Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31968D0416

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 dwar il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-patti ta’ ftehim individwali bejn il-Gvernijiet li għandhom x’jaqsmu ma l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew tal-prodotti tal-petrolju

    ĠU L 308, 23.12.1968, p. 19–19 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1968(II) P. 591 - 591

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2012; Imħassar b' 32009L0119

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1968/416/oj

    31968D0416



    Official Journal L 308 , 23/12/1968 P. 0019 - 0019
    Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0031
    Danish special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0580
    Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0031
    English special edition: Series I Chapter 1968(II) P. 0591
    Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0037
    Spanish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0128
    Portuguese special edition Chapter 12 Volume 1 P. 0128


    Id-deċiżjoni tal-kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968

    dwar il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-patti ta’ ftehim individwali bejn il-Gvernijiet li għandhom x’jaqsmu ma l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew tal-prodotti tal-petrolju

    (68/416/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 103 miġjub fih;

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Billi l-Kunsill adotta d-Direttiva ta’ l-20 ta’ Diċembru 1968 [1] li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea sabiex iżommu ħażniet minimi ta’ żejt mhux maħdum u/jew prodotti ta’ żejt mhux raffinat;

    Billi l-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva jagħmel dispożizzjonijiet għall-istabbiliment, skond il-patti ta’ ftehim individwali bejn il-Gvernijiet, ta’ ħażniet ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru akkont ta’ impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor;

    Billi jidher xieraq li tiġi preskritta proċedura sabiex jiġi applikat fil-każ li dawn il-patti ta’ ftehim ma jintlaħqux fi żmien raġjonevoli jew ma jkunux qegħdin jiġu mħarsa;

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fejn ftehim bejn il-Gvernijiet kif provdut fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1968 ma jkunx intlaħaq bejn il-Gvernijiet konċernati f’perjodu ta’ żmien ta’ tmien xhur wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva jew billi dan il-ftehim ma ġiex imħares, il-Gvernijiet konċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Gvernijiet konċernati miżuri xierqa sabiex jegħlbu dawn id-diffikultajiet.

    Artikolu 2

    Fejn ma ntlaħaqx ftehim bejn il-Gvernijiet fi żmien tliet xhur wara l-proposta mill-Kummissjoni dwar il-miżuri xierqa sabiex jintegħlbu d-diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal Direttiva, jew għal kull miżura oħra xierqa, quddiem il-Kunsill.

    Din il-proposta għandha tipprovdi b’mod partikolari għal proċedura li biha r-reġistrazzjoni, s-sorveljanza u t-trasport tal-ħażniet miżmuma fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu assigurati u għandhom jagħtu kont tal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fl-20 ta’ Diċembru 1968.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. Lattanzio

    [1] ĠU L 308, tat-23.12.1968, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top