Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0984

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur minn ċerti pajjiżi terzi Test b'rilevanza ŻEE

OJ L 378, 31.12.1994, p. 11–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 065 P. 278 - 283
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 065 P. 278 - 283
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 017 P. 125 - 130
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 016 P. 127 - 132
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 016 P. 127 - 132

No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2007; Imħassar b' 32006D0696 . Latest consolidated version: 01/05/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/984/oj

31994D0984



Official Journal L 378 , 31/12/1994 P. 0011 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0278
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0278


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-20 ta' Diċembru 1994

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur minn ċerti pajjiżi terzi

(Test b'relevanza għaż--ŻEE)

(94/984/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-laħam tat-tjur frisk [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/121/KE [2], u partikolarment l-Artikoli 11 u 12 tagħha,

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/453/KE [4], stabbiliet lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur hija awtorizzata;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/438/KE [5] stabbiliet il-kriterji ġenerali għall-klassifikazzjoni ta' pajjiżi terzi dwar l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda tan-Newcastle fejn huma kkonċernati l-importazzjonijiet tal-laħam frisk tat-tjur;

Billi huwa xieraq li jkun ristrett l-iskop ta' din id-Deċiżjoni għall-ispeċi ta' tjur li huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE [6], kif l-aħħar emendata u aġġornata bid-Direttiva 92/116/KEE [7] u li jkunu stabbiliti il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-ispeċi l-oħrajn tat-tjur f'Deċiżjoni separata;

Billi, għalhekk, il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għandhom jiġu stabbiliti; billi, peress li hemm gruppi differenti ta' sitwazzjonijiet simili tas-saħħa bejn tnejn jew tlett pajjiżi terzi, huwa xieraq li jkunu stabbiliti ċertifikati tas-saħħa differenti fid-dawl ta' dawk is-sitwazzjonijiet;

Billi issa huwa possibbli, skond l-informazzjoni li tkun waslet mingħand il-pajjiżi terzi kkonċernati u bir-riżultati tal-ispezzjonijiet li jkunu saru mis-servizzi tal-Kummmissjoni f'uħud minn dawn il-pajjiżi, li jkunu stabbiliti żewġ kategoriji ta' ċertifikazzjoni;

Billi s-sitwazzjoni tal-pajjiżi terzi l-oħrajn li għalihom għadu mhux possibbli li jkun stabbilit ċertifikat hija studjata b'attenzjoni sabiex ikun magħruf jekk dawn ikunux konformi mal-kriterji tal-Komunità jew le; billi din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 1995 biex tawtorizza jew tipprojbixxi l-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi;

Billi din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għal-laħam tat-tjur impurtat għal skopijiet oħrajn għajr il-konsum uman;

Billi, peress li skema ta' ċertifikazzjoni ġdida qed tiġi stabbilita, għandu jkun hemm provvediment ta' perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħha;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li huma elenkati fl-Anness I, basta li din tkun tilħaq il-kriterji taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali li jikkorrispondi maċ-ċertifikat li hemm stabbilit fl-Anness II u li din tkun akkumpanjata minn dan iċ-ċertifikat, mimli u ffirmat kif suppost. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-parti ġenerali li tkun konformi ma' l-Anness II, il-Parti 1, u wieħed miċ-ċertifikati speċifiċi tas-saħħa li jkun konformi ma' l-Anness II, il-Parti 2, skond il-mudell referut fl-Anness I.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 1995.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 1995.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 35.

[2] ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 39.

[3] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 31.

[4] ĠU L 187, tat-22.7.1994, p. 11.

[5] ĠU L 181, tal-15.7.1994, p. 35.

[6] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

[7] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-pajjiżi terzi jew il-partijiet minn pajjiżi terzi li huma awtorizzati li jużaw iċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness II għall-importazzjoni tal-laħam frisk tat-tjur fil-Komunità

Nota :

A u B jirreferu għall-mudell stabbilit fit-tieni parti ta’ l-Anness II

Kodiċi OIS | Pajjiż | Partijiet tat-territorju | Mudell li għandu jintuża |

AU | L-Awstralja | | A |

BR | Il-Brażil | L-Istati ta' Rio Grande do Sul u Santa Catarina | A |

CA | Il-Kanada | | A |

CH | L-Iżvizzera | | A |

CL | Iċ-Ċili | | A |

CY | Ċipru | | A |

CZ | Ir-Repubblika Ċeka | | A |

HR | Il-Kroazja | Il-provinċji ta' Zagrebacka, Krapinsko-Zagorska, Varadinska, Koprivnicko-Krizevacka, Bjelovarsko-Bilogorska, Primorsko-Goranska, Viroviticko-Podravska, Pozesko-Slavonska, Istarska, Medimurksa, Grad Zagreb | A |

HU | L-Ungerija | | A |

IL | L-Iżrael | | B |

NZ | New Zealand | | A |

PL | Il-Polonja | | A |

RO | Ir-Rumanija | | A |

SK | Is-Slovakkja | | A |

TH | It-Tajlandja | | B |

US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | | A |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

PART 1

+++++ TIFF +++++

PARTI 2

Mudell A

+++++ TIFF +++++

Mudell B

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top