Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31972L0230

    It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1972 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatata mar-regolamenti li jikkontrollaw it-taxxa fuq il-bejgħ u t-taxxa tas-sisa applikabbli fuq vjaġġar internazzjonali

    ĠU L 139, 17.6.1972, p. 28–31 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(II) P. 565 - 568

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008; Impliċitament imħassar minn 32007L0074

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1972/230/oj

    31972L0230



    Official Journal L 139 , 17/06/1972 P. 0028 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0017
    Danish special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0544
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0017
    English special edition: Series I Chapter 1972(II) P. 0565
    Greek special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0030
    Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0033
    Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0033


    It-Tieni Direttiva tal-Kunsill

    tat-12 ta' Ġunju 1972

    fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatata mar-regolamenti li jikkontrollaw it-taxxa fuq il-bejgħ u t-taxxa tas-sisa applikabbli fuq vjaġġar internazzjonali

    (72/230/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 99 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 1969 (1) fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatati ma' l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-bejgħ u t-taxxa tas-sisa fuq oġġetti importati waqt vjaġġar internazzjonali [1];

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

    Billi, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tat-22 ta' Marzu 1971 [2] dwar il-ħolqien fi stadji ta' unjoni ekonomika u monetarja fil-Komunità, titlob b'mod partikolari, għal twessigħ gradwali ta' l-eżenzjoni mit-taxxa mogħtija lill-individwi meta dawn ikunu qed jaqsmu l-fruntieri intra-Komunitarji;

    Billi huwa xieraq li l-ivjaġġar tal-passiġġieri bejn l-Istati Membri jitħaffef permezz ta' żieda fl-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-bejgħ u mit-taxxa tas-sisa msemmija fid-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 1969; billi, għal dak il-għan u sabiex jitnaqqsu l-kontrolli, minn issa 'l quddiem għandhom jiġu simplifikati d-dikjarazzjonijiet magħmula minn vjaġġaturi li qed jaqsmu l-fruntieri intra-Komunitarji f'każijiet fejn il-valur jew il-kwantità ta' oġġetti fil-pussess tagħhom ma jaqbiżx il-limitu ta' eżenjoni mid-dazju.

    Filwaqt li, persuni li jgħixu ħdejn il-fruntieri intra-Komunitarji u l-ekwipaġġ tal-mezzi ta' trasport użati fuq livell internazzjonali għanhom minn issa ‘l quddiem ikunu eliġibbli għal ċerti eżenjonijiet;

    Billi, minħabba l-problemi tekniċi li ħarġu mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva msemmija hawn fuq, għandhom jiġu trattati ċerti problemi marbuta mar-remissjoni tat-taxxa fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut;

    Billi, minħabba l-ħolqien progressiv ta' żona ekonomika b'karatteristiċi jixbhu lil dawk ta' suq domestiku li jħaddan lill-Komunità, l-Istati Membru sa jkollhom ineħħu, fil-każ ta' kummerċ intra-Komunitarju, is-sistemi fis-seħħ bħalissa li jinvolvu r-remissjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni u l-imposizzjoni ta' taxxa fuq l-importazzjoni u għaldaqstant anke r-remissjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ u t-taxxa tas-sisa fl-istadju ta' bejgħ bl-imnut.

    Billi, minkejja dan, it-tneħħija sħiħa tat-tali remissjonijiet tat-taxxa tista' tinkiseb biss gradwalment; billi, l-ewwel pass għandu jkun li jkunu stabbiliti ċerti regoli komuni marbuta mal-każijiet standard ta' remissjoni mit-taxxa fl-istadju ta' bejgħ bl-imnut applikabbli għal persuni li jgħixu fil-Komunità;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 1969 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fil-paragrafu 1, il-kliem "mija u ħamsa w għoxrin unità tal-għadd"

    iridu jiġu sostitwiti b' "ħamsa u sebgħin unità tal-għadd";

    (b) fil-paragrafu 2, il-kliem "tletin unità tal-għadd"

    iridu jiġu sostitwiti b' "għoxrin unità tal-għadd"

    (ċ) fil-paragrafu 3, il-kliem "mija u ħamsa u għoxrin unità tal-għadd"

    iridu jiġu sostitwiti b' "ħamsa u sebgħin munita tal-għadd".

    Artikolu 2

    "1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-vjaġġaturi li r-residenza tagħhom hija barra mill-Ewropa, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-limiti kwantitattivi li ġejjin, għall-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-bejgħ u t-taxxa tas-sisa ta' l-oġġetti mniżżla hawn taħt:

    | I Vjaġġar bejn pajjizi terzi u l-Komunità | II Vjaġġar bejn l-Istati Membri |

    a)prodotti tat-tabakk:

    sigarretti | 200 | 300 |

    jew | | |

    cigarillos (sigarri b'piż ta' mhux iktar minn 3 grammi kull wieħed) | 100 | 150 |

    jew | | |

    sigarri | 50 | 75 |

    jew | | |

    Tabakk għat-tipjip | 250 g | 400 g |

    b)xorb alkoħoliku:

    —xarbiet distillati u spirti b'qawwa alkolħolika li taqbeż it-22o | flixkun standard (0,7 sa litru) | sa total ta' 1,5 literig |

    or | | |

    — xarbiet distillati u spirti, u aperitivi b'bażi ta' inbid jew alkoħol b'qawwa alkoħolika li ma taqbiżx it-22o, inbejjed bil-gass, inbejjed fortifikati | sa total ta' 2 litri | sa total ta' 3 litri |

    u | | |

    —inbejjed bla gass | sa total ta' 2 litri | sa total ta' 3 litri |

    ċ)fwejjaħ | 50 g | 75 g |

    u | | |

    "toilet-waters" | 1/4 ta' litru | 3/8 ta' litru |

    d)kafe | 500 g | 750 g |

    jew | | |

    estratti tal-kafe u essenzi: | 200 g | 300 g |

    e)te | 100 g | 150 g |

    jew | | |

    estratti tat-te: | 40 g | 60 g" |

    Artikolu 3

    "1. L-Istati Membri jistgħu inaqqsu l-valur u/jew il-kwantità ta' oġġetti li jistgħu jiddaħħlu mingħajr ħlas ta' dazju, sa wieħed minn għaxra tal-valuri u/jew kwantitajiet li hemm provvdut għalihom fl-Artikoli 2 u 4 (1), kolonna II, fejn it-tali oġġetti importati minn Stat Membru ieħor minn persuni residenti fiż-żona tal-fruntiera ta' l-Istat Membru li qed jimporta jew f'dik ta' l-Istat Membru ġar, minn ħaddiema li jaħdmu fiż-żona tal-fruntiera, jew mill-ekwipaġġ ta' mezzi ta' trasport użati fi vjaġġar internazzjonali.

    Madankollu, id-dritt li ma jitħallasx dazju fuq l-oġġetti mniżżla hawn taħt jista' jkun kif ġej:

    (a) prodotti tat-tabakk:

    sigaretti | 40 |

    jew | |

    sigarri żgħar (sigarri b'piż ta' mhux aktar minn 3 grammi kull wieħed) | 20 |

    jew | |

    sigarri | 10 |

    jew | |

    tabakk għat-tipjip | 50 g |

    (b) xorb alkoħoliku

    —xarbiet distillati u spirti b'qawwa alkoħolika li taqbeż it-22o | 0.25 litri |

    jew | |

    —xarbiet distillati u spirti, u aperitivi b'bażi ta' inbid jew alkoħol b'qawwa alkoħolika lima taqbiżx it-22o, inbejjed bil-gass, inbejjed fortifikati | 0.50 litri |

    u | |

    —inbejjed bla gass | 0.50 litri |

    2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-limiti l-aktar baxxi f'dak li għandu x'jaqsam mal-valur u/jew il-kwantita għall-eżenzjoni ta' oġġetti meta dawn ikunu mpurtati minn pajjiż terz minn persuni residenti fuq iż-żona tal-fruntiera, minn ħaddiema li jaħdmu fiż-żona tal-fruntiera jew mill-ekwipaġġ ta' mezzi ta' trasport użati fl-ivjaġġar bejn pajjiżi terzi u l-Komunità.

    3. L-Istati Membri jisgħu jistabbilixxu l-limiti l-aktar baxxi għal dak li għandu x'jaqsam mal-valur u/jew il-kwantità għall-eżenzjoni ta' oġġetti meta dawn huma importati minn Stat Membru ieħor minn membri tal-forzi armati ta' Stat Membru, inklużi l-ħaddiema mhux militari u l-irġiel jew nisa tagħhom u t-tfal dipendenti minnhom, stazzjonati fi Stat Membru ieħor.

    4. Ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw meta l-persuni li hemm referenza għalihom f'dawn il-paragrafi jipproduċu evidenza li turi li huma sejrin lil hinn miż-żona tal-fruntiera jew li mhux sa jirritornaw miż-żona tal-fruntiera ta' l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ġar.

    Madankollu, dawn ir-restrizzjonijiet xorta għandhom japplikaw għall-ħaddiema taż-żona tal-fruntiera u għall-ekwipaġġ tal-mezzi ta' trasport użati fi vjaġġar internazzjonali meta dawn jimpurtaw oġġetti waqt li jkunu qed jivjaġġaw waqt xogħolhom.

    5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4:

    - "żona tal-fruntiera" tfisser żona li f'linja dritta ma testendix aktar minn 15-il kilometru mill-fruntiera ta' Stat Membru. Madankollu, kull Stat Membru għandu jinkludi fiż-żona tal-fruntiera tiegħu id-distretti amminstrattivi lokali li parti minnhom qiegħda fiż-żona;

    - "ħaddiem taż-żona tal-fruntiera" tfisser kull persuna li l-attivitajiet normali tagħha jirrikjedu li fil-ġranet ta' xogħol tmur fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera."

    Artikolu 4

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 1969 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) It-test ta' dak l-Artikolu għandu jsir il-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu;

    (b) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli relatati mal-bejgħ li jsir fil-ħwienet ta' l-ajruporti taħt il-kontroll tad-dwana u fuq l-ajruplan, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta' bejgħ fl-istadju ta' bejgħ bl-imnut, fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet mitluba mill-paragrafi 3 u 4, jawtorizzaw ir-remissjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ fuq oġġetti li jkunu qed jinġarru fil-bagalja personali ta' vjaġġaturi li qed jitilqu minn Stat Membru. Ma tista' tinagħta l-ebda remissjoni fuq taxxa tas-sisa.

    3. Fil-każ ta' vjaġġaturi li d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom qiegħda barra mill-Komunità, kull Stat Membru jista' jistabbilixxi limiti u kondizzjonijiet ta' applikazzjoni dwar ir-remissjoni tat-taxxa.

    Fil-każ ta' vjaġġaturi, li d-domiċilju, ir-reżidenza abitwali jew il-post tax-xogħol tagħhom qiegħed ġo Stat Membru, jista' jkun hemm remissjoni tat-taxxa biss fuq oġġetti li l-valur individwali tagħhom, inkluża t-taxxa, jaqbeż l-ammont speċifikat fl-Artikolu 2(1).

    L-Istati Membri jistgħu jżidu dak l-ammont. Barra minn hekk, jistgħu ukoll jeskludu r-residenti tagħhom mill-benefiċċju ta' din ir-remissjoni tat-taxxa.

    4. Ir-remissjoni tat-taxxa għandha tkun suġġeta:

    (a) fil-każijiet li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 3, għall-produzzjoni ta' kopja ta' l-irċevuta jew ta' xi dokument ieħor minfloku, endorsjat mid-dwana ta' l-Istati Membru li qed jesportaw biex jiċċertifika l-esportazzjoni ta' l-oġġetti;

    (b) fil-każijiet li hemm referenza għalihom fit-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 3, għall-produzzjoni ta' kopja ta' l-irċevuta jew xi dokument ieħor minfloku, endorsjat mid-dwana ta' l-Istat Membru fejn issir l-aħħar importazzjoni jew minn awtorità oħra ta' dak l-Istat Membru li hija kompetenti f'kwistjonijiet ta' taxxa fuq il-bejgħ.

    5. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

    - "domiċilju jew residenza abitwali" tfisser il-post imniżżel bħala tali f'passaport, karta ta' identità jew, jekk mhux f'dawn, f'dokumenti oħra ta' identità li l-Istat Membru li qed jesporta jirrikonoxxi bħala validi;

    - "oġġett" iffisser ħaġa jew ġabra ta' ħwejjeġ li normalment jagħmlu ħaġa sħiħa."

    Artikolu 5

    "Artikolu 7a

    L-Istati Membri, għandhom fil-qafas ta' vjaġġar intra-Komunitarju, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-vjaġġaturi li jikkonfermaw taċitament jew b'dikjarazzjoni sempliċi orali li huma jikkonformaw mal-limiti awtorizzati u mal-kondizzjonijiet għad-drittijiet li ma jħallsux dazju."

    Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom ipoġġu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw:

    - ma' l-Artikli 1, 2, 3 u 5 ta' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1972;

    - ma' l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1973.

    2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkun adotta biex jimplimenta din id-Direttiva.

    Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-12 ta' Ġunju 1972.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Dupong

    [1] ĠU L 133, ta' l-4.6.1969, p. 6

    [2] ĠU C 28, tas-27.3.1971, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top