Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976R0300

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom

    ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1–2 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1976/300/oj

    31976R0300



    Official Journal L 038 , 13/02/1976 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0116
    Greek special edition: Chapter 01 Volume 2 P. 0010
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0116
    Spanish special edition: Chapter 01 Volume 2 P. 0055
    Portuguese special edition Chapter 01 Volume 2 P. 0055


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76

    tad-9 ta' Frar 1976

    li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2577/75 [2], u partikolarment l-Artikolu 56a, it-tieni paragrafu tar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni sottomessa wara li kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

    Billi hu għall-Kunsill, filwaqt li jaġġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni sottomessa wara li kkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għall-allowances għax-xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Uffiċjal imħallas minn approprjazzjonijiet fil-budget tar-riċerka u l-investiment u impjegat fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka jew fuq azzjoni indiretta, jew imħallas minn approprjazzjonijiet fil-budget operazzjonali u impjegat f'ċentru tal-kompjuters, jew dipartiment tas-sigurtà, u li jaħdem xogħol bix-xift fis-sens ta' l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun intitolat għal allowance ta':

    - Bfrs 2685 – fejn id-dipartiment jaħdem fuq bażi ta' żewġ xifts, esklużi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi;

    - Bfrs 4430 – fejn id-dipartiment jaħdem fuq bażi ta' erba' u għoxrin siegħa kuljum, esklużi s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi;

    - Bfrs 6041 – fejn id-dipartiment jaħdem fuq bażi kontinwu,

    għandha tkun aġġustata mill-koeffiċjent applikabbli għas-salarju ta' l-uffiċjal.

    2. Fejn xogħol bix-xifts ma jkomplix matul ix-xahar kollu, wieħed minn tletin ta' l-allowance msemmija għandha tiġi mħallsa għal kull jum li fih huma maħdumin xifts. Madankollu, l-ebda allowance m'għandha tkun imħallsa jekk in-numru ta' jiem ta' xogħol bix-xift hu nqas minn tlieta għal kull xahar.

    3. Uffiċjal li jista' juri li għal perjodu ta' mhux iżjed minn xahar hu ma kienx jista' jagħmel xogħol bix-xift minħabba raġunijiet ta' mard, inċident, shutdown, leave għal attendenza ta' korsijiet ta' taħriġ jew leave annwali, għandu jżomm l-intitolament tiegħu għall-allowance. Jekk il-perjodu li matulu ma jkunx jista' jagħmel xogħol bix-xift jestendi għal iżjed minn xahar, l-intitolament tiegħu għall-allowance għandu jiġi sospiż fl-aħħar ta' dak ix-xahar sakemm jerġa' jibda jaħdem.

    Artikolu 2

    Uffiċjal li hu intitolat li jitħallas l-allowance prevista fl-Artikolu 1 jista' jirċievi l- allowances għal xogħol partikolarment iebes previsti fl-Artikolu 100 tar-Regolamenti tal-Persunal biss sa massima ta' 600 punti, li għandhom jiġu stabbiliti skond ir-Regolament (Euratom) Nru 1799/72 [3].

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għall-persunal temporanju, awżiljarji u ta' l-istabbiliment.

    Artikolu 4

    L-Artikoli 1 u 4, it-tieni paragrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1371/72 tas-27 ta' Ġunju 1972 li jistabbilixxi r-rati u l-kondizzjonijiet ta' l-allowances speċjali li jistgħu jiġu mogħtija lil uffiċjali jew aġenti li huma mħallsin minn approprjazzjonijiet fil-budget tar-Riċerka u l-investiment u impjegati fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka jew fuq azzjoni indiretta għal servizzi ta' natura speċjali [4], huma mħassrin.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta' Frar 1976.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Frar 1976.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Thorn

    [1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

    [2] ĠU L 263, tal-11.10.1975, p. 1.

    [3] ĠU L 192, tat-22.8.1972, p. 1.

    [4] ĠU L 149, ta' l-1.7.1972, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top