EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2443

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2443 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja

ST/14799/2022/INIT

ĠU L 319, 13/12/2022, p. 84–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2443/oj

13.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2443

tat-12 ta’ Diċembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/96/PESK (1), li tistabbilixxi missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia).

(2)

Fl-10 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2032 (2), li testendi l-mandat ta’ EUTM Somalia sal-31 ta' Diċembru 2022.

(3)

Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku Olistiku tal-involviment tal-PSDK fis-Somalja u fil-Qarn tal-Afrika, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM Somalia jiġi estiż ulterjorment sal-31 ta’ Diċembru 2024.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/96/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   EUTM Somalia għandha, b’mod partikolari, tappoġġa l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Taħriġ li hija proprjetà tas-Somalja bil-ħsieb li gradwalment tgħaddi, fil-prinċipju, ir-responsabbiltà tat-taħriġ lill-SNAF sa tmiem l-2024. EUTM Somalia għandha tipprovdi mentoraġġ għat-taħriġ taħt ir-responsabbiltà tas-Somalja u pprovdut minnha u żżomm il-kapaċità li ssegwi u tivvaluta l-unitajiet li tkun ħarrġet.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   EUTM Somalia għandha tipprovdi wkoll appoġġ, kif neċessarju u skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, lil atturi oħra tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-mandati rispettivi tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża fis-Somalja, b’mod partikolari lil EUCAP Somalia, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/389/PESK (*1), fir-rigward tal-interoperabbiltà bejn l-SNAF u l-forzi tal-pulizija Somali. Barra minn hekk, EUTM Somalia għandha tiffaċilita l-appoġġ mogħti mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (*2) b'mod partikolari billi tagħti pariri lill-SNAF dwar l-identifikazzjoni tal-assistenza meħtieġa, kif ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri dwar il-forniment ta' din l-assistenza.

(*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40)."

(*2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).”;"

(2)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.”;

(b)

jinżdied il-paragrafu li ġej:

“9.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2024 għandu jkun ta' EUR 29 802 052. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-pagamenti.”;

(3)

fl-Artikolu 12, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024.

3.   Din id-Deċiżjoni għandha titħassar mid-data tal-għeluq tal-Kwartieri Ġenerali tal-UE, l-uffiċċju ta' kollegament u ta' appoġġ f'Najrobi u ċ-ċellola ta' appoġġ fi Brussell, f'konformità mal-pjanijiet approvati għat-terminazzjoni tal-missjoni militari tal-UE, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jirrigwardaw il-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-missjoni militari tal-UE, stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta’ Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2032 tal-10 ta' Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (ĠU L 419, 11.12.2020, p. 28).


Top