This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0984
94/984/EC: Commission Decision of 20 December 1994 laying down animal health conditions and veterinary certificates for the importation of fresh poultrymeat from certain third countries (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur minn ċerti pajjiżi terzi Test b'rilevanza ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur minn ċerti pajjiżi terzi Test b'rilevanza ŻEE
ĠU L 378, 31.12.1994, pp. 11–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2007; Imħassar b' 32006D0696
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 31995D0302 | Emenda | anness 2 | 14/07/1995 | |
| Modified by | 31995D0302 | Tlestija | anness 1 | 14/07/1995 | |
| Modified by | 31996D0298 | Sostituzzjoni | anness 1 | 01/03/1996 | |
| Modified by | 31996D0298 | Emenda | titolu | 01/03/1996 | |
| Modified by | 31996D0456 | Emenda | anness 1 | 01/08/1996 | |
| Modified by | 31999D0549 | Tlestija | anness 2 | 19/07/1999 | |
| Modified by | 32000D0254 | Emenda | anness 1 | ||
| Modified by | 32000D0352 | Emenda | anness 1 | 01/06/2000 | |
| Modified by | 32001D0598 | Sostituzzjoni | anness 2 | DATNOT | |
| Modified by | 32001D0598 | Sostituzzjoni | anness 1 | DATNOT | |
| Modified by | 32001D0598 | Żieda | artikolu 1.2 | DATNOT | |
| Modified by | 32001D0598 | Test artikolu 1 | |||
| Modified by | 32001D0598 | Żieda | anness 3 | DATNOT | |
| Modified by | 32001D0659 | Emenda | anness 2 | DATNOT | |
| Modified by | 32002D0477 | Emenda | anness 3 | 08/06/2003 | |
| Modified by | 32002D0477 | Emenda | anness 2 | 08/06/2003 | |
| Derogated in | 32003D0067 | 01/12/2003 | |||
| Modified by | 32003D0810 | Sostituzzjoni | anness 1 | 17/11/2003 | |
| Modified by | 12003TN02/06/B1 | Emenda | anness 1 | 01/05/2004 | |
| Modified by | 32004D0118 | Sostituzzjoni | anness 1 | 14/02/2004 | |
| Repealed by | 32006D0696 | ||||
| Modified by | 32006R1792 | Emenda | anness 1 | 01/01/2007 |
Official Journal L 378 , 31/12/1994 P. 0011 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0278
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0278
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur minn ċerti pajjiżi terzi (Test b'relevanza għaż--ŻEE) (94/984/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-laħam tat-tjur frisk [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/121/KE [2], u partikolarment l-Artikoli 11 u 12 tagħha, Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/453/KE [4], stabbiliet lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur hija awtorizzata; Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/438/KE [5] stabbiliet il-kriterji ġenerali għall-klassifikazzjoni ta' pajjiżi terzi dwar l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda tan-Newcastle fejn huma kkonċernati l-importazzjonijiet tal-laħam frisk tat-tjur; Billi huwa xieraq li jkun ristrett l-iskop ta' din id-Deċiżjoni għall-ispeċi ta' tjur li huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE [6], kif l-aħħar emendata u aġġornata bid-Direttiva 92/116/KEE [7] u li jkunu stabbiliti il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-ispeċi l-oħrajn tat-tjur f'Deċiżjoni separata; Billi, għalhekk, il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għandhom jiġu stabbiliti; billi, peress li hemm gruppi differenti ta' sitwazzjonijiet simili tas-saħħa bejn tnejn jew tlett pajjiżi terzi, huwa xieraq li jkunu stabbiliti ċertifikati tas-saħħa differenti fid-dawl ta' dawk is-sitwazzjonijiet; Billi issa huwa possibbli, skond l-informazzjoni li tkun waslet mingħand il-pajjiżi terzi kkonċernati u bir-riżultati tal-ispezzjonijiet li jkunu saru mis-servizzi tal-Kummmissjoni f'uħud minn dawn il-pajjiżi, li jkunu stabbiliti żewġ kategoriji ta' ċertifikazzjoni; Billi s-sitwazzjoni tal-pajjiżi terzi l-oħrajn li għalihom għadu mhux possibbli li jkun stabbilit ċertifikat hija studjata b'attenzjoni sabiex ikun magħruf jekk dawn ikunux konformi mal-kriterji tal-Komunità jew le; billi din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 1995 biex tawtorizza jew tipprojbixxi l-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi; Billi din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għal-laħam tat-tjur impurtat għal skopijiet oħrajn għajr il-konsum uman; Billi, peress li skema ta' ċertifikazzjoni ġdida qed tiġi stabbilita, għandu jkun hemm provvediment ta' perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħha; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li huma elenkati fl-Anness I, basta li din tkun tilħaq il-kriterji taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali li jikkorrispondi maċ-ċertifikat li hemm stabbilit fl-Anness II u li din tkun akkumpanjata minn dan iċ-ċertifikat, mimli u ffirmat kif suppost. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-parti ġenerali li tkun konformi ma' l-Anness II, il-Parti 1, u wieħed miċ-ċertifikati speċifiċi tas-saħħa li jkun konformi ma' l-Anness II, il-Parti 2, skond il-mudell referut fl-Anness I. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 1995. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 1995. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 35. [2] ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 39. [3] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 31. [4] ĠU L 187, tat-22.7.1994, p. 11. [5] ĠU L 181, tal-15.7.1994, p. 35. [6] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. [7] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Il-pajjiżi terzi jew il-partijiet minn pajjiżi terzi li huma awtorizzati li jużaw iċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness II għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur fil-Komunità Nota : A u B jirreferu għall-mudell stabbilit fit-tieni parti ta’ l-Anness II Kodiċi OIS | Pajjiż | Partijiet tat-territorju | Mudell li għandu jintuża | AU | L-Awstralja | | A | BR | Il-Brażil | L-Istati ta' Rio Grande do Sul u Santa Catarina | A | CA | Il-Kanada | | A | CH | L-Iżvizzera | | A | CL | Iċ-Ċili | | A | CY | Ċipru | | A | CZ | Ir-Repubblika Ċeka | | A | HR | Il-Kroazja | Il-provinċji ta' Zagrebacka, Krapinsko-Zagorska, Varadinska, Koprivnicko-Krizevacka, Bjelovarsko-Bilogorska, Primorsko-Goranska, Viroviticko-Podravska, Pozesko-Slavonska, Istarska, Medimurksa, Grad Zagreb | A | HU | L-Ungerija | | A | IL | L-Iżrael | | B | NZ | New Zealand | | A | PL | Il-Polonja | | A | RO | Ir-Rumanija | | A | SK | Is-Slovakkja | | A | TH | It-Tajlandja | | B | US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | | A | -------------------------------------------------- L-ANNESS II PART 1 +++++ TIFF +++++ PARTI 2 Mudell A +++++ TIFF +++++ Mudell B +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------