Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975L0035

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1974 li testendi l-firxa tad-Direttiva Nru 64/221/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' miżuri speċjali rigward il-moviment u r-residenza ta' ċittadini barranin li huma ġġustifikati għar-raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika sabiex tinkludi ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jeżerċitaw id-dritt li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor wara li jkunu segwew fih attività fil-kapaċità ta' persuni li jaħdmu għal rashom

ĠU L 14, 20.1.1975, p. 14–14 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/04/2006; Imħassar b' 32004L0038

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1975/35/oj

31975L0035



Official Journal L 014 , 20/01/1975 P. 0014 - 0014
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0175
Greek special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0175
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0045
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 2 P. 0045


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta' Diċembru 1974

li testendi l-firxa tad-Direttiva Nru 64/221/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' miżuri speċjali rigward il-moviment u r-residenza ta' ċittadini barranin li huma ġġustifikati għar-raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika sabiex tinkludi ċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li jeżerċitaw id-dritt li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor wara li jkunu segwew fih attività fil-kapaċità ta' persuni li jaħdmu għal rashom

(75/35/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 56(2) u l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi d-Direttiva Nru 64/221/KEE [3] ikkoordinat il-miżuri speċjali li jirrigwardaw il-moviment u r-residenza taċ-ċittadini barranija li jkunu ġġustifikati għar-raġunijiet tal-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika u billi d-Direttiva Nru 75/34/KEE [4] stabbiliet il-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadini ta' Stat Membru li jibqgħu fi Stat Membru ieħor wara li jkunu segwew fih attività fil-kapaċità ta' persuni li jaħdmu għal rashom;

Billi d-Direttiva Nru 64/221/KEE għandha għalhekk tapplika għall-persuni li għalihom tapplika d-Direttiva Nru 75/34/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva Nru 64/221/KEE għandha tapplika għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri u l-familji tagħhom li jkollhom id-dritt li jibqgħu fit-territorju ta' Stat Membru skond id-Direttiva Nru 75/34/KEE.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, fi żmien tnax-il xahar min-notifika ta' din id-Direttiva, idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tagħha u għandhom jgħarrfu minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Durafour

[1] ĠU C 14, tas-27.3.1973, p. 21.

[2] ĠU C 142, tal-31.12.1972, p. 10.

[3] ĠU C 56, ta' l-4.4.1964, p. 850/64.

[4] ĠU L 14, tas-17.12.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

Top