EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31969L0063

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 1969 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf

ĠU L 48, 26.2.1969, p. 8–12 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1969(I) P. 57 - 60

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1969/63/oj

31969L0063



Official Journal L 048 , 26/02/1969 P. 0008 - 0012
Danish special edition: Series I Chapter 1969(I) P. 0052
English special edition: Series I Chapter 1969(I) P. 0057
Greek special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0088
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0070
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0070
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0006
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 65 P. 0006


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta' Frar 1969

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf

(69/63/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali,

Billi ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1966 [2] dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf għandhom jiġu emendati;

Billi huwa xieraq li jiġu amplifikati l-miżuri provviżorji u li jiġi awtorizzat l-użu taż-żerriegħa ta' ġenerazzjonijiet qabel iż-żerriegħa bażika;

Billi huwa meħtieġ li jiġu inklużi Speċi ġodda taż żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf fid-Direttiva u biex jiġu ffissati l-ħtiġiet minimi għalihom;

Billi, jekk ċerti Speċi taż-żerriegħa m'humiex normalment riprodotti jew mqiegħda fis-suq fit-territorju ta' Stat Membru, disposizzjonijiet għandhom isiru għar-rilaxx ta' dak l-Istat, taħt il-proċedura tal-Kumitat Permanenti dwar Żerriegħa u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija, mill-obbligazzjonijiet li japplikaw dik id-Direttiva dwar l-ispeċje f'dan il-każ;

Billi, dwar iż-żerriegħa kummerċjali, ċerti ħtiġiet fir-rigward tat-tqegħid fis-suq għandhom jitnaqqsu u l-kulur tat-tikketta għandu jinbidel;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa għall-pjanti ta' l-għalf għandha tiġi emendata kif preskritta fl-Artikoli li ġejjin.

Artikolu 2

It-test Ingliż ma jeħtieġ l-ebda emendi magħmula b'dan l-Artikolu.

Artikolu 3

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 2 (1);

Leguminosae | Legumi |

Hedysarum coronarium L. | Sulla |

Lotus corniculatus L. | Qrempuċ tal-mogħoż |

lupininus spec.apparti millilupininus perennis L. | lupini, apparti millilupini perenni |

Medicago lupulina L. | Medicago lupulina L. |

Medicago sativa L. | Nifel barri |

Medicago varia Martyn | Medicago varia Martyn |

Onobrychis sativa Lam. | Xorta ta' ħuxlief |

Pisum arvense L. | Piżelli ħadra |

Trifolium alexandrinum L. | Silla Eġizzjana |

Trifolium hybridum L. | Silla Alsike |

Trifolium incarnatum L. | Silla krimżija |

Trifolium pratense L. | Silla ħamra |

Trifolium repense L. | Silla bajda |

Trifolium resupinatum L. | Silla Persjana |

Trigonella foenum-graecum L. | Fienu Ġilbiena u fażola |

Vicia spec.ħliefVicia faba major L. | apparti milli fulaħdar.'" |

Speċi oħra | Kaboċċa Svediæa |

Brassica napus L. var. napobrassica (L.)Peterm. | |

Brassica oleracea L.convar acephala (DC) | Felful (pastard) ta' l-għalf felful (kaboċċi) |

Raphanus sativus L.ssp. oleifera (DC) Metzg. | Ravanell għall-għalf." |

4. "(a) li huwa ta' dixxendenza diretta taż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata, jew, jekk min jiżra hekk jitlob, minn ġenerazzjoni ta' qabel iż-żerriegħa bażika li tkun instabet permezz ta' l-eżami uffiċjali li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;"

5. "2. L-Istati Membri jistgħu, matul il-perijodu transitorju u mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, u b'deroga mill-paragrafu 1 (C), jiċċertifikaw bħala żerriegħa ċċertifikata ż-żerriegħa li tkun ta' dixxendenza diretta ta' żerriegħa kkontrollata uffiċjament minn Stat Membru taħt l-iskema fit-tħaddin f'dak iż-żmien li toffri l-istess assigurazzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata bħaż-żerriegħa bażika jew taż-żerriegħa ċċertifikata bi qbil mal-prinċipji ta' din id-Direttiva.

3. Id-dritt ta' l-Istati Membri li jagħmlu żerriegħa ta' l-ispeċi suġġetta għad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jiġu effettwati."

Artikolu 4

"1. l-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa ta':

Brassica napus L. var. naprobrassica (L.) Peterm.

Brassica oleracea L. convar. acephala (DC)

Dactylis glomerata L.

Festuca arundinacea Schreb.

Festuca pratensis Huds.

Festuca rubra L.

Lolium spec.

Phleum pratense L.

Medicago sativa L.

Medicago varia Martyn

Pisum arvense L.

Raphanus sativus L. ssp. oleifera (DC) Metzg.

Trifolium repens L.

u, mill-1 ta' Lulju 1971, iż-żerriegħa ta' Trifolium pratense L. ma' tistax titqiegħed fis-suq sakemm ma tkunx ġiet iċċertifikata bħala "żerriegħa bażika" jew "żerriegħa ċċertifikata" u kemm-il darba ma tkunx tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II."

Artikolu 5

Fl-Artikolu 8 (3) il-kelma "lottijiet" għandha tiġi sostituta għall-kelma "konsennji".

Artikolu 6

"2. Pakketti li jkunu ġew uffiċjalment issiġillati m'għandhomx ikunu ssiġillati mill-ġdid, sew jekk għal darba jew aktar, ħlief uffiċjalment. Jekk il-pakketti jkunu ssiġillati mill-ġdid, id-data l-aktar reċenti li fiha jkunu ġew issiġallati mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għal dan għandha tkun iddikjarata fuq it-tikketta meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 10 (1)."

Artikolu 7

1. Fl-Artikolu 10 (1) (a) il-kelma "kannella" għandha tkun mibdula minflok il-kliem "isfar oskur".

2. "(b) ikun fih dokument uffiċjali, ta' l-istess kulur bħat-tikketta, li jagħti l-istess tagħrif bħal dak meħtieġ permezz ta' l-Anness IV (A) (a) (3), (4) u (5) għat-tikketta u, fil-każ taż-żerriegħa kummerċjali, it-tagħrif meħtieġ permezz ta' l-Anness IV (b) (2), (4) u (5); dan id-dokument ma jkunx meħtieġ jekk it-tagħrif ikun stampat b'mod li ma jitħassarx fuq il-kontenitur."

Artikolu 8

"Artikolu 15

1. l-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa għall-pjanti ta' l-għalf prodotta direttament minn żerriegħa bażika ċċertifikata fi Stat Membru wieħed u maħsuda fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz tista' tiġi ċċertifikata fl-Istat li jkun ipproduċa ż-żerriegħa bażika jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għaż-żerriegħa ċertifikata jkunu mħarsa.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika bl-istess mod għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata prodotta direttament minn żerriegħa ta' ġenerazzjoni ta' qabel iż-żerriegħa bażika li tista' tissodisfa u tkun instabet permezz ta' eżami uffiċjali li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika;"

Artikolu 9

Id-data l-"1 ta' Lulju 1970" għandha tiġi sostitwita bid-data mogħtija fl-aħħar sentanza ta' l-Artikolu 16 (2).

Artikolu 10

Fl-Artikolu 20 (1) il-kliem "taż-żerriegħa bażika" għandhom jiddaħħlu wara l-kliem "il-kontroll ta' kull sena li jsir wara ta' l-kontroll tal-kampjuni taż-żerriegħa".

Artikolu 11

"Artikolu 23a

Fuq l-applikazzjoni minn Stat Membru, li għandha tkun ittrattata kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 21, dak l-Istat jista' jkun imħolli għal kollox jew parzjalment mill-obbligazzjoni li japplika din id-Direttiva dwar ċerti speċi jekk iż-żerriegħa ta' dawk l-ispeċi ma tkunx normalment riprodotta jew mqiegħda fis-suq fit-territorju tiegħu."

Artikolu 12

1. "4a 4a Fil-każ ta' l-ispeċi Brassica, id-distanzi minimi mill-uċuh tar-raba' fil-qrib ta' varjetajiet jew sub-Speċi oħrajn għandhom ikunu:

400m għal żerriegħa bażika

200m għal żerriegħa ċċertifikata

Dawn id-distanzi jistgħu jiġu injorati jekk ikun hemm protezzjoni suffiċjenti minn kull tniġġiż barrani mhux mixtieq."

2. Fl-Anness I (5) il-kliem "għal speċi oħrajn b'fertilizzazzjoni bagħlija" għandhom jiġu sostitwiti għall-kliem "għal speċi b'fertilizzazzjoni bagħlija".

Artikolu 13

"Speċi | Purità analitika minima (% skond il-piż) | Kontenut massimu ta' żerriegħa tal-ħaxix ħażin (% skond il-piż) | Ġerminazzjoni minima (% ta' żerriegħapura) | Kontenutmassimu ta'żerriegħa iebsa (% ta' żerriegħa pura) |

(b)Leguminosae | | | | |

Hedysarum coronarium L. | 95 | 0.1 | 75 | 25 |

Lotus corniculatus L. | 95 | 0.8 | 75 | 40 |

Lupinus spec. | 97 | 0.2 | 80 | 20 |

Medicago lupulina L. | 97 | 0.8 | 80 | 20 |

Medicago sativa L. | 97 | 0.5 | 80 | 40 |

Medicago varia Martyn | 97 | 0.5 | 80 | 40 |

Onobrychis sativa L. | 95 | 1.5 | 75 | 20 |

Pisum arvense L. | 97 | 0.1 | 80 | - |

Trifolium alexandrinum L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trifoilum hybridum L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trifolium incrnatum L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trifolium pratense L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trifolium repens var. Giganteum | 97 | 0.5 | 80 | 40 |

Trifolium repens L. | 97 | 0.8 | 80 | 20 |

Trifolium resupinatum L. | 97 | 0.5 | 80 | 20 |

Trigonella foenum graecum L. | 95 | 0.1 | 80 | - |

Vicia faba | 97 | 0.1 | 85 | 20 |

Vicia al. spec. | 97 | 0.5 | 85 | 20" |

"Speċi | Purità minimaanalitika (% skond il-piż) | Kontenutmassimu ta' żerriegħa ta' ħaxix ħażin (% skond il-piż) | Ġerminazzjoni minima (% ta' żerriegħa pura) | Kontenutmassimu ta'żerriegħa iebsa (% ta' żerriegħa pura) |

c)(C) Speċi oħrajn | | | | |

Speċi Brassika | 98 | 0.5 | 80 | — |

Raphanus sativus L.ssp.oleifera (DC) Metzg. | 95 | 0.5 | 80 | —" |

1. 2. 3. "2. 2. Fil-każ ta' Poa annua L., 10 %, ta' l-ispeċi Poa l-oħrajn, 3 % taż-żerriegħa ta' l-ispeċi Poa l-oħrajn m'għandhiex titqies bħala impurità."

Artikolu 14

1. "1. 1. "Ir-regoli u n-normi tal-KEE"

2. 2. L-Awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-Istati Membri jew l-inizjali tagħhom."

2. "(b) Għall-żerriegħa kummerċjali:

1. "Ir-regoli u n-normi tal-KEE"

2. "Iż-żerriegħa kummerċjali (mhux iċċertifikata fir-rigward tal-varjetà)"

3. L-Awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-Istati Membri jew l-inizjali tagħhom.

4. In-numru tar-referenza tal-lott

5. L-ispeċi [3]

6. Ir-reġjuni tal-produzzjoni

7. Il-piż nett jew gross iddikjarat."

3. B'dana kollu, tikketti li juri t-tagħrif meħtieġ permezz ta' l-Annes IV (A) (a) (1) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħi tal-pjanti ta' l-għalf jistgħu jintużaw kollha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1970.

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1969, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 18 ta' Frar 1969.

Għall-Kunsill

Il-President

J. P. Buchler

[1] ĠU Nru C, 19.10.1968, p. 30

[2] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2298/66

[3] Fil-każ ta' lupini, għandu jiġi dikjarat jekk il-lupini in kwistjoni huma morri jew ħelwin.

--------------------------------------------------

Top