This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Dawn għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-iżvilupp billi jistabbilixxu relazzjonijiet ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u s-sitt pajjiżi kkonċernati.
Il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) tikkonsisti fi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/882 dwar id-deroga mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-EPA bejn is-SADC u l-UE dwar l-alonga ppreparata jew ippreservata tal-intestatura HS 1604, immanifatturata minn alonga mhux oriġinarja tal-Intestaturi HS 0302 jew 0303, mogħtija lin-Namibja bi kwota annwali ta’ 800 tunnellata metrika.
Sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn l-UE u l-SADC kollha, il-ftehim japplika b’mod provviżorju mill- bejn l-UE u l-Botswana, il-Lesoto, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u l-Eswatini kif indikat fl-avviż (ara d-dokumenti relatati hawn taħt) u mill- bejn l-UE u l-Mozambique (ara l-avviżi rilevanti taħt id-dokumenti relatati hawn taħt).
L-applikazzjoni provviżorja teskludi l-Artikolu 12(4), li jittratta l-appoġġ tal-Istati Membri tal-UE għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-EPA SADC li kien diġà applikabbli.
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1623 ilha tapplika mill-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal- dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, , pp. 1–2).
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, , pp. 3–2120).
l-aħħar aġġornament