This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990R2368
Commission Regulation (EEC) No 2368/90 of 9 August 1990 concerning the classification of certain goods in the combined nomenclature
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2368/90 tad-9 ta' Awissu 1990 dwar il-klassifikar ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2368/90 tad-9 ta' Awissu 1990 dwar il-klassifikar ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda
ĠU L 219, 14.8.1990, p. 26–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 219 , 14/08/1990 P. 0026 - 0027
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0141
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0141
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2368/90 tad-9 ta' Awissu 1990 dwar il-klassifikar ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-Istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1251/90 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ illi jkunu adottati miżuri dwar l-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ipprovda regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew in parti bbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li hi mwaqqfa b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, b'viżjoni għall-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta' oġġetti; Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandha tkun klassifikata skond il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijet provduti fil-kolonna 3; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xierqa ndikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Awissu 1990. Għall-Kummissjoni Jean Dondelinger Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. [2] ĠU L 121, tat-12.5.1990, pġ. 29. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikar tal-kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | +++++ TIFF +++++ 1.Ħwejjeġ ħfief minsuġa (100 % qoton), li jibqgħu wesgħin, bi kmiem qosra, li jgħattu l-parti ta' fuq tal-ġisem u jwasslu sa aktar l-isfel mill-qadd. Hi għandha fil-livell ta' l-għonq ribbing meħjut li jifforma għonq mingħajr ftuħ li jkun ilibbes eżatt. Għandha ukoll dekorazzjonijiet fuq in-naħa ta' wara u fil-livell tas-sider kif ukoll hemm fit-tarf tal-komma u isfel (Ara r-ritratt Nru 450) | 61102099 | Il-klassifikar huwa stabbilit bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bit-testi tal-kodiċi NM 6110, 611020 u 61102099 kif ukoll bin-Noti Spjegattivi għall-kodiċi NM 6110 | --------------------------------------------------