,05 %". Għandhom jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni jew mormija skond l-Artikolu 9(2).

3. L-inventarji għandhom jikkonsistu minn dan li ġej:

- l-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien,

- il-lokalità u deskrizzjoni tal-apparat,

- il-kwantità ta' PCBs li jkun jinsab fl-apparat,

- id-dati u t-tipi ta' trattament jew bdil magħmul jew proġettat,

- id-dati tad-dikjarazzjonijiet.

Jekk Stat Membru jkun diġa għamel inventarju simili, ma’ jkunx hemm bżonn ta' wieħed ġdid. L-inventarji għandhom ikunu aġġornati regolarment.

4. Sabiex ikunu konformi mall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġ sabiex jiżguraw li s-sidien ta' dan l-apparat jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-kwantitajiet li huma għandhom u b'kull bidla f'dan ir-rispett.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li kull apparat li huwa suġġett għall-inventarju skond il-paragrafu 1 huwa ittikkettjat. Tikketta simili għandha tiġi mwaħħla wkoll mal-bibien tal-fond fejn jinsab dan l-apparat.

6. Impriżi tar-rimi tal-PCBs għandhom iżommu reġistri tal-kwantità, oriġini, natura u kontenut tal-PCB tal-PCBs użati li huma jirċievu. Għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Ir-reġistri jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet lokali u mill-pubbliku. L-impriżi ukoll joħorġu irċevuti lis-sidien li jqassmu PCBs użati li jispeċifikaw in-natura u l-kwantità li jkun hemm.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw il-kwantitajiet li ġew notifikati bihom.

Artikolu 5

1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva Nru 75/442/KEE l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-separazzjoni tal-PCBs minn sustanzi oħra bl-għan li l-PCBs jerġgħu jiġu wżati.

2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu it-tiżjid tat-transformers bil-PCBs.

3. Sakemm titneħħilhom il-kontaminazzjoni, ma’ jibqgħux għall-użu tas-servizz u/jew jiġu mormija skond din id-Direttiva, il-manutenzjoni tat-transformers li jkollhom il-PCBs jista’ jitkompla biss jekk l-għan ikun biex jiġi żgurat li l-PCBs li jkollhom fihom jaqblu mal-i standards tekniċi jew speċifikazzjonijiet dwar il-kwalità insulanti u sakemm għadhom f’kundizzjoni tajba u ma’ jnixxux.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-PCBs użati u apparat li fih il-PCBs li hu suġġett għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1) jiġu trasferiti mill-aktar fis possibli għall-impriżi liċenzjati skond l-Artikolu 8.

2. Qabel ma’ l-PCBs, l-PCBs użati u/jew l-apparat li fih il-PCBs jiġu meħuda minn impriża liċenżjata, l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex jiġi evitat kull riskju ta' nar għandhom jittieħdu. Għal dan l-għan għandhom jinżammu l-bogħod minn kull prodott li jaqbad.

3. Meta jkun raġonevolament prattikabbli, apparat li jkun fih il-PCBs li mhux suġġett għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1) u li jagħmel parti minn biċċa apparat ieħor għandu jiġi mneħħi u miġbur separatament meta dan l-apparat ta' l-aħħar ma’ jibqax jiġi wżat, riċiklat jew mormi.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jipprojbixxu kull ħruq tal-PCBs u/jew PCBs użati fuq vapuri.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-impriżi kollha imqabbda biex ineħħu l-kontaminazzjoni u/jew ir-rimi tal-PCBs, PCBs użati u/jew apparat li fih il-PCBs jiksbu l-permessi skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 75/442/KEE.

2. Meta l-ħruq jintuża għar-rimi, d-Direttiva tal-Kunsill Nru 94/67/KE tas-16 ta' Diċembru 1994 dwar il-ħruq ta' skart perikoluż [12] għandha tgħodd. Metodi oħra tar-rimi tal-PCBs, PCBs użati u/jew apparat li jkun fih il-PCBs jistgħu jiġu aċċettati sakemm dawn jilħqu standards għas-sigurtà ambjentali ekwivalenti — meta mqabbla mal-ħruq — u jaderixxu t-talbiet tekniċi riferuti bħala l-aħjar teknika disponibbli.

3. L-Istati Membri għandhom individwalment jew flimkien jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw, jekk hu xieraq, u jikkonsidraw l-Artikolu 4(3)(a) (ii) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93/KEE [13] u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva Nru 75/442/KEE, l-istallazzjonijiet għar-rimi, t-tneħħija tal-kontaminazzjoni u l-ħażna sigura tal-PCBs, PCBs użati u/jew apparat li jkun fih il-PCBs.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li transformers li jkun fihom aktar minn 0,05 % f'piż tal-PCBs jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-għan tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni għandu jkun li jnaqqas il-livel tal-PCBs għal iktar minn 0,05 % f'piż u, jekk hu possibbli, għal mhux aktar minn 0,005 % f'piż;

(b) il-fluwidu li ma’ jkollux PCBs li jitpoġġa minflok għandhu jkollu riskji ħafna anqas;

(ċ) il-fluwidu li jitpoġġa minflok m'għandux jikkomprometti r-rimi susegwit tal-PCBs;

(d) l-ittikkettjar tat-transformer wara li titneħħilu l-kontaminazzjoni għandu jiġi mibdul bl-ittikkettjar speċifikat f'dan l-Anness.

2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li transformers li fluwidi ta' ġewwa fihom huwa ta' bejn 0,05 % u 0,005 % f'piż tal-PCBs huma jew imneħħija mill-kontaminazzjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 (b) sa (d) jew mormija meta tispiċċalhom il-ħajja ta' l-użu tagħhom.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni, taħdem skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva Nru 75/442/KEE:

(a) għandha twaqqaf metodi ta' riferenza għall-kejl biex jistabilixxu il-kontenut tal-PCB f'materjal kontaminat. Kejl meħud qabel it-twaqqif tal-metodi ta' riferenza għanhom jibqgħu validi;

(b) tista’ twaqqaf standards tekniċi għall-metodi l-oħra tar-rimi tal-PCBs riferuti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2);

(ċ) għandha tiddisponi lista tal-ismijet tal-produzzjoni tal-akkumulaturi ta' l-elettriku, reżistenzi u kolji tal-inductance, li jkun fihom il-PCBs;

(d) għandha jekk ikun hemm bżonn tistabilixxi, għall-iskop tal-Artikolu 9(1)(b) u (ċ) biss sostituti anqas perikolużi għall-PCBs.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom, fi żmien tlett snin mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, iħejju:

- pjanijiet għat-tneħħija tal-kontaminazzjoni u/jew rimi ta' apparat li kien f'inventarju u l-PCBs li jkunu jinsabu fih;

- jagħmlu qafas għall-ġbir u r-rimi sussegwit ta' l-appart li mhuwiex suġġett għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1), kif inhu riferut fl-Artikolu 6(3).

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-pjanijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn 18-il xahar mill-adozzjoni tagħha. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni biha mill-ewwel.

2. Meta l-Stati Membri jadottaw dawn id-dispozizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom..

Artikolu 13

1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u d-Direttiva Nru 76/403/KEE għandha tiġi mħassra b'effet minn dik id-data.

2. B'effett mid-data riferuta fil-paragrafu 1:

(a) ir-riferenza fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva Nru 87/101/KEE [14] għall-"PCBs u PCTs bit-tifsira tad-Direttiva Nru 76/403/KEE" għandha tiġi kostruwita bħala riferenza għall-PCB bit-tifsira ta' din id-Direttiva;

(b) ir-riferenza fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva Nru 87/101/KEE għad-Direttiva 76/403/KEE għandha tiġi kostruwita bħala riferenza għal din id-Direttiva;

(ċ) ir-riferenza fl-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 259/93/KEE għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 76//403/KEE għandha tiġi kostruwita bħala riferenza tal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva;

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Settembru 1996.

F'isem il-Kunsill

I. Yates

Il-President

[1] ĠU C 319, tat-12.12.1988, p. 57.ĠU C 299, ta’ l-20.11.1991, p. 9.

[2] ĠU C 139, tal-5.6.1989, p. 1.

[3] Opinjonijiet tal-Parlament Ewropew taż-17 ta' Mejju 1990 (ĠU C 149, tat-18.6.1990, p. 150) u tat-12 ta' Diċembru 1990 (ĠU C 19, tat-28.1.1991, p. 83). Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 1995 (ĠU C 87, tal-25.3.1996, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 1996 (ĠU C 166, ta' l-10.6.1996, p. 76).

[4] ĠU L 108, tas-26.4.1976, p. 41.

[5] ĠU Nr L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata b'Direttiva Nru 94/60/KE (ĠU Nr L 365, tal-31.12.1994, p. 1).

[6] ĠU C 122, tat-18.5.1990, p. 2.

[7] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1.

[8] ĠU Nr L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata b'Direttiva tal-Kummissjoni Nru 94/3/KE (ĠU Nr L 5, tas-7.1.1994, p. 15).

[9] Laqgħa Ministerjali tal-Kummissjonijiet ta' Oslo u Pariġi tal-21–22 ta' Settembru 1992.

[10] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).

[11] ĠU L 186, tat-12.7.1991, p. 64.

[12] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 34.

[13] ĠU Nr L 30, tas-6.2.1993, p. 1. Regolament kif ġie l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 94/721/KE (ĠU Nr L 288, tad-9.11.1994, p. 36).

[14] ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 43.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Tikkettjar ta' apparat tal-BCB li tneħħietlu l-kontaminazzjoni.

Kull biċċa mill-apparat li jrid titneħħilu l-kontaminazzjoni irid jiġi mmarkat b'mod ċar b' sinjal li ma' jitħassarx u mnaqqax li għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja u miktub bil-lingwa tal-pajjiż fejn qiegħed jintuża l-apparat:

APPARAT TAL-PCB MNADDAF MILL-KONTAMINAZZJONI

Fluwidi li jkollhom il-pcbs jiġu mibdula

- bil-… (l-isem tas-sostitut)

- fil- … (id-data)

- mill- … (l-impriża)

Konċentrazzjoni ta' PCBs fi

- fluwidi qodma …% bil-piż

- fluwidi ġodda …% bil-piż.

--------------------------------------------------

Top