This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31989L0666
Eleventh Council Directive 89/666/EEC of 21 December 1989 concerning disclosure requirements in respect of branches opened in a Member State by certain types of company governed by the law of another State
Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor
Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor
ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36–39
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2017; Imħassar b' 32017L1132
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31978L0660 | abolizzjoni | artikolu 54 | 03/01/1990 | |
Modifies | 31978L0660 | Tlestija | artikolu 46.2 | 03/01/1990 | |
Modifies | 31983L0349 | abolizzjoni | artikolu 48 | 03/01/1990 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31989L0666R(01) | (MT) | |||
Corrected by | 31989L0666R(02) | (BG, CS, ET, EN, HR, LT, LV, MT, PL, RO, SK, SL) | |||
Modified by | 32012L0017 | Żieda | SECTION III BI | 06/07/2012 | |
Modified by | 32012L0017 | Żieda | artikolu 1.4 | 06/07/2012 | |
Modified by | 32012L0017 | Żieda | artikolu 5 BI | 06/07/2012 | |
Modified by | 32012L0017 | Żieda | artikolu 1.3 | 06/07/2012 | |
Repealed by | 32013L0034 | Revoka parzjali | 19/07/2013 | ||
Repealed by | 32017L1132 | 20/07/2017 |
Official Journal L 395 , 30/12/1989 P. 0036 - 0039
Finnish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0099
Swedish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0099
Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (89/666/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi sabiex jitħaffef l-eżerċizzju tal-libertà ta’ l-istabbiliment rigward il-kumpanniji koperti bl-Artikolu 58 tat-Trattat, l-Artikolu 54(3)(ġ) u l-programm ġenerali dwar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ l-istabbiliment jeħtieġu l-kordinament tas-salvagwardji meħtieġa mill-kumpanniji u mid-ditti fl-Istati Membri għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u ta’ oħrajn; Billi sa issa dan il-kordinament ġie effettwat rigward l-iżvelar bl-adozzjoni tal-Ewwel Direttiva 68/151/KEE [4] li tkopri kumpanniji b’kapital azzjonarju, kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1985; billi tkompliet fil-kamp tal-kontabiltà mir-Raba’ Direttiva 78/660/KEE [5] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1985, is-Seba’ Directive 83/349/KEE [6] dwar il-kontijiet ikkonsolidati, kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1985, u t-Tmien Direttiva 84/253/KEE [7] dwar il-persuni responsabbli mit-twettiq tal-verifiki statutorji tad-dokumenti tal-kontijiet; Billi dawn id-Direttivi japplikaw għall-kumpannji bħala ta’ hekk iżda ma jkoprux il-friegħi tagħhom; billi l-ftuħ ta’ fergħa, bħall-ħolqien ta’ sussidjarja, huwa wieħed mill-possibiltajiet miftuħa bħalissa għall-kumpanniji fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stat Membru ieħor; Billi fir-rigward ta’ friegħi, in-nuqqas ta’ kordinament, b’mod partikolari dwar iżvelar, jagħti lok għal uħud mid-disparitajiet, fil-protezzjoni ta’ l-azzjonisti u partijiet terzi, bejn il-kumpanniji li joperaw fi Stati Membri oħra bil-ftuħ ta’ friegħi u dawk li joperaw hemmhekk billi joħolqu sussidjarji; Billi f’dan il-kamp id-differenzi fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri jistgħu jindaħlu fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ l-istabbiliment; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu eliminati dawn id-differenzi sabiex jitħares, inter alia, l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt; Billi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni li jittrattaw ma’ kumpanniji permezz ta’ l-intermedjarju tal-friegħi, huma meħtieġa miżuri rigward l-iżvelar fl-Istat Membru li fih tkun lokata fergħa; billi, f’ċerti każijiet, l-influwenza ekonomika u soċjali ta’ fergħa tkun tista’ titqabbel ma’ dik ta’ kumpannija sussidjarja, sabiex ikun hemm interess pubbliku fl-iżvelar tal-kumpannija fil-fergħa; billi sabiex jiġi effettwat dan l-iżvelar huwa meħtieġ illi jsir użu mill-proċedura diġà stabbilita għall-kumpanniji b’kapital azzjonarju ġewwa l-Komunità; Billi dan l-iżvelar jirrigwarda firxa ta’ dokumenti importanti u partikolaritajiet u emendi għalihom; Billi dan l-iżvelar, bl-eċċezzjoni tal-poteri tar-rappreżentazzjoni, l-isem u l-forma legali u l-istralċ tal-kumpannija u l-proċedimenti ta’ falliment li hija bla ħsara għalihom, jista’ jiġi llimitat għat-tagħrif li jirrigwarda l-fergħa nfisha flimkien ma’ referenza għar-reġistru tal-kumpannija li din il-fergħa tagħmel parti minnha, billi taħt ir-regoli Komunitarji eżistenti t-tagħrif kollu li jkopri l-kumpannija bħala ta’ hekk ikun disponibbli f’dan ir-reġistru:; Billi d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżvelar tad-dokumenti tal-kontijiet li jlollhom x’jaqsmu ma’ fergħa ma jkunux jistgħu jiġu ġġustifikati iktar wara l-kordinament tal-liġijiet nazzjonali rigward it-tfassil, il-verifika u l-iżvelar tad-dokumenti tal-kontijiet tal-kumpanniji; billi huwa għalhekk biżżejjed li jiġu żvelati, fir-reġistru tal-fergħa, id-dokumenti tal-kontijiet kif ivverifikati u żvelati mill-kumpannija; Billi l-ittri u l-formoli ta’ l-ordnijiet użati minn fergħa għandhom jagħtu mill-inqas l-istess tagħrif bħall-ittri u l-formoli ta’ l-ordnijiet użati mill-kumpannija, u jiddikjaraw ir-reġistru li fih il-fergħa tkun irreġistrata; Billi sabiex jiġi żgurat illi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jiġu rrealizzati fis-sħiħ u sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-pajjiż ta’ l-oriġini tal-kumpannija, din id-Direttiva għandha tkopri wkoll il-friegħi miftuħa mill-kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ pajjiżi mhux membri u stabbiliti fil-forom legali li jistgħu jitqabblu mal-kumpanniji li għalihom tapplika d-Direttiva 68/151/KEE; billi għal dawn il-friegħi hija meħtieġa l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet differenti minn dawk li japplikaw għall-friegħi ta’ kumpanniji rregolati mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri l-oħra ġaladarba d-Direttivi riferiti hawn fuq ma japplikawx għall-kumpanniji minn pajjiżi mhux membri; Billi din id-Direttiva bl-ebda mod ma taffettwa l-ħtiġiet ta’ l-iżvelar għall-friegħi taħt dispożizzjonijiet oħra ta’, per eżempju, il-liġi tax-xogħol dwar id-drittijiet tal-ħaddiema għat-tagħrif u l-liġi tat-taxxa, u għal skopijiet ta’ statistika; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: TAQSIMA I Il-friegħi tal-kumpanniji minn Stati Membri oħra Artikolu 1 1. Id-dokumenti u l-partikolaritajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ fergħa miftuħa fi Stat Membru minn kumpannija li hija rregolata bil-liġijiet ta’ Stat Membru ieħor u li għalihom tapplika d-Direttiva 68/151/KEE għandhom jiġu żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa, skond l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva. 2. Meta l-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-fergħa jiddifferixxu minn dawk rigward il-kumpannija, il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar rigward il-fergħa, il-ħtiġiet ta’ l-iżvelar tal-fergħa għandhom jieħdu preċedenza rigward it-transazzjonijiet imwettqa mal-fergħa. Artikolu 2 1. L-iżvelar obbligatorju pprovvdut fl-Artikolu 1 għandu jkopri biss id-dokumenti u l-partikolaritajiet li ġejjin: (a) l-indirizz tal-fergħa; (b) l-attivitajiet tal-fergħa; (ċ) ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl tal-kumpannija msemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni f’dan ir-reġistru; (d) l-isem u l-għamla legali tal-kumpannija u l-isem tal-fergħa jekk dan ikun differenti mill-isem tal-kumpannija; (e) il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u l-partikolaritajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpannija meta tittratta ma’ parijiet terzi u fi proċeduri legali; - bħala organu tal-kumpannija kkostitwita skond il-liġi jew bħala membri ta’ kull organu minn dan, skond l-iżvelar mill-kumpannija kif ipprovvdut fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 68/151/KEE, - bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpannijia għall-attivitajiet tal-fergħa, b’indikazzjoni ta’ safejn u sakemm jaslu l-poteri tagħhom; (f) l-istralċ tal-kumpannija, il-ħatra ta’ l-istralċjarji, il-partikolaritajiet li jirrigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni skond l-iżvelar mill-kumpannija kif ipprovvdut fl-Artikolu 2(1)(h), (j) u (k) tad-Direttiva 68/151/KEE, - il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet, jew kull proċediment ieħor analogu li għalihom il-kumpannija hija bla ħsara; (g) id-dokumenti ta’ kontijiet skond l-Artikolu 3; (h) il-għeluq tal-fergħa; 2. L-Istat Membru li fih tkun infetħet il-fergħa jista’ jipprovdi l-iżvelar, kif riferit fl-Artikolu 1, (a) tal-firma tal-persuni riferiti fil-paragrafu 1 (e) u (f) ta’ dan l-Artikolu; (b) l-istrumenti tal-kostituzzjoni u l-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat skond l-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva 68/151/KEE, flimkien ma’ l-emendi għal dawn id-dokumenti; (ċ) attestat mir-reġistru riferit fil-paragrafu 1 (ċ) ta’ dan l-Artikolu li jkollu x’jasam ma’ l-eżistenza tal-kumpannija; (d) indikazzjoni tat-titoli fuq il-proprjetà tal-kumpannija li tkun tinsab f’dan l-Istat Membru, sakemm l-iżvelar jirrigwarda l-validità ta’ dawn it-titoli. Artikolu 3 L-iżvelar obbligatorju pprovvdut bl-Artikolu 2(1)(ġ) għandu jiġi llimitat għad-dokumenti tal-kontijiet tal-kumpannija kif imfassla, ivverifikati u żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat Membru li bihom tkun irregolata l-kumpannija skond id-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE u 84/253/KEE. Artikolu 4 L-Istat Membru li fih tkun infetħet il-fergħa jista’ jistabbilixxi illi d-dokumenti riferiti fl-Artikolu 2(2)(b) u l-Artikolu 3 jridu jiġu ppubblikati f’ilsien ieħor uffiċjali Komunitarju u li t-traduzzjoni ta’ dawn id-dokumenti trid tiġi ċċertifikata. Artikolu 5 Meta kumpannija tkun fetħet iktar minn fergħa waħda fi Stat Membru, l-iżvelar riferit fl-Artikolu 2(2)(b)u l-Artikolu 3 jista’ jsir fir-reġistru tal-fergħa bil-għażla tal-kumpannija. F’dan il-każ, l-iżvelar obbligatorju mill-friegħi l-oħra għandu jkopri l-partikolaritajiet tar-reġistru tal-fergħa li tagħha kien sar l-iżvelar, flimkien man-numru ta’ din il-fergħa f’dan ir-reġistru. Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jistabbilixu illi l-ittri u formoli ta’ l-ordnijiet użati minn fergħa għandhom jiddikjaraw, b’żieda mat-tagħrif stabbilit bl-Artikolu 4 tad-Direttiva 68/151/KEE, ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl rigward il-fergħa flimkien man-numru tal-fergħa f’dan ir-reġistru. TAQSIMA II Il-friegħi ta’ kumpanniji minn pajjiżi terzi Artikolu 7 1. Id-dokumenti u l-partikolaritajiet li jirrigwardaw fergħa miftuħa fi Stat Membru minn kumpannija li mhix irregolata mill-liġijiet ta’ Stat Membru iżda li hija ta’ għamla legali li tista’ titqabbel mat-tipi tal-kumpanniji li għalihom tapplika d-Direttiva 68/151/KEE għandhom jiżu żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat Membru tal-fergħa kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva. 2. Għandu japplika l-Artikolu 1(2). Artikolu 8 L-iżvelar obbligatorju pprovvdut fl-Artikolu 7 għandu jkopri mill-inqas id-dokumenti u l-partikolaritajiet li ġejjin: (a) l-indirizz tal-fergħa; (b) l-attivitajiet tal-fergħa; (ċ) il-liġijiet ta’ l-Istat li bihom hija rregolata l-kumpannija; (d) meta dawn il-liġijiet jipprovdu dan, ir-reġistru li fih tkun irreġistrata l-kumpannija u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija f’dan ir-reġistru; (e) l-istrumenti tal-kostituzzjoni, u l-memorandum u l-artikoli ta’ l-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat, bl-emendi kollha għal dawn id-dokumenti; (f) il-għamla legali tal-kumpannija, il-post prinċipali tal-kummerċ tagħha u l-għan tagħha u, għall-inqas kull sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt jekk dawn il-partikolaritajiet ma jingħatawx fid-dokumenti riferiti fis-subparagrafu (e); (g) l-isem tal-kumpannija u l-isem tal-fergħa jekk dan ikun differenti mill-isem tal-kumpannijia; (h) il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u l-partikolaritajiet tal-persuni li jkunu awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpannija meta tittratta ma’ partijiet terzi u fil-proċeduri legali: - bħala organu tal-kumpannija kkostitwit skond il-liġi jew bħala membri ta’ kull organu minn dan, - bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpannija għall-attivitajiet tal-fergħa. Għandu jiġi ddikjarat safejn u sakemm jaslu l-poteri tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-kumpannija, flimkien ma’ jekk jistgħux jagħmlu hekk waħedhom jew jekk għandhomx jaġixxu konġuntement; (i) - l-istralċ tal-kumpannijia u l-ħatra ta’ l-istralċjarji, il-partikolaritajiet li jiirigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni; - il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet jew kull proċediment ieħor analogu li għalih il-kumpannijan hija bla ħsara; (j) id-dokumenti tal-kontijiet skond l-Artikolu 7; (k) l-għeluq tal-fergħa. Artikolu 9 1. L-iżvelar obbligatorju pprovvdut bl-Artikolu 8(1)(j) għandu japplika għad-dokumenti tal-kontijiet tal-kumpannija kif imfassla, ivverifikati u żvelati skond il-liġijiet ta’ l-Istat li jirregola l-kumpannija. Meta dawn ma’ jitfasslux skond jew b’mod ekwivalenti għad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi d-dokumenti tal-kontijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet tal-fergħa għandhom jitfasslu u jiġu żvelati. 2. Għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 5. Artikolu 10 Ll-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi l-ittri u l-formoli ta’ l-ordnijiet użati minn fergħa għandhom jiddikjaraw ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl dwar il-fergħa flimkien man-numru tal-fergħa f’dan ir-reġistru. Meta l-liġijiet ta’ l-Istat li bihom tkun irregolata l-kumpannija jeħtieġu d-dħul f’reġistru, iridu jiġu ddikjarati wkoll ir-reġistru li fih tkun irreġistrata l-kumpannija, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija f’dan ir-reġistru. TAQSIMA III L-indikazzjoni tal-friegħi fir-rapport annwali tal-kumpannija Artikolu 11 Is-subparagrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 78/660/KEE: "(e) l-eżistenza ta’ friegħi tal-kumapanija" . TAQSIMA IV Dispożizzjonijiet transitorji u finali Artikolu 12 L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ żvelar tal-materiji ddikjarati fl-Artikoli 1, 2, 3, 7, 8 u 9 u tat-tħollija barra mill-ittri u l-forom ta’ l-odnijiet rigward il-partikolaritajiet obbligatorji pprovvduti fl-Artikoli 6 u 10. Artikolu 13 Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar min għandu jwettaq il-formalitajiet ta’ l-iżvelar ipprovvduti f’din id-Direttiva Artikolu 14 1. L-Artikoli 3 u 9 ma għandhomx japplikaw għall-friegħi miftuħa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji koperti bid-Direttiva 89/117/KEE [8]. 2. Sakemm ikun hemm kordinament sossegwenti, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikoli 3 u 9 għall-friegħi miftuħa minn kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni. Artikolu 15 L-Artikolu 54 tad-Direttiva 78/660/KEE u l-Artikolu 48 tad-Direttiva 83/349/KEE għandhom jitħassru. Artikolu 16 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1992. Huma għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni minnufih. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 1993 u, rigward id-dokumenti tal-kontijiet, għandhom japplikaw għall-ewwel darba għall-kontijiet annwali tas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 1993 jew matul is-sena 1993. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 17 Il-Kumitat tal-Kuntatt stabbilit skond l-Artikolu 52 tad-Direttiva 78/660/KEE għandu wkoll: (a) iħaffef, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 169 u 170 tat-Trattat, l-applikazzjoni armonizzata ta’ din id-Direttiva, permezz ta’ laqgħat regolari li jittrattaw, b’mod partikolari, il-problemi prattiċi li jinħolqu b’konnessjoni ma’ l-applikazzjoni tagħha; (b) jagħti parir lill-Kummissjoni, jekk meħtieġ, dwar kull żjieda jew emenda għal din id-Direttiva. Artikolu 18 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1989. Għall-Kunsill Il-President E. Cresson [1] ĠU C 105, ta’ l-1.4.1988, p. 6. [2] ĠU C 345, tal-21.12.1987, p. 76 u ĠU C 256, tad-9.10.1989, p. 27. [3] ĠU C 319, tat-30.11.1987, p. 61. [4] ĠU L 65, ta’ l-14.3.1968, p. 8. [5] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. [6] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. [7] ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20. [8] ĠU L 44, tas-16.2.1989, p. 40. --------------------------------------------------