EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Żvilupp

development

Il-politika ta’ kooperazzjoni ta’ żvilupp hija waħda mill-pilastri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea (UE). Il-politika ta’ kooperazzjoni ta’ żvilupp hija bbażata fuq il-prinċipji fundamentali stabbiliti fit-trattati Ewropej (Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Titolu III)). L-għan ewlieni huwa t-tnaqqis u, fit-tul, il-qerda tal-faqar. Hija tippromwovi s-sostenibilità fid-dimensjonijiet kollha tagħha – soċjali, ambjentali, ekonomiċi u politiċi. L-UE tindirizza l-isfidi globali permezz ta’ sħubiji internazzjonali li jsostnu u jippromwovu l-valuri u l-interessi Ewropej, u jikkontribwixxu għall-paċi u l-prosperità fid-dinja. L-UE u l-Istati Membri tal-UE huma l-fornituri ewlenin ta’ għajnuna ta’ żvilupp uffiċjali madwar id-dinja.