Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Messiku

SOMMARJU TA’:

Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani

Id-Deċiżjoni 2005/766/KE – Konklużjoni tal-Ftehim għal Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli formali għal kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, issa l-Unjoni Ewropea (UE), u l-Messiku, bl-għan li jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija ta’ interess komuni.

Permezz tad-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-konklużjoni tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea.

PUNTI EWLENIN

L-attivitajiet imwettqa skont il-ftehim huma bbażati fuq sett ta’ prinċipji:

  • benefiċċju reċiproku;
  • opportunitajiet reċiproċi;
  • skambju ta’ informazzjoni f’waqtu;
  • protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali u l-kondiviżjoni ġusta tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Oqsma ta’ kooperazzjoni

L-attivitajiet kooperattivi iridu jkunu mmirati lejn il-promozzjoni tal-progress xjentifiku, il-kompetittività industrijali u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

  • ir-riċerka dwar l-ambjent u l-klima, inkluża l-osservazzjoni tad-dinja;
  • ir-riċerka bijomedika u dwar is-saħħa;
  • l-agrikoltura, il-foresterija u s-sajd;
  • it-teknoloġiji industrijali u tal-manifattura;
  • ir-riċerka dwar l-elettronika, il-materjali u l-metroloġija;
  • l-enerġija mhux nukleari;
  • it-trasport;
  • it-teknoloġiji tas-soċjetà tal-informazzjoni;
  • ir-riċerka dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali;
  • il-bioteknoloġiji;
  • l-ajrunawtika u r-riċerka dwar l-ispazju u r-riċerka applikata; u
  • il-politika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.

Attivitajiet

Attivitajiet koperattivi jistgħu jinkludu:

  • l-istabbiliment ta’ networks u alleanzi istituzzjonali għal terminu twil bejn iċ-ċentri ta’ riċerka u l-istituti tar-riċerka u tat-teknoloġija, u l-implimentazzjoni konġunta ta’ proġetti ta’ interess komuni;
  • l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni bejn iċ-ċentri ta’ riċerka u negozju fil-Messiku u fl-Ewropa, inklużi kumpaniji bbażati fuq it-teknoloġija;
  • il-parteċipazzjoni ta’ istituti tar-riċerka Messikani fi proġetti ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni taħt il-programm qafas eżistenti għar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-parteċipazzjoni reċiproka tal-istituti tar-riċerka stabbiliti fl-UE fi proġetti Messikani;
  • żjarat u skambji ta’ xjenzjati, dawk li jfasslu l-politika ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni u esperti tekniċi, inkluż taħriġ xjentifiku permezz tar-riċerka;
  • l-organizzazzjoni konġunta ta’ seminars, konferenzi, workshops u simpożji xjentifiċi, u l-parteċipazzjoni ta’ esperti f’tali attivitajiet;
  • l-iskambju u l-kondiviżjoni ta’ tagħmir u materjali, inkluż l-użu kondiviż u/jew is-self ta’ infrastruttura u tagħmir tal-laboratorju;
  • l-iskambju ta’ informazzjoni dwar proċeduri, liġijiet, regolamenti u programmi rilevanti għall-kooperazzjoni skont dan il-Ftehim, u l-iskambju ta’ esperjenza u studji dwar l-aħjar prattiki fil-politika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fit- għal perjodu inizjali ta’ ħames snin, u dan jista’ jiġġedded taċitament wara l-evalwazzjoni sħiħa, ibbażata fuq ir-riżultati, matul is-sena penultima ta’ kull perjodu suċċessiv ta’ ħames snin. Danġie mġedded taċitament l-aħħar fl-2020 għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin.

SFOND

Il-Ftehim jagħmel parti minn relazzjonijiet bilaterali usa’ bejn l-UE u l-Messiku li huma rregolati mill-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni (magħruf ukoll bħala l-ftehim globali).

Għal aktar informazzjoni, ara:

Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni fir-riċerka u fl-innovazzjoni mal-Messiku, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (ĠU L 290, , pp. 17–24).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/766/KE tat- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani (ĠU L 290, , p. 16).

l-aħħar aġġornament

Top